Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett tal-Magħtab — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali biex tkun magħluqa l-Magħtab u biex jinbena l-proġett kollu tal-Magħtab? Jikkonferma jekk il-proġett tal-Magħtab huwiex lest jew inkella jonqsux spiża oħra? Jekk iva, kemm?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.

Proġett ta' tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta' tisfija tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex komplessivament? Jista' jindika l-ispiża ta' kull proġett individwalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proġett għat-Trattament tad-Drenaġġ b’kollox se jiġi jiswa madwar €108 miljun, eskluż il-VAT. L-impjant tat-trattament fix-Xgħajra u l-infrastruttura fin-Nofsinahar ta’ Malta jiswa €87 miljun eskluż il-VAT. L-impjant tat-trattament f’ Għawdex u l-infrastruttura relatata jiswa €9.2 miljun eskluż il-VAT. L-impjant tat-trattament fil-Mellieħa u l-infrastruttura fit-Tramuntana ta’ Malta jiswa €11.1 miljun eskluż il-VAT.

Siġġiewi — Kostruzzjoni ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol ta' kostruzzjoni fi Sqaq nru 2, Triq San Gwann, Siġġiewi se jitlesta? Dan ilu għaddej xhur sħaħ b'inkonvenjent għar-residenti u jidher ċar li d-dewmien huwa kkawżat mill-kuntrattur li qiegħed idum biex jesegwixxi x-xogħol.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li d-dewmien relatat max-xogħlijiet li qed isiru fi Sqaq Numru 2 fi Triq San Ġwann fis-Siġġiewi inqala’ minnħabba problemi tekniċi li sab il-kuntrattur. Persważ li l-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li l-maltemp li qed jagħmel f’dawn l-aħħar ġimgħat mhu qed jgħin xejn biex isir progress fix-xogħlijiet. Hekk kif it-temp jippermetti jitkomplew ix-xogħlijiet biex jitlestew fil-jiem li ġejjin.

Dipartiment tat-Taxxa — Impjegati reġistrati

Question

Jista' l-Ministru abbażi tas-sena 2011 jagħti breakdown ta' kemm għandu impjegati full-time kif ukoll self employed registrati mad-Dipartiment tat- Taxxa li jaqilgħu: a. Sa €9000 fis-sena ; b. Bejn €9000 u €11000 fis-sena; c. Bejn €11000 u €17000 fis-sena; d. Bejn €17,000 u €25000; e. Bejn €25000 u €35000; f. Bejn €35000 u €50000; g. Aktar minn €50,000 . Jista' l-Ministru jgħid kemm iħallsu taxxa kollettivament kull kategorija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar id-dħul tat-taxpayers impjegati għas-sena 2011 għadha dieħla fid-Dipartiment. Fir-rigward tas-self employed baqgħalhom sa’ Ġunju li ġej biex jibagħtu l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2011. It-tagħrif mitlub jkun jista’ jingħata aktar tard matul din is-sena meta l-informazzjoni tkun miġbura kollha u pproċessata.
Leg 11 PQ #31958 Sitting 447 2012-02-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati ġodda mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31832, 31625 u 31491 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Gvern mal-entitajiet/korporazzjonijiet/ istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tal-Gvern? Kemm naqsu nies minn mal-Gvern u mill-entitajiet governattivi sena b'sena mill-2000 sal-2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #31832 Sitting 444 2012-02-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati ġodda mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31625 u 31491 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Gvern mal-entitajiet/korporazzjonijiet/ istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tal-Gvern? Kemm naqsu nies minn mal-Gvern u mill-entitajiet governattivi sena b'sena mill-2000 sal-2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #31625 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati ġodda mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31491 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Gvern mal-entitajiet/korporazzjonijiet/ istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tal-Gvern? Kemm naqsu nies minn mal-Gvern u mill-entitajiet governattivi sena b'sena mill-2000 sa 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Programmi Ewropej 2013-2020

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tal-Gvern Malti fl-isfond tal-Programmi Ewropej 2020? Kemm qed jikkalkula li pajjiżna jirċievi finanzjament bejn l-2013 u l-2020?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta’ negozjar tal-budget tal-Unjoni Ewropeja ser jibda fix-xhur li ġejjin u għaldaqstant mhux possibli li jingħataw estimi finanzjarji f’dan l-istadju.

Ħlas ta' income tax minn ħaddiema li jaħdmu l-Libja

Question

Peress li sas-sena 2011 ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu fil-Libja kien jħallsu biss il-bolla (NI contribution) u kienu eżenti mill-ħlas ta' taxxa fuq il-qligħ peress li kienet titħallas fil-Libja u f'Malta xejn taħt id-double taxation agreement, jista' l-Ministru jispjega jekk minn din is-sena 2012 il-ħaddiema Maltin li jaħdmu l-Libja hux se jħallsu 15% (normal tax foreign on income anke f'Malta)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi mis-sena ta’ stima 2012 (sena bażi 2011) daħal fis-seħħ trattat ġdid dwar ħelsien mit-taxxa doppja mal-Libja. It-trattat il-ġdid jimxi mal-mudell tal-OECD li fuqu huma bbażati t-trattati ta’ Malta u ta’ ħafna pajjiżi. Dan it-trattat issostitwixxa t-trattat preċedenti mal-Libja li kellu format differenti mill-bqija tat-trattati u li minħabba l-mod kif kien miktub kien jirriżulta li kien biss il-pajjiż fejn isir ix-xogħol li seta’ jintaxxa. Skont it-trattat il-ġdid, u kif hemm fit-trattati li Malta għanda ma kull pajjiż ieħor, kemm il-pajjiż fejn qed isir ix-xogħol kif ukoll il-pajjiż tar-residenza għandhom dritt prima facie li jintaxxaw. Naturalment imbagħad jidħol fis-seħħ il-mekkaniżmu tad- double tax relief li jingħata fil-pajjiż tar-residenza. Għalhekk ma titħallasx taxxa doppja fuq l-istess income. Ħaddiema Maltin fil-Libja huma taxxabbli bil-15% hawn Malta meta jikkwailfikaw taħt id-dispożizzjonijiet tal- overseas employment . Kif għedna iktar ‘il fuq, din it-taxxa mbagħad tiġi mnaqqsa bil-mekkaniżmu tad -double tax relief jekk tkun qed titħallas ukoll taxxa fil-Libja.

Malta Enterprise — investiment approvat

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-investiment li approvat il-Malta Enterprise matul l-2011 u 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-2011 il-Malta Enterprise approvat 23 proġett ġdid illi matul it-tliet snin li ġejjin l-investiment tagħhom se jammonta għal €133.2 miljun, filwaqt li se jimpjegaw mas-600 persuna. Minn dawn, 8 proġetti huma investiment barrani u 15 lokali. Il-korporazzjoni approvat ukoll 16-il proġett għal espansjoni li fi tliet snin li ġejjin se jiġġeneraw impjieg għal aktar minn 300 persuna b’investiment ta’ €33.6 miljun. Dawn l-investimenti ġew mis-setturi kollha taħt ir-responsabiltà tal-Malta Enterprise kif ukoll mis-settur tat-turiżmu. Barra minn hekk il-Malta Enterprise ħarġet 540 ċertifikat ta’ krediti ta’ taxxa lil negozji li jimpjegaw inqas minn 10 persuni li flimkien investew €14-il miljun u ħolqu 211 impjieg ġdid. Informazzjoni dwar is-sena 2012 tkun disponibbli is-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #31491 Sitting 441 2012-02-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati ġodda mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Gvern mal-entitajiet/korporazzjonijiet/ istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tal-Gvern? Kemm naqsu nies minn mal-Gvern u mill-entitajiet governattivi sena b'sena mill-2000 sa 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ħal Luqa — traffic lights fi Triq il-Ġdida

Question

Jista' l-Ministru japporva li jsiru pelican lights jew traffiic lights fi Triq il-Ġdida Ħal Luqa kantuniera ma' Triq id-Dokkiena Ħal Luqa, peress li t-traffiku eċċessiv qed jikkawża periklu għar-residenti u pedestrians?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn ix-xogħlijiet inbdew.
Leg 11 PQ #31088 Sitting 436 2012-01-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ingaġġati maċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni maċ-ċivil bejn l-1992 u l-2011 sena b'sena u kemm ġew ingaġġati mal-entitajiet governattivi u awtoritajiet fl-istess perjodu sena b'sena? Jista' jgħid kemm ġew imnaqqsa impjegati mid-Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet governattivi bħala riżultat tal-proċessi tal-privatizzazzjoni jew għeluq ta' ażjendi bħal fil-każ tat-Tarzna mill-1992 sal-2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fl-assenza ta' raġuni valida għalfejn l-Onorevoli Interpellant jixtieq jingħata din l-informazzjoni, ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv għal ġid ta' pajjiżna.

Proġett tal-Magħtab — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali biex tkun magħluqa l-Magħtab u biex jinbena l-proġett kollu tal-Magħtab? Jikkonferma jekk il-proġett tal-Magħtab huwiex lest jew inkella jonqsux spiża oħra? Jekk iva, kemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30427.

Proġett tal-Magħtab — spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali biex tkun magħluqa l-Magħtab u biex jinbena l-proġett kollu tal-Magħtab? Jikkonferma jekk il-proġett tal-Magħtab huwiex lest jew inkella jonqsux spiża oħra? Jekk iva, kemm?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Proġett ta' tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta' tisfija tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex komplessivament? Jista' jindika l-ispiża ta' kull proġett individwalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28522 u ċioe: B’referenza għar-rapport li Malta rċeviet aktar minn €700 miljun f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea (taħt diversi fondi) bejn is-snin 2004 sa 2010, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat fuq liema proġetti ġew allokati dawn il-fondi? Jista' jagħti d-dettalji sena b’sena u kull proġett jiġi identifikat u tingħata l-ispiża fuq kull wieħed mill-proġetti li għalih dawn il-fondi ġew allokati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29965.