Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-fabbrika Braziljana li se tibda topera f'Malta dalwaqt u li diġà trasferiet l-operat tagħha f Malta? Kemm hemm ħaddiema ngaġġati magħha sal-lum? Kemm huwa l-investiment produttiv li ġie investit minnha f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa mill-Vot tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu li tkun allokata għall-pubbliċità? Kemm minnha hija għall-ħolqien ta' seating capaicty u kemm minna hija għall-amministrazjoni ġenerali? Kem hija l-allokazjoni kull sena? Jista' l-Ministru jagħti l-informazjoni sena b'sena għas-snin 2010, 2011 u 2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Minitsru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-kuntratti adġudkati li ngħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul u li huma u għadhom in vigore llum għas-sena 2011 u 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntratti aġġudikati li ngħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul u li huma u għadhom in vigore llum għas-sena 2011 u 2012 huma dawn:
- Gafa Safeways Ltd - Cleaning Services SVPR & Homes
- Support Services Ltd - Caring Services SVPR & Homes
Il-kuntratti msemmija ġew iffirmati ma’ terzi persuni. Sabiex jiġu żvelati d-dettalji, hemm bżonn il-permess tal-kumpaniji nvoluti u dawn ma tawx permess biex jitqiegħedu kopji tat-tali kuntratti fuq il-mejda tal-kamra.
Il-kuntratti jikkostitwixxu relazzjoni legali bejn il-partijiet involuti fihom u sal-lum jonqos il-kunsens tal-kuntratturi rispettivi, liema kunsens ma ngħatax. Għaldaqstant l-ebda informzzjoni ma tista tingħata sakemm il-kuntratturi ma jipprovdux il-kunsens bil-miktub.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li bih ġiet trasferit Ħal Ferħ Għajn Tuffieħa u jekk sar xi amendi għalih wara jitpoġġew l-emendi wkoll?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih ġie trasferit il-kumpless ta’ Ħal Ferħ, Għajn Tuffieħa. Ma kien hemm l-ebda emendi wara dan il-kuntratt.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-Extra Budgetry Units inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn 2004 u 2012? Jista' jagħti lista sena b'sena minn min dawn EBUs kollha li kkontribwew flus lill-gvern mir-revenue tagħhom sena b'sena bejn 2005 u 2012 cioè ma ħadux sussidju imma ikkontribwew lill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
studenti li spiċċaw l-iskola minagħjr ħiliet akkademiċi
Question
Fid-dawl tal-istatititika uffiċjali li madwar 365 tal-istudenti fl-iskejjel tal-gvern jispiċċaw mingħajr ħiliet akkademiċi u/jew vokazzjonali, tista' l-Ministru tgħid fid-dawl tal-introduzzjoni ta' kulleġġi fil-livel sekondarju u riformi oħra fl-edukazzjoni kif din ir-realtà se tiġi magħluba x'inhuma l-miri tal-Ministeru f'dan ir-rigward għas-snin 2012 u 2018? Rigward ir-riforma u l-implimenatzjoni tal-kulleġġi fil-livel sekondarju, tista' tikkonferma jekk qabel l-introduzzjoni tagħha hija kelliex l-appoġġ tal-għalliema għal din ir-riforma? Qed issir xi forma ta' audit dwar ir-riżultati li qed jintlaħqu u x'inhi l-opinjoni tal-għalliema u dan peress li l-għalliema li niltaqa' magħhom b’vuċi waħda gergru kontra s-sistema introdotta u kontra l-implimentazjoni tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut dwar l-impatt tas-settur finanzarju u attivitajiet relatati bħalma huwa egaming eċċ. f'pajjiżna bejn is-sena 2000 u 2012 fir-rigward ta' revenue bħala taxxi mħallsa u miġbura mill-gvern sena b'sena, il-ħolqien ta' impjiegi sena b'sena u total ta' impjiegi f’dan is-settur sal-lum; kemm jammontaw globalment illum cioè fis-sena 2012 id-dħul (pagi) tal-ħaddiema f'dan is-settur? Kemm kien il-kontribut tas-settur lejn it-tkabbir ekonomiku cioè l-GDP sena b'sena u kemm huwa maħsub li jiġu maħluqa impjiegi f'dan is-settur bejn is-sena 2012 u 2020?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liġi finanzjarja li tolqot is-settur finanzjaru fl-intier tiegħu ġo pajjiżna ġew approvati mill-Parlament b'mod unanimu sena b'sena bejn 2000 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti break down ta' kemm is-salarji totali tal-impjegati kollha u rreġistrati għall-fini ta' taxxi fuq qliegħ huwa overtime, kemm mis-salarju huwa performance bonus u kemm mis-salarji huwa basic wage?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-bidu ta’ din is-sena sal-pagament tas-salarju tat-3 ta’ Novembru, 2012, il-persuni fuq il- payroll tal-Gvern tħallsu l-ammonti, skont il-kategoriji mitluba mill-Onorevoli Interpellant, kif ġej:
Kategorija
Ammonti f’€
Overtime
13,181,386
Performance Bonus
1,827,605
Salarju Bażiku
391,649,790
Siġġiewi — Triq Karmenu Vassallo - kuntratt ta' akkwist ta' art
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37206, jista' l-Ministru jgħid meta l-kuntratt mas-sidien tad-djar se jkun konkluż? Jista' jagħti time frame?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36911 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji u jpoġġi fuq il-Mejda Kamra l-kuntratt li bih il-gvern se jakkwista l-Isptar Saint Philip's?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kuntratt mal-Isptar Saint Philip’s se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta jiġi konkluż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36911 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji u jpoġġi fuq il-Mejda Kamra l-kuntratt li bih il-gvern se jakkwista l-Isptar Saint Philip's?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37112.
Siġġiewi — Triq Karmenu Vassallo - kuntratt ta' akkwist ta' art
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ir-residenti ta' Triq Karmenu Vassallo qabel triq ġdida fi Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi se jiġi konkluż u ppblikat il-kuntratt ta' akkwist tagħhom ta' art li fuqha diġà bnew djarhom?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, ikkonkluda l-kuntratti kollha mas-sidien oriġinali għall-akkwist tal-art li fuqha hemm mibnija d-djar fi Triq Karmenu Vassallo, Siġġiewi u lesta l-proċess kollu sabiex l-art in kwistjoni, tiġi trasferita lill-Awtorita’ tad-Djar. Issa jmiss li l-Awtorità tad-Djar toħroġ l-Avviż Legali li juri t-trasferiment tal-art in kwistjoni u wara li jinħareġ dan l-Avviż Legali, l-istess Awtorità tad-Djar tkun f’pożizzjoni li tikkonkludi il-kuntratti tar-residenti ta’ din it-triq.
Ħal Qormi — Triq il-Ħammieri - zebra crossing jew pedestrian lights
Question
Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing jew pedestrian lights fi triq il-Ħammieri f'Ħal Qormi faċċata ta' Triq Stagno peress li din hi triq traffikuża u wiegħsa u jeħtieġ li r-residenti jiġu mħarsa qabel ma jokkori xi inċidenti serju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ pedestrian crossing li qed jirrefereri għalih l-Onorevoli Interpellant se jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun ingaġġati mal-gvern full-time in-nurses li gradwaw din is-sena 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li numru sostanzjali ta’ infermiera diġà daħlu jaħdmu mall-Gvern, u jonqos grupp ieħor ta’ infermiera li ggradwaw f’Settembru 2012, li mistenni jkunu ngaġġati fil-ġimgħat li ġejjin.
Siġġiewi — kuntrat ta' akkwist tal-propjetà residenzjali
Question
Jista' l-Ministriu jispjega għaliex uħud mir-residenti li joqgħodu fi Triq Salvu Curso u fi Triq in-Nirien fis-Siġġiewi ma rċevewx avviż biex jersqu għall-kuntrat ta' akkwist tal-propjetà residenzjali tagħhom li huma kienu akkwistaw mingħand il-gvern meta oħrajn fl-istess toroq ġew mitluba jagħmlu l-kuntratti ta' akkwist?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern ghadu kemm iffinalizza l-akkwist ta’ l-art ta’ bosta mill-plots li jinsabu fit-toroq imsemmija. Uhud minn dawn il-plots diga’ gew trasferiti lill-Awtorita’ tad-Djar permezz ta’ Avviz Legali 235/2012 u ghalhekk il-beneficjarji taghhom gew imsejha sabiex jiffirmaw il-kuntratt finali. Plots ohrajn se jigu trasferiti lill-Awtorita’ tad-Djar fil-futur qrib u b’hekk l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista ssejjah lilhom ukoll sabiex jiffirmaw il-kuntratt.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-kriterji li abbażi tagħhom tiżdied il-pensjoni ta' servizz meta l-pensjonant jagħlaq 72 sena?
Response (SAID, CHRIS)
Ghandi nifhem li l-Onor Interpellant qed jistaqsi dwar provedimenti fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jirregolaw ir-revizjoni ta’ pensjoni kontributorja tas-sigurta’ soċjali ta’ persuna meta tagħlaq it-72 sena u mhux dwar ir-rata tal-pensjoni tas-servizz.
Ir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali tiddependi minn ħafna fatturi fosthom il-fatt jekk il-pensjonant ikollux pensjoni tas-servizz. Meta jkun qed jirċievi pensjoni tas-servizz, fil-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali, d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jieħu konsiderazzjoni tal-pensjoni tas-servizz kollha inkluz il-parti tal-pensjoni li tkun ġiet ikkomutata mill-pensjonant.
L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali fost ħwejjeġ oħra jistipula li fejn ikun hemm parti minn pensjoni tas-servizz kommutata, din għandha tiġi kkunsidrata b’mod sħiħ ħlief għal meta l-pensjonant jagħlaq it-72 sena meta għandha tiġi kkunsidrata biss nofs il-parti tal-pensjoni kommutata.
Mela filwaqt li meta l-persuna tkun għalqet il-61 sena tkun ġiet ikkunsidrata l-parti kollha tal-kommutazzjoni ta’ pensjoni tas-servizz, ma’ l-eta’ ta’ 72 sena nofs il-parti kommutata tiġi njorata għal fini tal-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali.
Kemm il-darba bejn iż-żewġ pensjonijiet (dik tas-sigurta’ soċjali u dik tas-servizz) il-pensjonant ikun qed jirċievi total akbar minn żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli jista’ jkun li r-revizjoni ma’ l-eta’ ta’ 72 sena ma tirriżultax fi żieda fil-pensjoni tas-sigurta’ soċjali.
Jekk b’riżultat ta’ dan it-tnaqqis il-pensjonant jispiċċa b’total tal-pensjonijiet (jiġifieri l-pensjoni tas-sigurta’ u l-pensjoni tas-servizz mnaqqsa bil-parti kommutata kif imsemmi hawn fuq) li jkun anqas miż-żewġ terzi tad-Dħul Pensjonabbli tiegħu, hemmhekk trid tiżdied il-pensjoni tas-sigurta’ soċjali.
Iż-żieda fir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali trid taċċerta li l-persuna kkonċernata tkun qed tirċievi ta’ lanqas żewġ terzi tad-Dħul Pensjonabbli bejn iż-żewġ pensjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti tal-gvern fiċ-ċivil kif ukoll fl-entitajiet governattivi oħra (tal-general government) fejn ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol qed jitħallsu rati differenti ta' ħlas għax-xogħol tagħhom? Jekk hemm dipartimenti fejn tipprevali din il-prassi jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji tat-tip ta' xogħol u x'inhuma r-rati li qed jitħallsu kull kategorija ta' ħaddiema/impjegati li jagħmlu l-istess tip ta' xogħol imma b'rati differenti ta' ħlas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-impjegati tas-Servizz Pubbliku huma mħallsa skont is-salarji li jidhru f’Appendiċi ‘I’ tal-Iskeda tal-Gradi fl-Estimi Finanzjarji tas-snin rispettivi, u jaqdu d-dmirijiet tagħhom skont il-grade description relatat mal-grad rispettiv tagħhom. Dawn il-gradi, u s-salarji abbinati magħhom, joħorġu kollha mill-ftehim settorali rispettiv.
Jeżistu xi kategoriji ta’ mpjegati, bħan-
Nursing Aides
u l-
Ex-Impressed Drivers
li huma mħallsa differenti. Fil-każ tan-
Nursing Aides
, dawn huma mħallsa skont il-ftehim settorali tagħhom, maqbul bejn il-Gvern u l-
Union
rispettiva. Fil-każ tal-
Ex-Impressed Drivers
, dawn kienu ngħataw grad permanenti fis-Servizz Pubbliku, liema grad qabel ma kellhomx. L-
Ex-Impressed Drivers
jitħallsu s-salarju rispettiv tagħhom kif ukoll
allowance
tal-karozza u l-
fuel
li jużaw. Meta paragunat ma’ gradi li jagħmlu l-istess xogħol, id-dħul huwa ogħla.
Rigward is-Settur Pubbliku, r-responsabiltajiet u d-dmirijiet ivarjaw bejn entita’ u oħra, anki jekk in-nomenklatura tal-pożizzjoni tkun tidher potenzjalment paragunabbli. It-tip ta’ xogħol ivarja wkoll skont il-funzjoni speċifika ta’ dik l-entita’ partikulari.
Peress li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tas-Settur Pubbliku tirrikjedi ħafna xogħol, analiżi komparattiva u mpenn konsiderevoli ta' riżorsi umani, ikun aktar għaqli li dan l-impenn jintuża fuq xogħol aktar produttiv.
Jista' l-Minsitru jordna li ssir zebra crossing f'Gate Street, Ħal Luqa biswit is-soċjetà tal-Museum u dan peress li kuljum jinġabru numru kbir ta' tfal u t-triq hija traffikuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal zebra crossing fi Triq ix-Xatba, Luqa. Minħabba li Triq ix-Xatba mhix triq arterjali jew distributorja, tali talba għandha tiġi sottomessa mill-kunsill lokali.