Applikazzjoni għall-p;ost ta' Agricultural Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma intgħażlitx għal post ta' Agricultural Officer meta persuna b'inqas esperjenza tax-xogħol tal-biedja intgħażlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevili Interpellant li kull sejħa għall-applikazzjonijiet tkun ipproċessata minn Bord ta’ l-Għażla li jinħatar mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Is-sejħa tipprovdi li jekk applikant iħoss li għandu oġġezzjoni għar-riżultat, għandu jissottometti dawn l-oġġezzjonijiet lis-Segretarju Eżekuttiv, Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fi żmien għaxart’ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tibgħat risposta dettaljata lill-applikant b’ġustifikazzjoni tal-proċess ta’ kif ingħataw il-marki.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37873, jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u cioè jista' jgħid kif intgħażlu l-esproprjazzjnijiet li ġew imħallsa u min għamel din l-għażla?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-għażla tal-espropriji li ġew imħallsa huwa maqsum kif ġej:
(i) L-ammont ta’ €3,272,195 tħallas wara ordni tal-Qorti jew wara deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet.
(ii) L-ammont ta’ €1,965,795 tħallas wara li flus ġew trasferiti minn Dipartimenti/Entitajiet tal-Gvern fejn dawn talbu biex l-art tiġi akkwistata.
(iii) L-ammont ta’ €654,109 tħallas wara li dawn il-fondi kienu dovuti minħabba ftehim li kien sar fi snin preċedenti u d-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern kien obbligat b’kuntratt li jagħmel dan il-ħlas.
(iv) Tħallset is-somma ta’ €156,391 wara li numru ta’ kirjiet ta’ akkwist/għarfien ġew kapitalizzati u xi sidien tagħhom talbu li jingħataw il-ħlas.
(v) Ma kienx hemm ħlas ta’ fondi min-naħa tad-Dipartiment f’każi ta’ kuntratti fejn sar tpartit bejn art tal-Gvern u kumpens dovut minħabba esproprijazzjoni skont it-termini tal-Kap 268.
(vi) Il-kumplament tal-ħlasijiet li saru li jammontaw għas-somma ta’ €3,087,893 kienu mqassmin bejn (a) ħlas ta’ kumpens wara li l-art ġiet akkwistata fi snin preċedenti permezz ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-President u l-fondi kienu depositati f’kont bankarju skont it-termini tal-Kap 88, bejn (b) każi umanitarji, u (ċ) l-kumplament fejn is-sidien tal-proprjeta’ aċċettaw il-prezz offrut. F’dawn il-każi ġie evitat li l-prezz jiġi kkontestat bil-possibiltà ta’ żieda fl-ammont imħallas mill-Gvern.
Fir-rigward tal-każi umanitarji, irid jingħad li mhux prudenti li jingħataw dettalji ta’ min kienu dawn is-sidien.
B'referenza għall-aħħar sentenza tat-tweġiba tal-mistoqsija 37881, jista' l-Ministru jindika minn liema artiklu tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta joħroġ id-dikjarazzjoni li proprjetà tal-gvern mogħtija b'att ta' kurazzija skont il-kapitlu 445 hija meħlusa mill-obbligi stabbiliti f'kapitlu 268?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38480 u jgħid x'kienet in-nefqa totali tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu konnessa mal-inawgurazzjoni tal-kunċert tal-MTV f'Malta is-sajf li għaddha? Jista' jagħti l-breakdown ta' din in-nefqa?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Transport Malta — każijiet ta' titjieb u manutenzjoni fit-toroq
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 36305, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet inkluż il-valur tax-xogħol li sar s'issa ta' minor u major repair works li saru sal-lum matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Trasport Pubbliku bil-baħar bejn tas-Sliema u l-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz ta' trasport pubbliku bil-baħar bejn tas-Sliema u l-Belt inbediex mill-kumpanija Marsamxetto Steamferry Services?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s servizz bil-baħar bejn tas-Sliema u l-Belt beda fl-1 ta' Ottubru 2012.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-operatur tas-CVA minn meta bdiet titħaddem din is-sistema sal-lum? Kemm kien id-dħul tal-gvern minn dan l-ammont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Triq li twassal mill-Mosta sal-Imġarr — road safety impact assessment
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34933, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ir-road safety impact assessment fuq it-triq li mill-Mosta twassal għall-Imġarr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa it-tiswija tal-monument ta' Bombi minħabba ħsarat ikkawżata mill-ħabta tal-vetturi tal-Arriva? Min għamel dan ix-xogħol? Min ħallas għal dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xoghol ta’ tiswija ta’ Bieb il-Bombi li sar minn ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr kien stmat li jiswa Eur4,589.73. Din l-istima hija bbażat fuq rati kummercjali,. Ninfurmah ukoll li qeghdin fil-proċess biex din is-somma tiġi rkuprata mill-Arriva Malta.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-full development permit u tal-pjanti approvati tal-car park li qiegħed isir flokk it-terraces tal-Arena tal-Indipendenza fil-Furjana?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38341, 38160 u 37887 u jgħid x'kienet in-nefqa li għamlet Transport Malta għal bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola fir-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38273, 38114 u 37869 u jgħid kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-shelter taż-żwiemel fil-Valletta Waterfront? Kemm fil-fatt ġie jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38275, 38102, 37882, 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38276, 38101, 37880, 37616, 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Valletta — Tneħħija ta' Bollards minn Triq it-Teatru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38342 u 38122 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru, kantuniera ma' Old Bakery Street, il-Belt, mhux talli tneħħew iżda anke t-toqob fejn kienu jitpoġġew issa ngħataw il-konkos u dan meta dawn il-bollards kienu jassiguraw li ma jidħlux vetturi fl-area pedonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Xogħol ta' restawr tal-Monument tal-Gwerra fil-Furjana
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol tar-restawr tal-Monument tal-Ġwerra fil-Furjana inkluż ix-xogħol tar-roundabout? Kemm fil-fatt ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34162.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu konnessa mal-inawgurazzjoni tal-kunċert tal-MTV f'Malta is-sajf li għaddha? Jista' jagħti l-breakdown ta' din in-nefqa?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet ta' Skema Q li permess tagħha ċ-ċenswalisti ta' plots tal-Home Ownership jistgħu jifdu ċ-ċens fuq il-plot tagħhom?
Response (SAID, CHRIS)
Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38114 u 37869 u jgħid kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-shelter taż-żwiemel fil-Valletta Waterfront? Kemm fil-fatt ġie jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38115 u jgħid kif fil-pjanta tas-Sliema Bus Interchange ġie inkorporat post għal żewġ kiosks meta l-istess kiosks huma illegali u saħansitra ġew rifjutati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GATT, AUSTIN)
Mhux minnu li l-interchange in kwistjoni jinkludi post għal żewġ kiosks. Jien infurmat li Transport Malta inkludiet fid-disinn żewġ parking bays li jkunu jistgħu jintużaw minn hawkers liċenzjati. Huwa ovvju li jekk dawn ma tinħarġilhomx liċenzja mill-awtorità kompetenti l-parking bays ma jkunux jistgħu jintużaw.