Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1496 u 1689 u jgħid kemm kien l-ammont ta' surcharge fuq il-konsum ta' l-elettriku miġbur mill-EneMalta matul is-sena 2007? Kemm kien is-surcharge fuq il-konsum ta' l-ilma miġbur mill-WSC għall-istess perijodu? Dan is-surcharge hu inkluż fid-dħul ordinarju tal-korporazzjonijiet rispettivi għas-sena 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammont ta' surcharge fuq il-konsum ta' l-elettriku miġbur mill-EneMalta matul is-sena 2007 huwa ta’ € 51,811,339 u s-surcharge fuq il-konsum ta' l-ilma miġbur għall-istess EneMalta matul is-sena 2007, huwa ta’ € 9,118,701. Is-surcharge kollu huwa inkluż fid-dħul ordinarju tal-Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna finanzjarji l-bdiewa matul is-sena 2007, maqsuma skond it-tip ta' għajnuna li ngħatat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-bdiewa matul 2007 kienet kif ġej:
EURO
SMPPMA
10,996,866.26
Għajnuna diretta mill-Unjoni Ewropea
486,884.64
Ko-Finanzjament bejn Malta u l- Unjoni Ewropea
10,961,391.53
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1389 u jgħid liema toroq tlestew minn dak il-programm ta' toroq residenzjali li kien ġie mwiegħed li se jitlesta sa l-aħħar ta' l-2008 mill-Ministru preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1332 u jgħid jekk hemmx carers privati li qegħdin jagħtu servizz fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' dawn il-carers u kemm jitħallsu għax-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li hemm 24 carers privati li qed jagħtu servizz fis-swali ta' l-Isptar Monte Carmeli u s-Psychiartric Unit ta' l-iSptar Mater Dei. Dawn huma imqassmin hekk :-
Sala tan-nisa 2 - 2
Sala tan-nisa 7 - 1
Sala tan-nisa 3b - 1
Sala St.Jeanne Antide - 6
Psychiatric Unit (MDH) - 2
Qormi Day Centre - 2
Qormi Health Care - 1
Psychiatric Out Patients - 4
Cospicua Day Centre - 2
Office of Community Manager - 1
OT Department - 2
Informat ukoll li dawn il-carers jitħallsu bir-rata ta' 5.45euro kull siegħa fost il-ġimgħa u 8.81euro fil-Ħdud u festi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1327 u jgħid x'inhu l-cost ta' produzzjoni ta' ilma kull metru kubu:
i) prodott permezz tar-reverse osmosis
ii) imtella' mill-aquifer?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż diretti għal kull metru kubu ta’ ilma illum huma dawn:
Reverse Osmosis € 49`/m3
Boreholes € 13`/m3
Dawn jinkludu spejjeż tal-ħaddiema direttament relatati, spejjeż tal-manteniment, kimika u elettriku. Iżda jeskludu spejjeż kapitali u diprezzament.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1496 u jgħid kemm kien l-ammont ta' surcharge fuq il-konsum ta' l-elettriku miġbur mill-EneMalta matul is-sena 2007? Kemm kien is-surcharge fuq il-konsum ta' l-ilma miġbur mill-WSC għall-istess perijodu? Dan is-surcharge hu inkluż fid-dħul ordinarju tal-korporazzjonijiet rispettivi għas-sena 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ADT hiex ser iżżomm il-konsulenti barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Board il-ġdid tad-Direttorat tat-toroq se jkun qed jirrevedi il-kuntratt tal-GTZ (konsulenti barranin). Dan il-kuntratt uffiċjalment jiskadi f'Diċembru 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' surcharge fuq il-konsum ta' l-elettriku miġbur mill-EneMalta matul is-sena 2007? Kemm kien is-surcharge fuq il-konsum ta' l-ilma miġbur mill-WSC għall-istess perijodu? Dan is-surcharge hu inkluż fid-dħul ordinarju tal-korporazzjonijiet rispettivi għas-sena 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx carers privati li qegħdin jagħtu servizz fl-iSptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' dawn il-carers u kemm jitħallsu għax-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 1172.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx carers privati li qegħdin jagħtu servizz fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' dawn il-carers u kemm jitħallsu għax-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitranġaw l-air conditioners li hemm fil-qorti u li jqattru l-ilma fuq in-nies li jkunu għaddejjin minn Triq id-Dejqa, Valletta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li, fil-ġimgħat li għaddew, twaħħlu numru ta' air conditioners ġodda f'Awli 16, 17, 18 u 19. Dan wassal għal żieda fir-rimi ta' l-ilma.
Infurmat ukoll li t-Taqsima tal-Manutenzjoni ġewwa l-Qorti diġa' ħadet il-passi neċessarji sabiex tiġi solvuta l-problema.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq tlestew minn dak il-programm ta' toroq residenzjali li kien ġie mwiegħed li se jitlesta sa l-aħħar ta' l-2008 mill-Ministru preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm żmien tista' vettura liċenzjata titħalla pparkjata f'post wieħed mingħajr ma tiċċaqlaq qabel ma' tiġi meqjusa ta' inkonvenjent?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li ngħatat għad-domanda parlamentari nru 948.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-MEPA għal bini ta' torrijiet (skyscrapers) dawn l-aħħar ħames snin? Fejn huma qegħdin is-siti ta' dawn l-applikazzjonijiet? Kemm ġew approvati, kemm rifjutati u kemm hemm pendenti sal-lum quddiem il-MEPA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet għal high rise buildings li qegħdin ikunu pproċessati jew ġew ipproċessati mill-Major Projects Unit huma kif deskritt fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 742 u jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-MEPA għal bini ta' torrijiet (skyscrapers) dawn l-aħħar ħames snin? Fejn huma qegħdin is-siti ta' dawn l-applikazzjonijiet? Kemm ġew approvati, kemm rifjutati u kemm hemm pendenti sal-lum quddiem il-MEPA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 742.