B'referenza għal proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2391, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-applikazzjoni lill-MEPA għad-disinn rivedut għall-proġett tat-terminal fiċ-Ċirkewwa? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Water Service Corporation għandha l-konsulenti COWI fuq il-proġetti ta' l-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar ? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Water Services Corporation għandha l-konsulenti KOCKS fuq il-proġetti ta' l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar dawn il-konsulenti? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għal proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid meta tlesta dan il-proġett u meta beda jaħdem? kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa lill-gvern? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm ġie prodott ilma ittrattat (second class water) sal-lum u x'sar minnu dan l-ilma? Dan l-ilma hekk ittrattat x'użu jista' jkollu? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta tlesta u meta beda jaħdem il-polishing plant f'Għawdex? Kemm kien il-budget ta' dan il-proġett u kemm fil-fatt ġie jiswa? Kemm ġie prodott ilma sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Sant Antnin, jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm ġie trattat drenaġġ u kemm ġie mogħti ilma second class lill-bdiewa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Issa li l-kuntratt ta' l-esperti tat-toroq Ġermaniżi ġie mwaqqaf, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' dwar it-Trasport għandhiex xi konsulenti barranin oħrajn jaħdmu f'dan is-settur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jikkonferma li l-Malta Enterprise organizzat żjara fl-Ukrajnia għal diversi negozjanti li akkumpanjaw lill-President u l-Viċi Prim Ministru? Kif intgħażlu dawn in-negozjanti? Jista' jagħti l-ismijiet tal-persuni/kumpanniji li ffurmaw din id-delegazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern qed jaħdem sabiex jattira iktar investiment dirett f'Malta minn kumpaniji barranin kif ukoll sabiex kumpaniji Maltin jtejbu l-kuntatti tagħhom barra minn Malta, u b'hekk tizdied ukoll l-esportazjoni. Għal dan il-għan, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien mal-Malta Enterprise jorganizza delegazzjonijiet kummerċjali f'pajjizi li jitqiesu ta' interess għal Malta.
Fl-okkazjoni taż-żjara uffiċċjali tal-President ta' Malta ġewwa l-Ukrajna bejn it-8 u l-10 ta' Lulju 2008, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien mal-Malta Enterprise organizza delegazzjoni kummerċjali.
Għal dan il-għan ġew ippublikati avvizi ta' sejħa ta' interess/expression of interest, fil-ġurnali kollha lokali fil-bidu ta' Ġunju 2008. Kull individwu u kumpanija f'Malta setgħu japplikaw. Dawk kollha li applikaw ingħataw iktar dettali dwar din iż-żjara, inkluz l-ispejjez li kull negozjant kellu jħallas sabiex jagħmel parti minn din id-delegazzjni. Kull min applika sabiex ikun parti minn din id-delegazzjoni kien aċċettat. Il-ħidma li saret qabel id-delegazzjoni marret ġewwa l-Ukrajna waslet sabiex saru 'l fuq minn 150 laqgħa bejn in-negozjanti Maltin u dawk Ukrajni.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal-persuni kollha li attendew għal din id-delegazzjoni kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi ntegrat il-bini ta' Sea Malta fil-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir meta xi ġimgħat ilu inħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta' l-istess bini? Kemm ġew sottomessi offerti għal dan il-bini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-persuni li hemm fuq kull bord ta' riabilitazzjoni (3 kumitati)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li dan l-aħħar dawn it-tliet Bordijiet ta’ Riabilitazzjoni kienu ristrutturati bil-għan li l-operat jitjieb u jkun hemm iktar koordinazzjoni u kooperazzjoni bejniethom. Kif jidher mid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra issa ċ-Chairperson huwa komuni għat-tliet Bordijiet. Komuni wkoll huma, nukleu ta’ nies tekniċi, l-Koordinatur Eżekuttiv u s-Segretarju. Il-bqija tal-membri l-oħra ta’ kull Bord jidhru fuq id-dokument imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu twil normalment il-perijodu ta' żmien biex kawża tiġi appuntata? B'referenza għal kull maġistrat u mħallef, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem kull wieħed u kemm hemm kawżi li għad iridu jiġu appuntati quddiem kull wieħed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel domanda u fit-tieni parti tat-tieni domanda għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra. Għar-rigward l-ewwel parti tat-tieni domanda din, flimkien ma' informazzjoni oħra tinsab fuq il-website www.justice.gov.mt. Din l-informazzjoni qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li applikat għas-servizz ta' l-elettriku li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata dan is-servizz għax din diġa' qed tabita f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li applikat għas-servizz ta' l-ilma li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata dan is-servizz għax din diġa' qed tabita f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-KSI qed tieħu l-passi meħtieġa biex dan is-servizz jingħata fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jara li l-uffiċjali mid-Dipartiment tad-Djar jispezzjonaw il-gallarija ta' Flat 6, Block B, Triq il-Ġanfra, Mġarr peress li partijiet minnha huma f'periklu li jċedu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' Housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata l-attenzjoni li tixraqlu minħabba raġunijiet umanitarji?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni xierqa mill-Awtorita’ tad-Djar.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 1566, jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni u l-prezz ta' kull metru kubu ta' ilma għas-snin bejn 2003 u 2007 separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Malta Enterprise organizzat żjara fl-Ukraina għal diversi negozjanti li akkumpanjaw lill-Presidnet u l-Viċi Prim Ministru? Kif intagħżlu dawn in-negozjanti? Jista' jagħti l-ismijiet tal-persuni/kumpanniji li ffirmaw din id-dikjarazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żjara lejn l-Ukraina kienet organizzata mill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha titressaq lil Ministru konċernat.