Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — fence

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser iddum biex titlesta l-fence li qiegħda ssir f'Ta' Qali mill-ħaddiema tal-garaxx tal-Gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Membru jistlesta din il-ġimgħa. Irid jingħad li x-xogħol waqaf għax kellha toħroġ sejħa ġdida għal pajpijiet peress li l-kuntrattur oriġinali ma kienx f’pożizzjoni li jissuplixxihom.

Garaxx tal-Gvern — sejħa għall-expression of interest

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara s-sejħa għall-expression of interest dwar il-vijabilità tal-garaxx tal-gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-iskop wara l-expression of interest għall-External Management Review hu li l-Ministeru jkollu studju indipendenti u ddettaljat dwar l-effettivita, l-efficjenza, u l-kwalità ta’ servizzi li l-Garaxx tal-Gvern qed jipprovdi. Mir-rizultat ta’ dan l-istudju jkun jista’ jitfassal pjan strateġiku għal dan id-Dipartiment.

Konsulenti COWI

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamnetari 3199 u 2890 u jikkonferma li l-Water Service Corporation għandha l-konsulenti COWI fuq il-proġetti ta' l-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt fis-seħħ mal-konsulenti COWI ikopri superviżjoni u assistenza teknika fuq l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fit-tramuntana ta’ Malta. Jitħallsu € 24,500 kull xahar. Il-kuntratt jintemm f’Novembru 2008, wara li jitlestew it-testijiet neċessarji kollha fuq l-impjant.

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-Drenaġġ

Question

B'referenza għall-proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3200, 2892 u jgħid meta tlesta dan il-proġett u meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa lill-gvern? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm ġie prodott ilma trattat (second class water) sal-lum u x'sar minnu dan l-ilma? Dan l-ilma hekk ittrattat x'użu jista' jkollu? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Għall-ewwel tlett mistoqsijiet nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-PQ 372. Ninsab infurmat li għad fadal jitħallsu madwar Eur.0.68 miljun f'varjazzjonijiet, fiċ-ċifra msemmija. L-impjant għandu l-kapaċita li jitratta medja ta’ 6,000 metri kubi ta’ drenaġġ kuljum. S’issa ġew prodotti 0.54 miljun metri kubi ta’ ilma ittrattat minn meta beda jopera, liema ilma intefa’ l-baħar. Il-KSI qed ikollha taħditiet ta’ kif tista tutilizza dan l-ilma mall-Ministeru t’Għawdex, fosthom fil-qasam ta’ l-Agrikoltura u l-Industrija. L-impjant jikkonsma medja ta’ 3,000 kwh kuljum.

Ta' Qali — fence

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3195 u jgħid kemm ser iddum biex titlesta l-fence li qiegħda ssir f'Ta' Qali mill-ħaddiema tal-garaxx tal-Gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-Mistoqsija 3195.

Trasferiment ta' ħaddiema — Agrikoltura u Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3196 u jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul dawn l-aħħar sitt xhur? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infakkar l-Onor Membru li mill-aħħar elezzjoni ‘l hawn fid-dikasteru ġew integrati prattikament żewġ ministeri. Li qed isir bħalissa hu l-integrazzjoni ta’ diversi sezzjonijiet li bilfors iġib miegħu ċaqlieq (deployment) ta’ numru ta’ impjegati fosthom mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Imma dawn il-movimenti ta’ ħaddiema ma jissejjħux transfers.

Santa Luċia — Manutenzjoni fuq funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ħtieġa li x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-funtana fil-ġnien ta' Santa Luċija isir minn tliet ħaddiema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li x-xogħol meħtieġ fuq il-funtana msemmija kien pjuttost estensiv u varju u għalhekk inħasset il-ħtieġa li jintbgħat gang ta’ ħaddiema li normalment ikun iffurmat minn tlieta minn nies.

CVA — ammont imħallas

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total ta' l-ammont ta' CVA li ġie invoiced matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li :- L-Ammont ‘ invoiced ’ li nħargu bejn Jannar 2008 u Settembru 2008 kien: € 764,597.62 L-Ammont li tħallas (fuq dawn il-fatturi) kien: € 572,796.44 L-Ammont kreditu (nies bi bżonnijiet speċjali) kien: € 2143.26 L-Ammont dovut sa 30 ta’ Settembru 2008 kien: € 189,657.92

Konsulenti KOCKS

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2891 u jikkonferma li l-Water Services Corporation għandha l-konsulenti KOCKS fuq il-proġetti ta' l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar dawn il-konsulenti? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li il-KSI għandha il-konsulenti KOCKS fuq il-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ fin-nofsinhar ta’ Malta, fuq sistema ta’ mejnijiet u mina, bejn il-Marsa pumping station u r-Rinella u it-tiġdid tal-Marsa pumping station. Il-konsulenti huma responsabbli mill-istudji preliminari, disinn ta’ l-infrastruttura għal skopijiet ta’ tender u superviżjoni u assistenza lill-KSI fuq l-imsemmija proġetti. Jitħallsu € 12,907 kull xahar u l-kuntratt jintemm f’Jannar ta’ l-2009.

Għawdex — Polishing Plant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2893 u jgħid meta tlesta u meta beda jaħdem il-polishing plant f'Għawdex? Kemm kien il-budget ta' dan il-proġett u kemm fil-fatt ġie jiswa? Kemm ġie prodott ilma sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Impjant ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2894 u ċioe': B'referenza għall-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Sant Antnin, jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kemm ġie trattat drenaġġ u kemm ġie mogħti ilma second class lill-bdiewa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ drenaġġ li ġie trattat kien jammonta għal 1,524,000m3 . Filwaqt li l-ammont tal-ilma li ġie mogħti lil-bdiewa bħala ‘second class’ kien ta’ 1,070,000m3.

Esperti tat-toroq Ġermaniżi

Question

Issa li l-kuntratt ta' l-esperti tat-toroq Ġermaniżi ġie mwaqqaf, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2895 u jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport għandhiex xi konsulenti barranin oħrajn jaħdmu f'dan is-settur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li wara li fl-aħħar ta' Diċembru 2008, jintemm il-kuntratt tal-konsulenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, l-ADT ma jkollhiex konsulenti barranin oħra f'dan is-settur.

Ċirkewwa terminal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2898 u jgħid jekk saritx l-applikazzjoni lill-MEPA għad-disinn rivedut għall-proġett tat-terminal fiċ-Ċirkewwa? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-applikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Raħal Ġdid — Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li minnufih tiġi investigata s-sistema tad-drenaġġ fis-suq tar-Raħal il-Ġdid peress li din qegħda tfur u litteralment tgħarraq il-ħwienet li hemm fis-sular t'isfel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Trasferiment ta' ħaddiema — Agrikoltura u Xogħlijiet Pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul dawn l-aħħar sitt xhur? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Konsulenti COWI

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 2890 u jikkonferma li l-Water Service Corporation għandha l-konsulenti COWI fuq il-proġetti ta' l-impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ? X'inhu r-rwol ta' dawn il-konsulenti? Kemm jitħallsu fix-xahar? Meta se jintemm il-kuntratt tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Impjant għat-trattament tad-Drenaġġ

Question

B'referenza għall-proġett ta' bini ta' impjant għal trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2892 u 3200 u jgħid meta tlesta dan il-proġett u meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa lill-gvern? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm ġie prodott ilma trattat (second class water) sal-lum u x'sar minnu dan l-ilma? Dan l-ilma hekk ittrattat x'użu jista' jkollu? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.