Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Agricultural store
Question
Jista' l-Prim Ministru jivverifika għaliex l-Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li suppost taħdem bħala one stop shop qiegħda tesiġi li anke f'każi ta' strutturi agrikoli minuri bħal agricultural store ta' 4m2 titlob l-applikant li jġib in-no objection mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, mill-veterinarju u anke mill-Awtorita' għar-Riżorsi qabel ma jissottometti l-applikazzjoni? Ma jaħsibx li din hi burokrazija żejda fil-konfront tal-bdiewa?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitwaqqaf il-bord tal-appell li kellu jsir sabiex dawk il-persuni li dehrilhom li ma saritx ġustizzja magħhom fit-tħabbir tal-iskemi tal-bini setgħu jippreżentaw il-każ tagħhom quddiemu?
Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi ntegrat il-bini ta' Sea Malta fil-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir meta xi ġimgħat ilu inħarġet sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta' l-istess bini? Kemm ġew sottomessi offerti għal dan il-bini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmi bini, jiġifieri,dak li kien magħruf bħala tas- “SeaMalta” sejjer jiġi integrat fil-proġett ta` riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, fil-parti li testendi mill-Menqa sa Depost ta` Dwana (Government Bonded Stores Marsa ). Fir-rigward ta` sejħa għall-offerti nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li s-sidien li tteħditilhom proprjeta' fil-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkumpensati b'mod adegwat peress li issa anke qiegħed isir bini minn terzi fil-proprjeta' li kienet f'St Joseph Street u fi Spur Street?
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — volum ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? Il-claims huma kollha ta' din is-sena jew fadal xi wħud tas-sena ta' qabel? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-ħajt li inbena madwar is-sit fi Triq il-Kbira kantuniera ma' Triq il-Pjazzetta , Ħ'Attard jitranġa peress li kien jinsab fix-xifer tal-bankina u b'hekk ma tħalliex spazju minn fejn jgħaddu n-nies?
Jista' l-Ministru jikkonferma li qiegħed isir refurbishment estensiv fl-uffiċċju fi blokk B f'Belt is-Sebħ? Għalfejn qiegħed isir dan ir-refurbishment? Kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nikkonferma li hemm ħsieb li l-Ministeru u l-impjegati kollha li jaħdmu f’Xatt il-Barrieri jkunu ttrasferiti f’Belt is-Sebħ. Għal dan il-għan, kif il-post għadu vojt, qed isssir il-manutenzjoni regolari li ssir lil kull bini kif ukoll ri-strutturar meħtieġ.
In-nefqa proġettata hi ta’ madwar €65,000.
Jista' l-Ministru jikkonferma li se jsir ristrutturar fi ħdan id-Diviżjoni tax-Xogħlijet Pubbliċi u jekk fl-affermattiv hemm il-ħsieb li jingaġġaw żewġ diretturi ġenerali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-uniku ristrutturar se jsir fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni. Mhemmx il-ħsieb li jiġu ngaġġati żewġ diretturi ġenerali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3413 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet referuta lilu u jara li minnufih tiġi investigata s-sistema tad-drenaġġ fis-suq tar-Raħal il-Ġdid peress li din qegħda tfur u litteralment tgħarraq il-ħwienet li hemm fis-sular t'isfel?
Response (DALLI, JOHN)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' tad-Djar biex tinvestiga u tieħu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3449 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet is-somma li ngħatat lil Hexagon House fil-Marsa mingħand l-HSBC sabiex takkomoda d-Dipartiment tal-Ambjent (MEPA)? Jista' jikkonferma li l-ħaddiema ta' dan id-dipartiment ma jridux jaħdmu f'din il-propjetà? X'inhi r-raġuni għal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-somma mħallsa kienet ta’
€4,258,094.57 (Lm1,828,000) għal kumplament tal-
utile dominum
temporanju li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2091.
Ma jirriżultax li l-ħaddiema ma jridux jaħdmu f’din il-proprjetà imma l-inkonvenjent ta’ rwejjaħ li qed jiġu kkawżati minn terzi qed jagħti lok għal ferment bejn il-ħaddiema. Il-
MEPA
kellmet lid-diversi terzi persuni biex jieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex inaqqsu dan l-inkonvenjent u dawn wegħdu li se jieħdu l-miżuri rikjesti. Min-naħa tal-
MEPA,
ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex is-sistema taċ-ċirkolazzjoni tal-arja tkun taħdem tajjeb u effiċjenti.
Bengħajsa — Trasferiment ta' biċċa art mingħand il-gvern
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa lill-Korporazzjoni Enemalta għal perijodu ta' 65 sena għal kiri tal-impjant tal-gass?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-gvern lill-Enemalta għall-elettriku u għall-gass separatament għal kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-cost ta' metru kubu ilma mwassal għand il-konsumatur illum (inkluż overheads u ineffiċjenzi)? Kemm kien fl-1998 u fl-2003? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal kull unit ta' elettriku imwassal fid-djar (cost għall-Korporazzjoni Enemalta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li fil-parti tal-Imdina Road Qormi, mix-showroom tal-Easysell 'l isfel issir sistema ta' traffic management li tippermetti żewġ lanes għat-tul tat-triq kollha anke jekk jitneħħa xi parkeġġ fil-parti d-dejqa tat-triq għax f'din it-triq qiegħed ikun hemm konġestjoni tat-traffiku matul il-ġurnata kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.