Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3828 u 3449 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3449.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-ħajt li inbena madwar is-sit fi Triq il-Kbira kantuniera ma' Triq il-Pjazzetta , Ħ'Attard jitranġa peress li kien jinsab fix-xifer tal-bankina u b'hekk ma tħalliex spazju minn fejn jgħaddu n-nies?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard f’Ottubru 2007 kien ġibed l-attenzjoni tal-MEPA dwar il-mod kif sar l-ilqugħ madwar is-sit u kif dan kien qedjostakola l-bankina. Ir-risposta tal-MEPA kienet li il-ħajt ta’ lqugħ kien bżonnjuż u li minħabba r-restirizzjoni tat-Triq u l-bankina dan ma setax jinbena aktar il-ġewwa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn eco tax fuq il-basktijiet kbar tal-plastik (suwed, griżi u bojod) li jintużaw għall-iskart?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati preżenti ta’ eco tax fuq basktijiet degradable u non-degradable huma € 0.02c u € 0.14c rispettivament, waqt li fuq il-basktijiet bio-degradable m’hemmx eco tax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? Il-claims huma kollha ta' din is-sena jew fadal xi wħud tas-sena ta' qabel? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2008 ir-rifużjonijiet fuq xiri ta’ solar water heaters waqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Malta Resources Authority (MRA).
Dwar talbiet li saru sas-sena 2007, għad hemm ħamsa u tlettin (35) kazi pendenti u dawn ma ġewx ipproċessati minħabba li l-applikanti kkonċernati ntalbu jagħtu informazzjoni importanti dwar it-talba tagħhom u dawn għadhom ma wieġbux.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3688 u jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-gvern lill-Enemalta għall-elettriku u għall-gass separatament għal kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamenari 3689 u jgħid kemm kien is-sussidji mogħti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3637 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa għal perijodu ta' 65 sena għall-kiri tal-impjant tal-gass?
Jista' l-Ministru jgħid kemm fadalu jdaħħal flus il-Gvern mill-biegħ tal-MidMed Band lill-HSBC? Kemm kienet is-somma totali ta' dan il-biegħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġa’ daħħal kollox (Lm83 miljun, jew €193.3 miljun) mill-bejgħ tal-Mid-Med Bank, maqsumin hekk:
Lm71 miljun (€165.3 miljuni) fl-1999 u Lm12-il miljun (€28 miljun) fl-2000.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3449 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3449.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3634 u jagħti lista ta' entitajiet pubbliċi li ġew mogħtija lill-privat għall-iżvilupp kummerċjali mill-gvern permezz ta' indikazzjoni fil-Parlament matul dawn l-aħħar għoxrin sena? F'liema data saru l-kuntratti, lil min ingħataw u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull trasferiment?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3635 u jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3588 u jgħid kemm fadalu jdaħħal flus il-Gvern mill-biegħ tal-MidMed Bank lill-HSBC? Kemm kienet is-somma totali ta' dan il-biegħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3588.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3703 u jgħid kemm hu l-cost ta' metru kubu ilma mwassal għand il-konsumatur illum (inkluż overheads u ineffiċjenzi)? Kemm kien fl-1998 u fl-2003? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal kull unit ta' elettriku imwassal fid-djar (cost għall-Korporazzjoni Enemalta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3582 u jgħid meta se tiddaħħal it-tariffa fuq is-servizz tad-drenaġġ li qal li kellha ssir xi xhur ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3584 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema kienet il-kumpannija l-oħra apparti l-Gasco li ġiet short listed fil-proċess tal-privatizzazzjoni tad-diviżjoni tal-gass tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- Privatisation Unit irċeviet tlett offerti. Waħda minnhom ġiet skwalifikata għax ma kelliex Bid Bond. Iż- żewġ kumpaniji l-oħra kienu GASCO Limited li ġiet iddikjarata bħala l-Preferred Bidder’ u Polidano Group.