Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Refurbishment

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-valur tax-xogħolijiet ta’ refurbishment li sar minn April 2008 sal-lum fil-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari f’ Casa Leoni, Sta. Venera huwa:- Ministeru €6,724.94 Segretarjat Parlamentari €2,600.85
Leg 11 PQ #4126 Sitting 62 2008-11-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — Refurbishment

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nikkonferma li saru xogħolijiet ta' refurbishment fis-segretarjat privat u l-valur ta' dawn ix-xogholijiet kien ta' €16,347.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — refurbishment

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April 2008 sa' llum ma sar ebda refurbishment fil-Ministeru (Private Secretariat) tiegħi.

Freedom of movement miċħud

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jinvestiga r-raġuni għala l-mara barannija, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha miżżewġa Malti għal aktar minn disa' snin u li qabel kellha l-freedom of movement issa qiegħed jiġi miċħud lilha dan id-dritt?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mara barranija jew ir-raġel barrani ta' ċittadin ta' Malta tgawdi jew igawdi l-freedom of movement sakemm il-koppja tkun qed tgħix flimkien. Ninsab infurmat li, fl-aħħar tas-sena 2006, ir-raġel tal-persuna konċernata kien avża lill-Awtoritajiet ta' l-Immigrazzjoni li hu u l-mara tiegħu qatt m'għexu flimkien u għalhekk il-mara tilfet id-dritt li tgawdi l-freedom of movement. Sussegwentement saret dikjarazzjoni ffirmata mill-mara waħidha biss, fejn stqarret li hi u żewġha qed jerġgħu jgħixu flimkien. Fid-dawl ta' dan l-Awtoritajiet pertinenti qed jeżaminaw il-każ.

Assi tal-Gvern — privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assi tal-Gvern — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3635 u jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3635.

Mellieħa — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3829, 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4116 Sitting 61 2008-11-25 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn April ta' l-2008 sal-lum sar xogħol ta' refurbishment fis-segretarjat privat tal-Ministeru. li l-valur tiegħu kien jammonta għal €9,514.87. Dan kien jikkonsisti fi qlugħ, tibdil u tqegħid mill-ġdid ta' kamra tal-banju, illi kienet waslet sabiex tinbidel, kompluta bl-aċċessorji, inkluż plumbing u xogħol tal-elettriku flimkien ma' refurbishment ta' ante room bil-madum, dwal, gypsum u aluminium fixtures.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Valletta — Kumpens ta' art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3879 u jara li s-sidien li tteħditilhom proprjetà fil-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkumpensati b'mod adegwat peress li issa anke qiegħed isir bini minn terzi fil-proprjeta' li kienet f'St Joseph Street u fi Spur Street?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ix-xogħlijiet ta’ refurbishment fil-Ministeru, (Private Secretariat) sar mill-impjegati ta’ l-istess Ministeru. In-nefqa minn April 2008 sal-lum tammonta għal € 24,255.91 biex inxtrat għamara ġdida.
Leg 11 PQ #3960 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp — Agricultural store

Question

Jista' l-Prim Ministru jivverifika għaliex l-Awtorita għall-Ippjanar u l-Iżvilupp li suppost taħdem bħala one stop shop qiegħda tesiġi li anke f'każi ta' strutturi agrikoli minuri bħal agricultural store ta' 4m2 titlob l-applikant li jġib in-no objection mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, mill-veterinarju u anke mill-Awtorita' għar-Riżorsi qabel ma jissottometti l-applikazzjoni? Ma jaħsibx li din hi burokrazija żejda fil-konfront tal-bdiewa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-PQ tagħmel referenza għal strutturi agrikoli minuri ta' 4m². Fil-fatt din id-dimensjoni tirreferi għal pump chamber u mhux għal agricultural store kif indikat fil-PQ. Il-policy dwar pump chambers (u ġwiebi) hija mfassla f'Policy 2.6A tal-Policy and Design Guidance: Agriculture, Farm Diversification and Stables (2007). Fl-ebda każ pero' (pump chamber jew agricultural store) l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma titlob li ssir konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Veterinarju. L-unika konsultazzjoni li tintalab kemm fil-każ ta' pump chamber u fil-każ ta' agricultural store hija mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-Awtorità tar-Riżorsi. Din il-konsultazzjoni ma' dawn iż-żewġ entitajiet hija essenzjali sabiex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tkun tista' tistabilixxi l-prinċipji relatati tal-proposta u jiffurmaw parti mill-ipproċessar ta' l-applikazzjoni. Fiċ-Ċirkulari għall-Periti ( Circular 3/08) hemm referenza għall-Appendiċi 3 tal- Policy and Design Guidance . Dan l-Appendiċi fih lista tad-Dipartimenti/Awtoritajiet li jridu jiġu kkonsultati skond it-tip ta' żvilupp propost u x'tip ta' informazzjoni trid tingħata mid-Dipartimenti/Awtoritajiet.

Pont Manwel Dimech — Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha tal-proġett tal-Bridge Manwel Dimech inkluż ix-xogħol tal-landscaping fil-wied ta' taħt il-bridge hux lest kollu? Jekk fin-negattiv, meta se jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — volum ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3880 u jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Capital projects development and indicator unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-capital projects development and indicator unit għadux jiffunzjona u jekk fl-affermattiv minn min hu immexxi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Unit imsemmi mill-Onor. Interpellant ma jeżistix fil-Ministeru tiegħi. Jekk qed jirreferi għall- Projects Development and Co-ordination Unit, dan qed jiġi assorbit fil- Grand Harbour Regeneration Corporation plc.
Leg 11 PQ #4046 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attard — Triq il-Kbira - Bini ta' ħajt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3707 u jara li l-ħajt li nbena madwar is-sit fi Triq il-Kbira kantuniera ma' Triq il-Pjazzetta , Ħ'Attard jitranġa peress li kien jinsab fix-xifer tal-bankina u b'hekk ma tħalliex spazju minn fejn jgħaddu n-nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.