Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet għar-reġistrar ta' boreholes, spieri u nixxiegħat li ġew sottomessi lill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi skond l-aħħar skema ta' reġistrar li għalqet ftit tal-jiem ilu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4109 u jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha tal-proġett tal-Bridge Manwel Dimech inkluż ix-xogħol tal-landscaping fil-wied ta' taħt il-bridge hux lest kollu? Jekk fin-negattiv, meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Għall-Ippjanar u l-Ambjent — One stop shops
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3960, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-applikanti qegħdin jintalbu jagħmlu l-konsultazzjoni huma qabel ma' japplikaw meta bħala one stop shop din il-konsultazzjoni suppost issir mill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dokument Policy and Design Guidance: Agriculture, Farm Diversification and Stables (2007), speċifikament f'Appendiċi 3, l-applikanti u l-periti għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom lista ta' rekwiżiti li jridu jippreparaw qabel ma jkunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni. Ħafna minn dawn id-dettalji huma marbutin ma' kriterji stabbiliti mid-dipartimenti konċernati u mhux mill-MEPA. Il-kontenut tad-dokument u t-tielet appendiċi tfasslu flimkien mad-dipartimenti konċernati qabel mad-dokument ġie approvat u ppublikat. Filfatt, din il-proċedura saret għal żewġ raġunijiet primarji:
1. Sabiex kemm jista' jkun jitnaqqas l-ammont ta' applikazzjonijiet li jiġu sottomessi lill-MEPA avolja ma jilqgħux il-kriterji stabbiliti mid-dipartimenti konċernati (per eżempju, applikazzjoni għal struttura agrikola meta l-applikant lanqas huwa reġistrat bħala bidwi);
2. Sabiex jitnaqqas id-dewmien fl-iproċessar ta' l-applikazzjonijiet agrikoli.
Ħafna mid-dewmien fl-iproċessar ta' l-applikazzjonijiet qiegħed fil-fażi inizzjali ta' konsultazzjoni u bdil ta' pjanti, u ħafna drabi dan il-bdil fil-pjanti oriġinali jsir sabiex jilqa' il-kriteriji tad-dipartimenti konċernati (li jistgħu anke jwasslu għal bdil sostanzjali, inkluż fil-
layout
tal-proposta sabiex jilqgħu l-i
standards
tad-dipartimenti rispettivi). Għalhekk, huwa importanti li l-applikanti u l-periti jkunu jafu x'inhuma dawn il-kriterji kemm jista' jkun kmieni sabiex jinkorporawhom fil-proposta tagħhom. Din tgħin sabiex jitnaqqas il-bżonn ta' bdil repetut tal-pjanti.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4113, dan ifisser li matul din il-leġislatura, il-proġett kapitali li se jiġu varati mill-gvern huma biss dawk b'konnessjoni mal-proġett tal-Grand Harbour Regeneration?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-SeaMalta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — refurbishment
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4124 u jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sar biss xogħol ta' manutenzjoni u l-valur kien ta' 2,355 Ewro.
Jista' l-Ministru jispjega l-pjanijiet tal-gvern għat-tneħħija tas-sussidju fuq il-gass matul it-tliet snin li ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ġie spjegat waqt id-dibattitu fil-Parlament f’dawn l-aħħar ġranet fuq l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Att dwar il-Freeport, il-prezz tal-gas lill-konsumatur ser ikun jiddependi mill-prezz tas-suq, kif regolat mill-Awtorita’ Maltija għar-Rizorsi.
Il-Gvern, fl-istess ħin, ser ikun qed jagħti konsiderazzjoni kif meħtieġ għal każijiet soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni għala wara li tlestiet Triq Rudolph Tas-Sliema xi ftit tax-xhur ilu, issa qiegħda tinqala xi partijiet tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dak li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien riżultat ta' deċiżjoni tal-Kunsill Lokali. Hu min hu li ddeċieda m'hemmx dubju li dawn l-episodji joħolqu inkonvenjenti u ħela ta' flejjes pubbliċi li jeħtieġ jitwaqqfu. Minħabba f'dan fil-ġranet li ġejjin se nħabbar proċeduri ġodda fil-ħruġ ta' permessi għal xogħlijiet fuq it-toroq inklużi toroq fil-kompetenza tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk iċ-ċwievet tal-post f'Ħaż-Żebbuġ li dettalji tagħhom qed jinbagħtu separatament hux qegħdin f'idejn l-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ċ-ċwievet tal-post indikat mill-Onor. Interpellant qegħdin għand l-Awtorita' tad-Djar.
Formoli għat-talbiet għall-għajnuna mill-bdiewa u raħħala
Question
Jista' l-Ministru jara li l-formoli għat-talbiet għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal bdiewa u r-raħħala jinkitbu bil-Malti għax peress li llum huma bl-Ingliż, mhux dejjem jiftehmu tajjeb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-formoli għat-talbiet għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea għall-bdiewa u raħħala ser ikunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Awtorità Maltija għar-Riżorsi — Chief Executive Officer
Question
B'referenza għas-sejħa għal ħatra ta' chief executive officer fi ħdan l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi, jista' l-Ministru jgħid,
a) Kemm kien hemm applikanti?
b) Bediex il-proċess tal-għażla u jekk fl-affermativ kemm ġew intervistati persuni minn dawk li applikaw?
ċ) Jekk dan sar, il-post imtela' u jekk iva, minn min?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien hemm 36 applikazzjoni għal din is-sejħa u l-proċess tal-għażla beda. S’issa l-post għadu vojt.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Volum ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4112 u 3880 u jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-segretarjat privat tal-Prim Ministru ma sar l-ebda xogħol ta’ refurbishment minn April 2008 sal-lum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3933 u ċioè b'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3583, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li huma CVA exempt?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4019 u 3688 u jgħid kemm kien is-sussidju mogħti mill-gvern lill-Korporazzjoni Enemalta għall-elettriku u għall-gass separatament għal kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-għotjiet mogħtija mill-Gvern lil Enemalta kienu kif jidhru hawn taħt.
Sena finanzjarja
2004/5
2005/6
2006/7
€
€
€
Elettriku
15,166,550
44,807,827
37,065,334
Gass
4,192,872
4,891,684
4,891,684
Total
19,359,422
49,699,511
41,957,018
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamenari 4020 u 3689 u jgħid kemm kien is-sussidji mogħti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull sena mill-1996 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-infroamzzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4021 u 3637 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa għal perijodu ta' 65 sena għall-kiri tal-impjant tal-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3637.
Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.