Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi — Ta' Kandja - ranġar ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jara li triq li twassal mis-Siġġiewi sa Ta' Kandja sa l-Imqabba tingħata wiċċ ġdid u forsi ankè titwessa' f'xi partijiet dojoq tagħha peress li din it-triq tinstab fi stat hażin u hija wkoll triq li tintuża ħafna kemm mill-Maltin u ankè mit-turisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta Dwar it-Trasport innutat it-talba mressqa mill-Onorevoli Interpellant, madankollu ix-xogħol mitlub mhux ippjanat għal din is-sena minħabba limitazzjonijiet finanzjarji u li hemm prioritajiet oħra. L-ADT tkun qed tikkonsidra din il-proposta fis-snin ta’ wara.

Ta' Sliema — Rudolph Street - Xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jikonferma jekk fl-aħħar parti ta' Rudolph Street Ta' Sliema ħdejn l-Imperial Hotel saritx darbtejn? Jekk fl-affermativ għaliex sar hekk u kemm swiet aktar biex inqalgħet u reġgħet saret?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija tiegħu Nru 4384, rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #5096 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Marsalfron Waterfront u Xlendi Waterfront — Kompetizzjoni għad-disinn

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal kompetizzjoni tad-disinn tal-Marsalforn Waterfront? Kemm ġew sottomessi għad-disinn tax-Xlendi Waterfront?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li saru seba' sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni tad-disinn tal-Marsalforn Waterfront u disa' sottomissjonijiet għall-kompetizzjoni tad-disinn tax-Xlendi Waterfront.

Pubblikazzjoni dwar Smart City

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa flus il-pubblikazzjoni dwar Smart City li ġiet ippubblikata qabel l-elezzjoni li għaddiet ta' Marzu 2008? Kemm-il kopja ġiet ipprintjata minn din il-pubblikazzjoni? Fejn sar il-printing ta' din il-pubblikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Volum ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4388, 4112 u 3880 u jgħid x'kien il-volum totali ta' ilma prodott kull sena milll-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mis-sena 2000 sal-lum? X'kien il-volum ta' ilma li ġie metered għal kull sena? X'kien id-dħul għal kull sena mill-bejgħ ta' dan l-ilma? X'kien l-ammont ta' sussidju li ta l-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul dawn is-snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Refund fuq xiri ta' solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4231 u jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li għadu għaddej il-proċess biss fuq 218-il talba oħra li fadal li mhumiex iffinalizzati minħabba xi informazzjoni nieqsa.

Widien abbandunati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3967, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4210 u jressaq ir-rapport għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Parlament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 4758.

Għawdex — Polishing plant - ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4151 u jgħid kemm jiswa f'nefqa rikorrenti kull metru kubu ta' ilma li tipproduċi l-polishing plant f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża hi 25c ta Euro kull metru kubu. Din ma tinkludix l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ilma mill-ispieri.

Baħar iċ-Ċagħaq — caravan site

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4150 u jgħid x'kienet in-nefqa tal-gvern matul is-snin għall-bini tal-caravan site f'Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ilma użat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4143, 3931 u 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Indiċi tal-ogħli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-indiċi tal-għoli tal-ħajja fl-aħħar ta' Diċembru għal kull sena mill-2000 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif tidher f’dawn it-tabelli. Tabella A Tabella B Sena Indiċi Rata ta' l-Inflazzjoni Baż i 1995 = 100 2000 607.07 2.37% Diċembru 2000 113.51 2001 624.85 2.93% Diċembru 2001 118.76 2002 638.54 2.19% Diċembru 2002 119.14 2003 646.84 1.30% Diċembru 2003 121.98 2004 664.88 2.79% Diċembru 2004 125.42 2005 684.88 3.01% Diċembru 2005 129.89 2006 703.88 2.77% Diċembru 2006 130.91 2007 712.68 1.25% Diċembru 2007 135.25 Tabella A tindika l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut u r-rata ta’ l-Inflazzjoni annwali filwaqt li tabella B turi l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut għax-xahar ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma

Question

Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4289, 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Problemi għas-servizz tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-problema sabiex jingħata is-servizz tal-elettriku lill-proprjetà li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-elettriku ingħata lill-propjeta indikata mill-Onor Interpellant fit-3 ta' Novembru li għadda.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4119 u jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li f’Xatt il-Barrieri saru xogħlijiet ġeneral li b’kollox swew €10,024.30.
Leg 11 PQ #4467 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4116 u jgħid jekk sarx xi xogħol ta' refurbishment fil-ministeru, (private secretariat) minn April 2008 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-valur tax-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4116.

Mellieħa — Impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4114, 3829, 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4471 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport annwali tad-dipartimenti tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-CD li tinkludi r-rapporti annwali ta' ħidma tad-dipartimenti tal-gvern għas-sena 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapporti annwali tad-dipartimenti tal-gvern għas-sena 2007 jistgħu jitniżżlu mis-sezzjoni Librerija tal-Internet għas-Servizz Pubbliku http://intra.gov.mt, li għandu aċċess għaliha kull min huwa ikkonnetjat man-network tal-Gvern (il-Magnet). M’hix il-prassi li dawn il-pubblikazzjonijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti mwettqa mill-kumitati għar-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni matul din is-sena, kull kumitat separatament? X'inhu l-programm ta' xogħol għas-sena 2009 ta' kull kumitat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.