Legislature:
Category:
Reset
Active:

energy saving lamps

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5210 u jgħid meta ser jitqassmu l-energy saving lamps lill-familji Maltin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-iskema tal-energy saving lamps ippjanata li titnieda aktar tard din is-sena.

Ta' Qali — Crafts Village - allokazzjoni ta' fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fil-fabbriki li kienu fil-Crafts Village ta' Ta' Qali issa li ġie deċiż li l-Crafts Village mhux ser jibqa' f' Ta' Qali imma ser imur fl-inħawi tal-Baċir numru 1 f' Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pubblikazzjoni dwar Smart City

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5097 u jgħid kemm ġiet tiswa flus il-pubblikazzjoni dwar Smart City li ġiet ippubblikata qabel l-elezzjoni li għaddiet ta' Marzu 2008? Kemm-il kopja ġiet ipprintjata minn din il-pubblikazzjoni? Fejn sar il-printing ta' din il-pubblikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Ministeru MIIIT ma’ ippublikax publikazzjoni dwar Smart City.

Servizz tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5095 u jara li jingħata s-servizz tal-ilma lil persuna li dettalji tagħha qedgħin jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta saret din l-applikazzjoni xi żmien ilu għamlu kuntatt mal-Applikant. Peress li kien hemm xi deċiżjonijiet li ried jieħu l-Applikant fir-rigward tas-servizz mitlub, dan kellu jikkuntattja lura lill-Korporazzjoni bir-risposta. Jidher li s’issa l-Applikant ma reġax għamel kuntatt. La darba tiġi ċċarata l-pożizzjoni tal-Applikant, l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata kif meħtieġ.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ilma użat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4587, 4143, 3931 u 3519 u jgħid kemm użaw ilma provdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma l-bdiewa u r-raħħala matul is-snin 2005, 2006 u 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Baħar iċ-Ċagħaq — Caravan site

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4586 u 4150 u jgħid x'kienet in-nefqa tal-gvern matul is-snin għall-bini tal-caravan site f'Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li f’dawn l-aħħar għoxrin sena n-nefqa għall-caravan site f’Baħar iċ-Ċagħaq kienet ta’ Ewro 263,622 (Lm 113,173.00).
Leg 11 PQ #5270 Sitting 73 2009-01-20 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-fondi li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tigbor bħala Urban Improvement Fund humiex se jibqgħu jingħataw lill-kunsilli lokali respittivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Far — Industrial Estate - Child car centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pont Manwel Dimech — problema tal-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema tal-ilma tax-xita li jinġabar f'nofs il-pont il-ġdid Manwel Dimech int u ħiereġ mill-mina lejn San Ġiljan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din il-problema ġiet solvuta minħabba li kull ma kien hemm kien culvert imblokkat.
Leg 11 PQ #5140 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — bejgħ tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5140 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — bejgħ tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5140 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — bejgħ tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbilità tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mellieħa — Impjant tat-trattament tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4468, 4114, 3829, 3516, 3205 u 2896 u jgħid jekk il-proġett tlestiex u jekk fl-affermattiv meta beda jaħdem? Kemm kien il-valur tat-tender għal dan ix-xogħol? Kemm fil-fatt ġie jiswa sal-lum? Għad fadal xi varjazzjonijiet li jridu jiġu verifikati jew jekk approvat, għad iridu jitħallsu? X'inhi l-capacity ta' dan l-impjant? Kemm jikkonsuma elettriku kuljum dan l-impjant?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ fil-Mellieħa beda jopera u jittratta d-drenaġġ għall kwalita neċessarja biex jintefa’ il-baħar nhar it-Tnejn 29 ta’ Settembru 2008. Il-valur oriġinali tat-tender għall-impjant kien jammonta għall valur ta’ €8.97 miljun (€4.97 miljun għall-impjant u €4.0 miljun għal diversi mejnijiet ġodda u it-tisħiħ ta’ żewġ pumping stations prinċipali) liema spiża fuq l-impjant telgħet għal €10.57 miljun, b’żieda ta’ €1.6 miljun minħabba tibdil fis-sit ta’ l-impjant rikjest mill-MEPA wara li ġie iffirmat il-kuntratt fuq il-proġett. Il-kont finali kien €100,000 għola mill-valur stmat. Il-varjazzjonijiet kollha ġew kollha ivverifikati u approvati u fadal jitħallsu €640,000. Il-Korporazzjoni m'approvatx talbiet għall-varjazzjonijiet li jammontaw għal €3.2 miljun filwaqt li qed iżżomm id-dritt li tieħu azzjoni kif tagħtiha l-liġi kontra l-konsorzju minħabba d-dewmien biex jitlesta l-impjant kif ukoll għal xogħlijiet li ma sarux skond is-sena jew ma laħqux l-ispeċifikazzjoni mitluba fil-kuntratt. L-impjant għandu il-kapaċita’ jittratta medja ta’ 6,700 metru kubu ta’ drenaġġ kuljum. Il- konsum elettriku mid- 29 ta’ Settembru 2008 sal- 15 ta’ Jannar 2009 kien 503,532 kwh. Dan ifisser li l-impjant kellu konsum medju ta’ 4662 kwh kuljum għal dan il-perijodu.

Proġetti mwettqa mill-kumitati għar-riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4472 u jgħid xi proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni matul din is-sena, kull kumitat separatament? X'inhu l-programm ta' xogħol għas-sena 2009 ta' kull kumitat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma

Question

Issa li tħabbret ir-reviżjoni fir-rati tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4771, 4289, 4047 u 3706 u jgħid x'kienu r-rati qabel u x'inhuma llum, kemm għall-konsum kif ukoll tal-meter? Se jiżdiedu xi tariffi oħra fl-għoti ta' dawn is-servizzi bażiċi? L-ispiża għat-trattament tad-drenaġġ ġiet inkorporata fir-rati għall-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.