Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Far — Qasam Industrijali - Child Care Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fil-Qasam Industrijali ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imtarfa Bypass — junction

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir junction fl-Imtarfa bypass il-parti li tgħaddi quddiem il-bridge fejn l-Istazzjon Restaurant b'tali mod li l-vetturi li jkunu neżlin mill-Imtarfa jkunu jistgħu jaqsmu l-bypass għar-Rabat mingħajr periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li min-naħa ta’ l-Imtarfa (it-traffiku li nieżel l-isfel) il-karreġġjata hija one lane u m’hemmx post biex tiġi introdotta lay-by biex il-karozzi jkunu jistgħu jieqfu u jistennew it-traffiku tad-direzzjoni opposta, junction f’din il-parti tat-triq tkun perikoluża għas-sewwieqa.

Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għall-akkomodazzjoni soċjali, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha li saret aktar minn 13-il sena?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-każ qed jiġi kkunsidrat u qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Fi Frar tas-sena l-oħra saret spezzjoni fir-residenta tal-persuna indikata fejn ingħata informazzjoni fuq l-għajnuniet li seta’ jibbenefika minnhom sabiex jirrendi l-post abitabbli sakemm jingħata post alternattiv. Jidher li din il-persuna ma talbet l-ebda għanjuna għall-tali xogħlijiet.

Benefiċċju tal-qgħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mhux qiegħed jieħu l-ebda benefiċċju tal-qgħad minkejja li qiegħed jirreġistra għax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Ta' Qali Crafts Village — fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar dan is-suġġett bħalissa il-Ministeru tiegħi jinsab f’kuntatt dirett ma’ sidien ta’ artiġjanat f’Ta’ Qali, fejn qed jiġi diskuss dwar x’jista’ isir minn dawn l-istess fabbriki.

Ta' Qali Crafts Village — fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5562 u jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil Onor Interpellant biex jara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5562 li ngħatat aktar kmieni fis-seduta..
Leg 11 PQ #5829 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — Bejgħ ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5563, 5379, 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ta' Qali Crafts village — irranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5564 u jgħid kemm kien stmat ix-xogħol li kellu jsir għall-irranġar tat-toroq fil-Crafts Village ta' Ta' Qali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istima tax-xogħlijiet għall-bini ta’ toroq u installazzjoni ta’ servizzi għal-proġett tal-Crafts Village hija hekk:- Lot 1 – roads, parking areas & pedestrian areas €11,961,332 including VAT (LM5,135,000) Lot 2 – new drinking and sewer mains €1,061,016 including VAT (LM455,494) Lot 3 – civil works for cable works €317,261 including VAT (LM136,200)

Produzzjoni ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-enerġija kull xahar għal dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm min dan l-elettriku ġie prodott mill-power station tal-Marsa u kemm minn ta' Delimara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaddiema nisa ħol-fabbriki — shifts ta' bil-lejl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi regolament li permezz tiegħu, ħaddiema nisa fil-fabbriki jistgħu ma jaċċettawx li jaħdmu shift ta' bil-lejl kontra l-volontà tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ma jeżisti l-ebda regolament fl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jimpedixxi ħaddiema nisa milli jaħdmu xogħol ta' bil-lejl fil-fabbriki.

Ħal Far — Industrial Estate - Child car centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Far — Industrial Estate - Child car centre

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5272 u jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5272.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja - kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali u l-gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji — lezzjonijiet tal-Physical Education

Question

Tista' l-Ministru tara li fejn hu possibbli jinbnew spazji fl-iskejjel primarji sabiex jintużaw għal-lezzjonijiet tal-Physical Education peress li f'ħafna skejjel meta tkun ix-xita dan ma jkunux jistgħu jagħmluh minħabba li jintużaw il-btieħi, u dan meta l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku bażiku qiegħda dejjem tikber?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li bil-bini ta’ swali ġodda, li huma ‘multipurpose’, diġa qegħda tittieħed azzjoni li tippermetti li dawn il-postijiet ma jkunux limitati għall-‘plays’ jew ‘prize days’ biss. L-ispażji qegħdin jiġu użati biex isiru lezzjonijiet ta’ l-eżerċizzju fiżiku. Waqt li mhux kull skola għandha art li tippermetti l-bini ta’ din ix-xorta, jrid jingħad li saru diversi ‘refurbishments’ fl-iskejjel fejn inħolqu postijiet li jkunu jistgħu jakkomodaw lezzjonijiet ta’ l-eżerċizzju fiżiku meta t-temp ma jkunx favorevoli. Ta’ min isemmi wkoll li x-xogħolijiet tal-‘Multipurpose Hall’ f’Marsaxlokk ser titlesta ftit ġimgħat oħra, u din ukoll ser tkun tilqa’ diversi dixxiplini sportivi. Sar ħafna xogħol ta’ ‘upgrading’ anke f’areas li qegħdin jintużaw għall-eżerċizzju fiżiku w attivitajiet oħrajn.

Dipartiment tat-Toroq — bdil fl-isem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq (Network Infrastructure Directorate) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport inbidilx l-isem tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-isem il-ġdid u għalfejn saret din il-bidla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq arterjali li se jsir xogħol fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.