Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5843 u jgħid kemm-il ħanut fis-Suq tal-Belt hu mikri u qiegħed jopera b'mod regolari? X'inhu l-ġeneru tan-negozju ta' kull ħanut?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5843.
Jista' l-Ministru jara li barra ċ-Ċimiterju tal-Addolorata fejn jarmaw tal-fjuri jsiru xi tip ta' gabbani għalihom għax dawn in-nies li jagħtu servizz lil kull min iżur iċ-ċimiterju qedgħin ibatu mill-elementi għax m'għandhomx faċilità sew fejn jaħdmu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-area fejn jarmaw tal-fjuri barra ċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata hija art pubblika u b'hekk taqa' taħt responsabilita' tad-Dipartiment ta' l-Artijiet u mhux taħt ir-responabilita' tal-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Informat ukoll li tali bejjiegħa mhumiex ikkontrollati b'ebda liċenzja mid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħanut fis-Suq tal-Belt hu mikri u qiegħed jopera b'mod regolari? X'inhu l-ġeneru tan-negozju ta' kull ħanut?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm tletin (30) ħanut fis-suq tal-Belt, li għandhom kirja mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dawn kollha jħallsu l-kera regolarment. Tlieta (3) minn dawn il-ħwienet huma mikrija lill-Dipartimenti tal-Gvern.
Minn dawn joperaw bħala ħwienet hemm 13 il-ħanut. Il-ġeneru tagħhom huwa: sitta ħwienet tal-laħam, tnejn tal-ħut, tnejn tal-merċa, tnejn tal-ħaxix u wieħed bil-prodotti varji ta’ l-ikel.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?
Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — full development permit għal-akwarju
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għandhiex il-full development permit għal bini ta' akkwarju pubbliku u attrazzjoni marittima fil-Qawra? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u tal-pjanti approvati?
Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħażlu l-persuni li se jitiħdulhom posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa flus il-pavimentar fi Pjazza San Gwann kif wkoll dak li sar quddiem il-Kon Katidral ta' San Gwann?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-pavimentar li sar fl-2007 quddiem il-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann sewa madwar 257,000Euros filwaqt li l-pavimentar tal-pjazza sewa madwar 54,000Euros.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5837 u jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-enerġija kull xahar għal dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dan l-elettriku ġie prodott mill-power station tal-Marsa u kemm minn ta' Delimara?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-sena 2008.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5828 u 5562 u jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5562.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5829, 5563, 5379, 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ġiet sottomessa l-ebda offerta għall-bejgħ tal-bini ta’ l-ex-Sea Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5668 u jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq (Network Infrastructure Directorate) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport inbidilx l-isem tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-isem il-ġdid u għalfejn saret din il-bidla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-promenade ta' Marsaxlokk? Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lix-xogħlijiet mistennija jibdew din il-ġimgħa. Dan ix-xogħol jinkludi tibdil tal-main tal-waste water u l-main tal-ilma. Hu ppjanat li sa l-aħħar ta’ Mejju titlesta l-bankina fuq in-naħa tal-bini. Hu mistenni li f’Ottubru jinbeda l-pavimentar tal-promenade.