Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif tħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Frar 2009 u kif tħabbar fid-dettal mill-Onorevoli Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Artijiet fis-26 ta’ Frar 2009 f’konferenza ta’ l-aħbarijiet, l-Iskema li kienet tħabbret fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2002 li biha l-Gvern kien impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta’ dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, diment li huma wżati bħala residenza ordinarja u/jew postijiet ta’ villeġġatura u li fl-2004 kienet estiża wkoll għal proprjetajiet simili tal-Gvern li qabel ma kinux jappartjenu lil xi Entitajiet Ekkleżjastiċi, b’effett mid-29 ta’ Jannar 2009 ġiet temporanjament sospiża u sa ma joħroġ avviż ieħor mhux ser jintlaqgħu aktar applikazzjonijiet għal dan l-iskop. Dan qiegħed isir sabiex it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tkun tista’ tirriorganizza u tipproċessa dawk l-applikazzjonijiet li għadhom pendenti.
Fl-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjonijiet ser ikun hemm tibdil fil-kundizzjonijiet sabiex jiġi evitat li ssir spekulazzjoni mill-proprjeta’ msemmija. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-Direttiva Ministerjali maħruġa għal dan il-għan.
Bħalissa hemm madwar 3,000 applikazzjoni pendenti u t-tibdil fil-kundizzjonijiet huwa immedjat u għalhekk japplika għal kulħadd.
Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5840 u jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5840.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-parti mill-bankina li għandha kif saret f'Tower Road Tas-Sliema reġgħet inqalgħet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proġett li qiegħed isir f’Tower Road jinkludi tisbiħ fil-parti t’isfel ta’ Tower Rd, liema xogħol ġie finalizzat fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru, u tisbiħ fil-parti ta’ fuq, liema xogħol qiegħed għaddej bħalissa. Dan il-proġett jinkludi wkoll it-tisbiħ ta’ Pjazza Sant Anna u tal-Pjazza quddiem il-Bank ta’ HSBC. Dawn ta’ l-aħħar għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-pavimentar qiegħed isir kollu bil-materjal naturali tal-‘porfido’ li se jagħti dehra sabiħa u ta’ uniformità lil inħawi kummerċjali ta’ tas-Sliema.
Għalhekk fejn il-bankini li saru temporanjament tal-konkos jew pavimentati b’materjali mhux tal-‘porfido’ qegħdin jinqalgħu u jsiru bil-‘porfido’.
Mġarr — Triq il-Kbira - Sistema ta' traffiku One Way
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport approvatx sistema ta' traffiku one way fit-Triq il-Kbira, Mġarr, il-parti wara l-Knisja int u sejjer il-Ġnejna? Jekk fl-affermattiv, liema huma t-toroq li ġew affettwati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2005 kien inħareg permess temporanju għal sistema ta’ traffiku
one-way
fit-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan il-permess kien validu għal zmien ta’ tlett xhur biss u meta skada dan iz-zmien, it-toroq imsemmija reġgħu ġew lura għal sistema ta’
two-way
.
Residenzjali tal-Joint Office — skema ta' fidi ta' ċens
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6059 u jgħid jekk l-iskema ta' fidi ta' ċens temporanju tal-proprjetà residenzjali tal-Joint Office hux ser titkompla? Jekk fl-affermativ, se jinbidlu xi kundizzjonijiet u jekk iva x'ser jinbidel? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u kwalunkwè tibdil ser japplika ankè għal dawk l-applikazzjonijiet li ilhom li saru iżda li baqgħu pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6059.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6057 u jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħażlu l-persuni li se jitiħdulhom posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6056 u jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi li għadhom personalised number plates ? Veru hemm vetturi li għandhom number platesli inxtraw bl-irkant u x'kien id-dħul tal-Gvern minn dawn in-number plates?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li ssir iż-żebgħa fit-toroq fejn sar major patching f'dawn l-aħħar jiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isir iż-żebgħa fit-toroq fejn sar major patching. Postijiet fejn il-kuntarttur irid jerġa' jaqla' xi xogħol li ġie ħazin, iż-żebgħa ġie pospost.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' proġetti infrastrutturali li l-finanzjament tagħhom ġie approvat mill-Unjoni Ewropea mill-baġit sas-sena 2013?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar proġetti magħżula tinsab fuq is-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt. Dan is-sit elettroniku jiġi aġġornat kull meta jsir għażla ta’ proġetti ġodda.
Kumpannija sussidjara tal-Freeport — Investiment fil-port ta' Brindisi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpannija sussidjara tal-Freeport investiet fil-port ta' Brindisi? Kemm kien l-ammont investit? Meta sar l-aħħar pagament fuq dan l-investiment? X'sar minn dawn l-investiment?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-istqarrija li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta' Novembru 2004.
Peress li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u l-Ministru għal Politika Soċjali naqsu li jwieġbu mistoqsija parlamentari 5935, jista' l-Prim Ministru jgħid x'ser isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fil-Qasam Industrijali ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-child care centre jifforma parti mill-bini amministrattiva għaż-żona industrijali ta' Ħal-Far.
Dan il-bini ser jitlesta skond il-pjani oriġinali u l-użu tiegħu ser ikun l-istess, jiġifieri ser jinkludi ċ-
child care centre
.
Il-proġett ser jitħallas mill-MIP.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5562 u jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5562.
Unjoni Ewropea — fondi għar-restawr tal-Forti Sant Iermu
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx talba lill-Unjoni Ewropea għal fondi għar-restawr tal-Forti Sant Iermu kif kien qal li kellu jsir is-Segretarju Parlamentari Mario Demarco?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadu kif twaqqaf Steering Committee mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni b’rappreżentanza mis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu sabiex imexxi ‘l quddiem l-proġett ta’ Sant Iermu. Wieħed mill-aspetti li ser ikun qed iħares lejh dan l-iSteering Committee huwa propju l-mod kif ser jiġi ffinanzjat ir-restawr.
Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5840 u jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5839 u jara li jiġu rranġati t-toroq fil-Qasam Industrijali f'Ħ'Attard għax jinsabu fi stat diżastruż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.