Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat tat-Toroq — field Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6057 u jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħażlu l-persuni li se jitiħdulhom posthom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawk il "field officers" li nstabu li ma kellhomx il-ħiliet neċessarji għal dak it-tip ta' xogħol ser jingħataw opportunita li jesserċitaw xogħol ieħor. Id-direttorat tat-toroq ħejja kors għall-"field officers" kollha u l-għazla għall-posizzjoni fil-grad ser tkun fuq bażi ta’ kompetenza.
Leg 11 PQ #6678 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — billboards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qabel ma jinkrew billboards mid-Dipartimenti tal-Gvern jew aġenzija/awtoritaijiet pubbliċi, jiġux ivverifikati jekk tali billboards humiex koperti bil-permessi ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tad-Dipartiment ta' l-Artijiet f'każ li jkunu jokkupaw spazji pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li Dipartimenti tal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi ngħataw struzzjonijiet sabiex jiżguraw li l-bill boards li jużaw ikunu koperti bil-permess neċessarji.

dewmien biex tinħareġ liċenzja fuq airguns

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala diversi persuni li xtraw air gun u li applikaw għal-liċenzja ħafna żmien ilu (anke tliet snin) u li huma reġistrati mal-Federazzjoni ta' l-Isparar tal-Bidnija, sal-lum għadhom ma ingħatawx il-liċenzja għall-arma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-club imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien suġġett ta' investigazzjoni mill-Pulizija dwar abbuż fl-għoti ta' rakkomandazzjonijiet meħtieġa in konnessjoni ma' applikazzjonijiet għal xiri ta' airguns. B'riżultat ta' din l-investigazzjoni, inbdew proċeduri kriminali fil-konfront ta' diversi persuni. In vista ta' dan, l-applikazzjonijiet rakkomandati minn dan il-club m'humiex qed jiġu ipproċessati għalissa.

Marsa — Inċineratur

Question

B'referenza għall-inċineratur li nbena fil-Marsa, jista' l-Ministru jgħid: i) meta nħarġet it- tender għal dan l-inċineratur ii) min rebaħ din it-tender u b'liema prezz iii) meta beda jaħdem dan l-inċineratur u kemm ġie jiswa finalment meta tlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Joint Office — Fidi ta' ċens

Question

B'referenza għall-iskema ta' fidi ta' ċens ta' proprjetà residenzjali tal-Joint Office, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġew magħżula l-proprjetajiet li diġà sar il-fidi taċ-ċens tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-indirizzi tal-proprjetajiet li l-kuntratt tal-fidi taċ-ċens sar bid-data tal-applikazzjoni ta' meta saret it-talba għall-fidi taċ-ċens?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6696 Sitting 91 2009-03-11 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għad-division ġdid tat-terminal taċ-Ċirkewwa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta sottomessa lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm intnefqu flus għal konsulenti fuq dan il-proġett minn meta tħabbar snin ilu sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Late payment fee

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Birgu — Torri ta' l-Arloġġ - proġett- bini mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li matul din is-sena jinbeda l-proġett tal-bini mill-ġdid tat-Torri ta' l-Arloġġ fil-pjazza tal-Birgu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 5378.

Tarzna — kumpanniji li tefgħu offerti għall-partijiet differenti ta' l-istess Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-proċess tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna kienx hemm każi fejn l-istess kumpannija/entità tefgħu offerti għall-partijiet differenti tat-Tarzna? Jekk fl-affermattiv, f'kemm-il każ ġara hekk?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fl-affermattiv, u kien hemm żewġ każi.
Leg 11 PQ #6631 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Marsa - bini ta' Inċineratur

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-pjanta approvata għal bini ta' l-inċineratur fil-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #6632 Sitting 90 2009-03-10 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Group 4 - xogħol klerikali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-Group 4 jagħmlu xogħol klerikali fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, kemm jitħallsu fis-siegħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6499 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — full development permit għal-akwarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlametari 6054 u jikkonferma jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għandhiex il-full development permit għall-bini ta' akkwarju pubbliku u attrazzjoni marittima fil-Qawra? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u tal-pjanti approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett tal-akkwarju pubbliku hu attrazzjoni marittima fil-Qawra għandu Full Development Permit (PA 2256/07). L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ħarġet sejħa għall-kumpaniji li huma interessati jissottomettu offerta għal dan il-proġett. L-offerta trid issir fuq bażi ta’ Design Build and Operate li tfisser li kumpaniji jridu jħejju pjanti ġodda. Dawn il-pjanti jridu jsegwu il-kundizzjonijiet tal- Qawra Coast Development Brief maħruġ mill-MEPA u l-kundizzjonijiet li hemm fil- Full Development Permit. Wara li jintrebaħ il-kuntratt, il-pjanti jridu jiġu sottomessi lill-MEPA sabiex issir emenda għall- Full Development Permit. Għaldaqstant ma nħossx li hu relevanti li l-pjanti eżistenti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja - ażjendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6501 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tourist nights

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5965 u jgħid kemm kienu t-turisti u n-numru ta' tourist nights f'Malta mis-snin 1980 sal-lum kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant iżda li tmur lura sa mill-1966.

Toroq arterjali li se jsir xogħol fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Toroq — bdil fl-isem

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5925 u 5668 u jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq (Network Infrastructure Directorate) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport inbidilx l-isem tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-isem il-ġdid u għalfejn saret din il-bidla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tat-Toroq fi ħdan l-Awtorita Dwar it-Trasport ma nbidilx l-isem tiegħu. Pero il-Gvern iddeċieda li jwaqqaf kumpanija, bl-isem ta' Road Network Ltd biex tingħata r-responsabilitajiet kollħa marbuta mat-toroq. Dan sar bħala parti min ristrutturar li ser iġġib bidla fil mod kif isiru u jiġu mantenuti t-toroq f'Malta.

Ta' Qali — Villaġġ tas-Snajja' - kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Proprjetà kummerċjali tal-gvern — trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li persuna li għandha titolu ta' kera fuq proprjetà kummerċjali tal-Gvern (ħanut) tittrasferixxi tali proprjetà lil terzi bil-kunsens tal-Kummissarju tal-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi f’każ ta’ proprjetà kummerċjali t-trasferiment tat-titolu tal-kera irid isir wara sejħa għall-offerti skond il-provedimenti tal-Att dwar Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268). Pero’, jista’ isir ftehim bejn min attwalment ikollu t-titolu tal-kera u terzi persuni dwar l-avvjament skond proċedura stabbilità mid-Dipartiment tal-Artijiet. Dawn it-terzi persuni jkollhom id-dritt għall-ewwel rifjut fl-għoti tal-offerta.