B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6991, tista' l-Ministru tgħid meta oriġinarjament kien ippjanat li se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Letter of Offer li hija il-ftehim uffiċjali li sar fi Frar tal-2005 għall-għotja tal-Fondi Strutturali għal dan il-proġett, id-data li kienet indikata meta kellhom jitlestew it-tined protettivi kienet l-aħħar ta’ Ġunju 2008.
Ir-raġunijiet prinċipali għad-dewmien kienu:
1) l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi u r-reviżjoni ta’ xi wħud mill-pedamenti biex jassikuraw li ma jkunx hemm impatti arkeoloġiċi.
2) il-frekwenza għolja ta’ ġranet matul l-aħħar xitwa meta x-xogħol kellu jieqaf minħabba l-maltemp.
Wieħed japprezza li f’xogħol ta’ din-natura, huwa ferm aktar importanti li x-xogħol isir bir-reqqa u bil-galbu kollu xieraq, milli li wieħed jgħaġġel u joħloq xi periklu għas-sit jew għall-ħaddiema.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — complaince certificate - applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irċiviet applikazzjonijiet għall-complaince certificate l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (elettriku u ilma) għas-snin 2007 u 2008 kull sena separatament? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm irċiviet l-awtorità applikazzjonijiet għas-sena 2009 sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji matul is-snin 2007 u 2008, kull sena separatament? Kemm saru kuntratti matul l-istess snin? Kemm ġew reġistrati konvenji matul din is-sena (2009) sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ konvenji reġistrati matul is-snin 2007, 2008 u sat-23 ta’ Marzu, 2009 huwa 9,086, 7414 u 1,386 rispettivament, fil-waqt li fis-sena 2007 ġew irreġistrati 14,615 il-kuntratt u fis-sena 2008 ġew irreġistrati 12,173.
Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6816, 6498 u 6056 u jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?
Ħ'Attard — Qasam Industrijali - tiswijja fuq toroq
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati t-toroq fil-Qasam Industrijali f'Ħ'Attard għax jinstabu fi stat ħażin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-present il-Malta Industrial Parks Limited qegħdin jippreparaw pjan ta’upgrading għall-Qasam Industrijali ta’ H’Attard.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6721, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti sottomessi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-applikazzjonijiet li saru għat-triq ta' l-Għadira?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6880,6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6879, 6500, 6052, 5832 u 5585 u jagħti lista ta' ażjendi li llum qegħdin joperaw fil-Villaġġ tas-Snajja ta' Ta' Qali?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6894 u jgħid għal kemm jammonta l-infiq fuq is-servizzi tas-saħħa bħala persentaġġ tal-Gross Domestic Product?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ erba’ konvenji tipiċi li ġew iffirmati bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja ta’ Ta’ Qali u l-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6504, 5926 u 5595 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tipika tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-ażjendi tal-Villaġġ tas-Snajja' ta' Ta' Qali u l-Gvern li permezz tiegħu s-sidien kellhom jingħataw il-proprjetà tagħhom b'ċens u huma joħorġu l-flus għall-iżvilupp tal-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5595.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tal-membrane li qiegħed jintuża fl-istrutturi li qegħdin jinbnew fuq it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra? Tista' tagħti spjegazzjoni kif dan il-membrane tqatta' fil-maltemp meta dan suppost iddisinjat sabiex jiflaħ għall-irjieħ li għandna Malta? Tapprezza l-Ministru li dan it-tqattiegħ tal-membrane jista' jwassal għal kollass ta' parti mit-tinda b'konsegwenzi mill-aktar serji fuq it-tempji li huma meqjusa wirt dinji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dokumenti relatati mall-Mistoqsija Parlemantari numru 7011 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-ispeċifikazzjonijiet tal-
membrane
jinsabu fid-Dokument A.
Kif diġa’ ġie spjegat lill-pubbiku permezz tal-medja, mhux korrett li wieħed jaħseb jew jgħid li l-
membrane
installat ġarrab xi ħsara. Kif spjegat aktar fid-dettal fid-Dokument B iż-żewġ panewijiet biss li ġarrbu xi ħsarat. Dawn iż-żewġ panewijiet kienu għadhom fil-proċess li jitwaħħlu u jiġu stirati, proċess li jieħu madwar għaxart’ijiem għal kull panew. Fit-tieni każ, l-irjieħat li ħakmu il-gżejjer laħqu Forza 11, jiġifieri forza ħafna ogħla minn dik prevista, u b’hekk il-prekawzjonijiet li kien ħa l-kuntrattur biex iħares il-panewa li kienet qiegħdha fil-proċess li titwaħħal ma kienux biżżejjed.
Wieħed għandu jżid li dawn iż-żewġ panewijiet qegħdin jinbidlu mill-kuntrattur, għas-spejjeż tiegħu.
Dan il-fatt ma jista’ bl-ebda mod jittieħed bħala xi indikazzjoni li l-materjal meta installat muhiex tas-saħħa meħtieġa. Minħabba s-
safety factors
ta’ dawn l-istruttuti, huma disinjati biex jifilħu kondizzjonijiet ħafna aktar estremi minn dawk li kellna dan l-aħħar. Tant hu hekk, illi l-ħames panewijiet li kienu kompletament installati, li jinkludu l-akbar panewijiet mit-18-il panewa li flimkien jiffurmaw it-tinda tal-Imnajdra, ma saritilomx l’anqas l-iċken ħsara mill-irjieħat ta’ Forza 11 li kellna ftit ilu.
B'referenza għall-inċineratur li nbena fil-Marsa, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6691 u jgħid:
i) meta nħarġet it-
tender
għal dan l-inċineratur
ii) min rebaħ din it-tender u b'liema prezz
iii) meta beda jaħdem dan l-inċineratur u kemm ġie jiswa finalment meta tlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-2003 kien ġie deċiż li l-proġett tal-inċineratur ikun wieħed mill-proġetti ffinanzjati mill-Hames(5) Protokoll Taljan skond il-kriterji ta’ dan il-programm finanzjarju. Il-kuntratt, li kien ipproġettat li jiswa 10.8 miljun ewro ingħata lil Barbieri & Tarozzi Group fid-19 ta Frar tal-2004. Meta wieħed iżid l-ispiża li saret biex ġie nstallat l-upgrade, is-somma finali kienet ta’ madwar 13-il miljun ewro.
L-inċineratur beda jaħdem f’Diċembru 2007 u għadu taħt perjodu ta’
commissioning
.
B'referenza għall-iskema ta' fidi ta' ċens ta' proprjetà residenzjali tal-Joint Office, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6693 u jgħid b'liema mod ġew magħżula l-proprjetajiet li diġà sar il-fidi taċ-ċens tagħhom?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista bl-indirizzi tal-proprjetajiet li l-kuntratt tal-fidi taċ-ċens sar bid-data tal-applikazzjoni ta' meta saret it-talba għall-fidi taċ-ċens?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6693.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6698 u jiddikjara jekk il-ħlas hekk imsejjaħ late payment fee li kumpannija tiċċarġja fuq kontijiet li ma jitħallsux fi żmien tlett ijiem li jiġu rċevuti, liema pagament ġieli jkun daqs jew akbar mill-ammont dovut hux legalment korrett u ġust? Jaħseb li dan l-aġir huwa forma ta' użura?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tħaffir tat-trinek fit-toroq tal-Belt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ħarġet 24 permess għal tħaffir ta' trinek fil-Belt Valletta. Dan sar sabiex jitqegħdu mains ta' ilma, drenaġġ u cables taħt l-art. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-permessi.
Dawn il-permessi ġew approvati mill-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp. Madanakollu, hemm permessi oħrajn li jinħarġu min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport b'konsultazzjoni mal-MEPA.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Ċirkewwa - terminal ġdid
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għad-disinn ġdid tat-terminal taċ-Ċirkewwa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tal-applikazzjoni sottomessa mill-Malta Maritime Authority bil-proposta: To demolish existing building and construct a ferry terminal hu PA 6148/08.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Group 4 - xogħol klerikali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-Group 4 jagħmlu xogħol klerikali fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, kemm jitħallsu fis-siegħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6942.