Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tat-Taxxi Interni/VAT — Interessi fuq kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni u tal-VAT qiegħed jiċċarġja nteressi ta' madwar 11% fuq kontijiet pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni kien jiċċarġja l-interessi fuq kontijiet pendenti bil-1% fix-xahar, skond l-artikolu 44 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa li ilu fis-seħħ għal ħafna żmien. Madankollu, min din is-sena, kif tħabbar fil-Bagit li għadda, l-interessi mill-2009 ‘il quddiem tnaqqsu għal 0.75% fix-xahar. Skond il-liġi tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, mill-1 ta’ Jannar 2009 imgħax dovut fuq taxxa li ma tkunx tħallset sad-data li kellha titħallas huwa bir-rata ta’ punt sebgħa ħamsa fil-mija (0.75%) għal kull xahar jew parti minnu li jiddekorri sakemm it-taxxa tibqa’ ma titħallasx. Sal-31 ta’ Diċembru 2008, ir-rata ta’ imgħax applikabbli fuq taxxa dovuta u mhux imħallsa sa qabel kienet ta’ wieħed fil-mija (1%) għal kull xahar jew parti minnu.

Hal Qormi — Triq is-Sebħ - Bridge

Question

Jista' l-Ministru jara li l-expansion joints tal-bridge li jaqsam minn Triq is-Sebħ, Ħal Qormi fid-direzzjoni tal-Marsa jiġu rranġati peress li dawn tħaffru bil-konsegwenza li qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir għal vetturi li jużaw dan il-pont?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — energy efficiency audits

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għadhom ma sarux efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtroritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.

Ministeru għall-Poltika Soċjali — energy efficiency audits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li saru site visits fl-Uffiċċji Distrettwali tad-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali fil-Birgu, Ħaż Żabbar, Fgura, Paola u ż-Żejtun bi tħejjija biex isiru rapporti dwar Energy Efficiency Audits. Dawn ir-rapporti għadhom ma tlestewx. L-informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani, għada qed tinġabar.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern -energy efficiency audits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sallum għadhom ma sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #7693 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-Hexagon house

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7289 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xtratx l-uffiċċju Hexagon House mill-fondi tagħha jew irrikorritx għall-fondi mill-banek?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma rrikoriet għall-ebda self mill-Banek sabiex inxtrat Hexagon House.
Leg 11 PQ #7695 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7290 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Toroq arterjali li se jsir xogħol fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7224, 6880,6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaġar Qim u l-Imnajdra — distanza bejn it-tempji u strutturi tat-tined

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari 7291, jiġifieiri d-distanza minima bejn il-ġebel tat-tempju u l-istruttura tat-tined?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħala riżulatat tal-ġeometrija rregolari tal-fdalijiet megalitiċi, d-distanza minnhom sal-istrutturi prottetivi li qed jiġu installati fuqhom hija varjabbli ħafna. Fil-każ tal-Imnajdra, f’punt wieħed fejn megalita waħda tisporġi ħafna l-fuq mill-ġebel ta’ madwarha tasal sa ftit aktar minn metru mill-materjal tat-tinda. Bl-eċċezzjoni ta’ dan il-punt wieħed, m’hemm ebda punt ieħor fejn l-istruttura protettiva ta’ l-Imnajdra hija eqreb minn żewġ metri mill-fdalijiet li qed tipproteġi. Id-distanza medja bejn il-fdalijiet tal-Imnajdra u l-istruttura protettiva hija ta’ aktar minn sitt metri. Fil-każ ta’ Ħaġar Qim, il-punt fejn l-istruttura protettiva toqrob l-aktar lejn il-bini megalitiku ewlieni huwa fejn waħda mill-arkati li jsostnu t-tinda tgħaddi madwar 1.2 m bogħod minn megalita waħda li tisporġi sewwa il-fuq mill-ġebel ta’ madwarha. Bl-eċċezzjoni ta’ dan il-punt wieħed, m’hemm ebda punt ieħor fejn l-istruttura protettiva hija eqreb minn żewġ metri mill-fdalijiet li qed tipproteġi. Id-distanza medja bejn il-fdalijiet ta’ Ħaġar Qim u l-istruttura protettiva hija ta’ aktar minn ħames metri.

Korporazzjoni Enemalta — privattizzazzjoni tal-Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet għal privatizzazzjoni tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpannija qegħdin isiru t-taħdidiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Marsa — Biċċerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġejja r-riħa qawwija tinten fil-biċċerija u l-madwar fil-Marsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li r-riħa qawwija tiġi meta xi drabi jkun hemm moviment, mill-operatur tal-inċineratur, ta’ karkassi ta’ annimali mejtin biex jiġu storjati fil-friża.

Marsa — inċeneratur

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-inċeneratur tal-Marsa bħalissa hux bil-ħsara? Jekk fl-affermativ, kemm ilu bil-ħsara? X'isir bill-bhejjem mejta meta l-inċeneratur ikun bil-ħsara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żwejra — Engineered Landfill - site plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7275, 6944 u 6633 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li juri il-konfini preċiżi tal-Engineered Landfill taż-Żwejra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7273 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — complaince certificate - applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irċiviet applikazzjonijiet għall-complaince certificate l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (elettriku u ilma) għas-snin 2007 u 2008 kull sena separatament? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm irċiviet l-awtorità applikazzjonijiet għas-sena 2009 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numri ta' applikazzjonijiet li rċeviet il-MEPA u kemm inħarġu jew kemm ġew approvati compliance certificates għas-snin 2007 u 2008. Inkluż ukoll hemm in-numru tal-applikzjonijiet li rċeviet l-Awtorità mill-bidu tas-sena sal-lum.

Tobba, professuri u speċjalisti ma jaħdmux ħdud u festi

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għala ċerti tobba, professuri u speċjalisti oħra kif ukoll ċerti paramediċi, inkluż fiżjoterapisti, ma jaħdmux l-isptar fil-festi u ħdud meta l-kura trid tingħata b'mod kontinwu u ma tiddependix fuq il-ġurnata tal-ġimgħa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm numru konsiderevoli ta’ impjegati, inkluż professjonisti, li jaħdmu l-iSptar Mater Dei fil-festi u l-Ħdud. Minn barra dawn hemm numru ieħor ta’ impjegati, inkluż professuri u speċjalisti, li jkunu on call fil-festi u l-Ħdud. In-numru ta’ impjegati f’kull grad li jaħdmu jew huma on call fil-festi u l-Ħdud huwa muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bulebel u Ħal Far — Fabbriki tal-farmaċiji - skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir bl-iskart (inkluż waste water) li jipproduċu l-fabbriki tal-farmaċija kemm f'Bulebel kif ukoll f'Ħal Far?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infurmat li parti żgħira biss ta’ skart f’forma solida jitwassal għat-trattament fl-inċineratur tal-Marsa. Nitlob l-Onor Membru biex għall-informazzjoni dwar it-trattament tal-kumplament tal-iskart kemm solidu u kemm likwidu, jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — riforma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir riforma fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jekk fl-affermattiv, dan ifisser li xi partijiet tal-Korporazzjoni se jiġu privatizzati?

Response (GATT, AUSTIN)

Saru diversi riformi fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma matul il-5 snin li għaddew, liema riformi għadhom għaddejjien sal-lum. Fil-preżent m'hemm l-ebda pjan li xi partijiet tal-Korporazzjoni ser jiġu pprivatiżżati.

Sptar Mater Dei — Mediċina Xeralto

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7270 u jgħid għala t-tobba fl-Isptar Mater Dei qegħdin jippreskrivu l-mediċina Xeralto meta din il-mediċina ma tinstabx fl-isptar u jkun hemm bżonn tinxtara privatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ll-prodott Xeralto huwa ġdid. L-ekwivalenti tiegħu jeżisti fil-formularju tal-Gvern, pero’ jingħata permezz ta’ injezzjoni. Kien hemm xi każi fejn il-pazjent ipprefera jieħu pilloli milli injezzjoni u l-konsulent tiegħu tah l-għażla, pero’ spjegalu li l-pilloli jridu jinxtraw privatament.
Leg 11 PQ #7527 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — complaince certificate - applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7273 u jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet għall-complaince certificate l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (elettriku u ilma) għas-snin 2007 u 2008 kull sena separatament? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm irċeviet l-awtorità applikazzjonijiet għas-sena 2009 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7273.