Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8646 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qiegħed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt għall-iżvilupp tal-Cottonera Waterfront, kemm dak tal-Cottonera Waterfront Group kif ukoll tal-Port Cottonera fit-termini taż-żmien kif previst fl-istess kuntratt? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — isem ta' triq ġdida
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għall-għoti ta' isem lit-triq il-ġdida fil-lokalità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq ma rċieva l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Zebbuġ, għall-għoti ta' isem lit-triq il-ġdida fil-lokalita`.
Infurmat ukoll illi l-aħħar proposta ta' tismija ta' triq mibgħuta mingħand dan il-Kunsill kienet fl-24 ta' Awwissu tal-2004.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8648 li oriġinarjment saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qiegħed isir moniteraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt tal-MIDI kemm f'Tignè Point kif ukoll f'Manoel Island b'mod partikolari meta mqabbel maż-żmien li kellhom jitlestew skond l-istess kuntratt? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li ġew jistudjaw l-Ingliż f'Malta matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008? Dawn l-istudenti barranin huma magħduda bħala turisti li jżuru pajjiżna?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edizzjoni ta' l-On Site ġew ppublikati minn Mejju 2008 sal-lum? Kemm-il kopja ta' din il-pubblikazzjoni tiġi ipprintjata? Kemm tiswa flus, inkluż persentaġġ kull edizzjoni ta' On Site? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-On Site li ġew ippubblikati minn Mejju 2008 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8553 u jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet taz-zuntier tal-Knisja l-ġdida ta' Santa Venera, liema xogħol inbeda ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet u li prattikament intelaq wara li għaddiet l-elezzjoni. Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lix-xogħol fuq iz-zuntier ta’ Santa Venera tlesta ħlief għax-xogħol ta’ balavostrar li kellu jsir minn kuntrattur privat li ngħata x-xogħol b’tender f’Mejju tal-2008.
Kif ħabbarna pubblikament, il-kuntrattur ma onorax il-kuntratt u għalhekk twaqqaf u qed jiġi mfittex għad-danni li jammontaw għal madwar €25,000.
Issa, skond il-kuntratt, qed jittieħdu l-passi neċessarji biex jitqabbad kuntrattur ieħor li jagħmel dan ix-xogħol ta’ lavur.
informazzjoni dwar il-koordinatur tal-kumitat tar-riabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8436 u jgħid min hi l-pesuna maħtura bħala l-koordinatur tal-kumitat tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 2552. Il-persuna li qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu mal-Kumitat tar-Riabilitazzjoni hu mpjegat mal-Gvern fi skala 6 b’mod indefinit.
Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8434 u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt għall-iżvilupp tal-Cottonera Waterfront, kemm dak tal-Cottonera Waterfront Group kif ukoll tal-Port Cottonera fit-termini taż-żmien kif previst fl-istess kuntratt? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt tal-Valletta Waterfront mill-Viset? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?
informazzjoni dwar il-koordinatur tal-kumitat tar-riabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hi l-pesuna maħtura bħala l-koordinatur tal-kumitat tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet taz-zuntier tal-Knisja l-ġdida ta' Santa Venera, liema xogħol inbeda ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet u li prattikament intelaq wara li għaddiet l-elezzjoni. Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni għala l-persuni li xtraw il-maisonettes fuq plots, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ħallsu għalihom u għamlu l-kuntratt aktar minn sena u nofs ilu u sal-lum għadhom ma ingħatawx iċ-ċwievet tal-proprjetà tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-proġett insemmi jikkonsisti fi 12-il maisonette u 24 garaxx. Meta dawn il-maisonettes inħarġu għall-bejgħ b’shared ownership f’Settembru 2006 l-applikanti ġew mgħarrfa li l-maisonettes kienu qed jiġu mibjugħa fuq il-pjanta u li l-Awtorita’ tad-Djar ma kinetx qed tagħti data fissa ta’ tlestija tal-postijiet. Madanakollu, s’issa għadhom inxtraw biss 3 mit-12-il maisonette. Infurmat li l-proġett wasal fl-istadju finali tiegħu u l-kuntrattur mistenni jikkonsenja ċ-ċwievet lill-Awtorita’ matul ix-xahar id-dieħel.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-Hexagon house
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xtratx l-uffiċċju Hexagon House mill-fondi tagħha jew irrikorrietx għall-fondi mill-banek?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7693.
twaqqif ta' bord tal-appell — oggezzjonijet fuq art mhix inkluża fl-iskemi tal-bini
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitwaqqaf il-bord tal-appell li kellu jsir sabiex jindirizza l-oġġezzjonijiet ta' dawk li l-art tagħhom ma ġietx inkluża fl-isklemi tal-bini meta sar l-ischeme rationalization excercise?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3962.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7290 u jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7290.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7884, jista' l-Ministru jgħid jekk il-late payment fee għall-kontijiet tas-CVA fejn wara tlett xhur jiġu ċċarġġjati interessi ta' 100% skond it-tielet skeda ta' Regolamenti dwar Aċċess Kontrollat ta' Vetturi, f'ċerti każi jammontawx għal forma ta' użura?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li m'hix il-konswetudni li domandi parlamentari jitolbu interpretazzjonijiet legali ta' dak li hu stabilit fil-liġi.
B'referenza għall-proposti tal-bypass ta' l-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummissjonati l-environmental impact assessments fuq il-proposti? Jekk fl-affermattiv, min huma l-konsulenti magħżula?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa issa, għadu ma ġie kkummmissjonat l-ebda environment impact assesment dwar il-proposti tal-bypass ta' l-Għadira.