Ħlas lill-perit — sit tat-teatru rjal u Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9973 u jgħid kemm tħallas il-perit Renzo Piano sabiex jipproduċi il-concept design għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt li ġie ppreżentat fil-pubbliku? Kemm tħallas s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10385.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' overhead traffic signs li huma bil-ħsara jew qatt ma twaħħlu? Jista' jinbeda eżerċizzju ta' manutenzjoni sabiex il-ħsarat u n-nuqqasijiet li hemm jitranġaw mill-aktar fis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4018 u 3703 u jgħid kemm hu l-cost ta' metru kubu ilma mwassal għand il-konsumatur illum (inkluż overheads u ineffiċjenzi)? Kemm kien fl-1998 u fl-2003? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal kull unit ta' elettriku imwassal fid-djar (cost għall-Korporazzjoni Enemalta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għas-sena 2009, kull metru kubu ta’ ilma ser jiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma €2.46. Fl-1998 u fl-2003 kull metru
kubu ilma kien jiswa lill-Korporazzjoni €2.87 u €2.31 rispettivament.
Kull unit tal-elettriku għas-sena 1997/8 kien ġie jiswa lill-Korporazzjoni Enemalta €0.0804 filwaqt li għas-sena 2002/3, ġie jiswa €0.0892.
Ħlas lill-perit — sit tat-teatru rjal u Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10310 u 9973 u jgħid kemm tħallas il-perit Renzo Piano sabiex jipproduċi il-concept design għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt li ġie ppreżentat fil-pubbliku? Kemm tħallas s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Perit Piano ma jitħallasx ta’ kull biċċa xogħol individwalment iżda fil-kors tax-xogħol jibgħat kontijiet li jkunu jinkludu anke spejjeż. Sa tmiem l-istadju tal-concept designs kien tħallas €1,320,000.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9844, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10309 u 9972 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Teatru Rjal u Bieb il-Belt — informazzjoni dwar il-proġett
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10306, 9976 u 9840 u cioè: B'referenza għal proġett imħabbar għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol? Kemm hu stmat li ġej jiswa dan il-proġett? Liema fondi se jintużaw għal dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq is-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt hu maħsub li jibda s-sena d-dieħla iżda d-data preċiża tiddependi minn meta jinħareġ il-permess tal-MEPA. Dan il-proġett huwa stmat li se jiswa’ € 80 miljun, u se jkun iffinanzjat mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10300 u jgħid x'inhi l-ispiża għall-operazzjoni u manutenzjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, taċ-Ċumnija u ta' Għawdex separatament? X'inhi l-capacity ta' kull impjant? X'inhu previst li se jkunu l-ispejjeż għall-impjant li qiegħed jinbena fix-Xgħajra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-perjodu Jannar sa Mejju 2009 l-operat tad-diversi impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ ġie jiswa kif hawn taħt imsemmi:
Impjant
Spiza ta’ l-Operat
Kapaċita medja ta’ trattament kuljum
Għawdex
€ 293,505
6,000 m3
Tramuntana
€ 272,071
6,700 m3
Sant Antnin
€ 500,882
6,000 m3
L-operat u l-manutenzjoni ta’ l-impjant tax-Xgħajra huwa stmat għal madwar € 4.08 miljun fis-sena ibbażat fuq il-kapaċita massima ta’ trattament. Din il-figura hija ibbażata fuq rati eżistenti u tiġi riveduta meta l-impjant jibda jopera fis-sena 2010.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10299 u jgħid jekk ħariġx permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħol li qiegħed isir fuq il-faċċata tal-bini etniku Auberge de Bavière? Jekk fl-affermettiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq dan is-sit ħarġu żewġ permessi fi żmien il-MEPA/PA li huma:
PA 0500/98: permess li ħareġ fil-15 ta' Settembru 1998 biex isir restawr u rihabilitazzjoni tal-Berġa (inkluż xogħol fuq il-faċċata)
PA 3297/04: permess li ħareġ fit-28 ta' Lulju 2006 għal restawr/rihabilitazjoni tal-Berġa (inkluż xogħol fuq il-gallerija)
Kif ukoll:
DS 15/2006: awtorizazzjoni biex jitneħħa l-periklu u jinbidlu xi partijiet mill-gallarija fuq il-faċċata li tinsab fuq il-bieb prinċipali.
Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' skart domestiku (organiku) qiegħed jiġi composted? X'qiegħed isir bil-kumplament tal-iskart domestiku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru 8923.
Preżentament l-iskart domestiku qed jiġi kollu landfilled sakemm l-upgrading ta’ l-Impjant ta’ Sant’Antnin jiġi kkummissjonat kollu.
Jista' l-Ministru jgħid kif tqabbad id-designer biex jiddisinja l-uniformijiet il-ġodda tal-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-okkazjoni tal-35 anniversarju tqabbad designer Malti ta' fama internazzjonali sabiex jagħmel disinn ġdid ta' l-uniformijiet ta' dawk l-impjegati li jkunu f'kuntatt kontinwu mal-passiġġieri. Id-deċiżjoni sabiex dan id-designer Malti jingħata dan l-inkarigu kienet immotivata mill-idejat, disinji u kampjuni li ġew ippreżentati minnhu u li għandhom jagħtu uniformi ġidida li ser tkun ta' ġieh għall-linja Nazzjonali ta' l-ajru tagħna; kif ukoll mill-professjonalita' u kompetenza li dan id-designer Malti konsistentement wera fuq proġetti kbar oħrajn u li qed juri anke fuq dan l-inkarigu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħariġx permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħol li qiegħed isir fuq il-faċċata tal-bini etniku Auberge de Bavière? Jekk fl-affermettiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża għall-operazzjoni u manutenzjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, taċ-Ċumnija u ta' Għawdex separatament? X'inhi l-capacity ta' kull impjant? X'inhu previst li se jkunu l-ispejjeż għall-impjant li qiegħed jinbena fix-Xgħajra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Teatru Rjal u Bieb il-Belt — infromazzjoni dwar il-proġett
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9976 u 9840 u cioè: B'referenza għal proġett imħabbar għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol? Kemm hu stmat li ġej jiswa dan il-proġett? Liema fondi se jintużaw għal dan il-proġett?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9844, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9972 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija?
Ħlas lill-perit — sit tat-teatru rjal u Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9973 u jgħid kemm tħallas il-perit Renzo Piano sabiex jipproduċi il-concept design għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt li ġie ppreżentat fil-pubbliku? Kemm tħallas s'issa?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9844, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija?
Ħlas lill-perit — sit tat-teatru rjal u Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas il-perit Renzo Piano sabiex jipproduċi il-concept design għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt li ġie ppreżentat fil-pubbliku? Kemm tħallas s'issa?
Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-razzett li hemm fil-grounds tal-Università quddiem l-Sports Pavilion hux okkuppat legalment? Min minn hu użat dan ir-razzett u għal liema skop hu użat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-razzett li hemm biswit il-grounds tal-Università quddiem l-iSports Pavilion jifforma parti minn propjetà illi tappartjeni esklussivament lill-Università ta' Malta. Ir-razzett huwa okkupat illegalment mingħajr ebda titolu validu fil-Ligi minn Carmelo sive Charles Stivala, detentur tal-karta tal-identità 847533 (M) residenti 5, Il-Ħolma, Triq il-Greċja, Naxxar u/jew Charlie's Guest House, Valley Road, Msida. Peress illi l-Università ta' Malta m'għandhiex aċċess għar-razzett innifsu, ma tafx għal liema skop dan ir-razzett qed jiġi użat. Ċioe' nonostante, l-Università ta' Malta tista' tikkonstata illi fid-dintorni tar-razzett, u ċioe' f'porzjonijiet ta' art appartenenti għall-istess Università ta' Malta, is-Sur Charles Stivala qed irabbi diversi annimali.
L-Università ta' Malta qed tieħu l-miżuri neċċessarji, inkluż b'mezzi ġudizzjarji, sabiex tipprova twaqqaf dan l-abbuż.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk mexxiex id-delegazzjoni li marret iżżur lil Renzo Piano rigward il-pjanijiet għall-Belt ftit jiem qabel ma għamel il-preżentazzjoni tiegħu f'Malta? Jekk fl-affermattiv, kemm u min huma l-persuni li akkumpanjaw lill-Ministru? Kemm kienet twila ż-żjara li saret?
Response (GATT, AUSTIN)
Le, ma mexxejt l-ebda delegazzjoni kif qed jirreferi l-Onor. Interpellant.