Fomm ir-Riħ u Ġnejna — art li ġiet repossessed mill-Gvern
Question
B'referenza għal dak li ġie rapportat li qal is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi fir-rigwrd ta' art fl-inħawi ta' Fomm ir-Riħ u l-Ġnejna li ittieħdet lura mill-Gvern, jista' l-Ministru jgħid:
a) Min hu l-avukat li tqabbad mid-dipartiment li hu espert fil-latin?
b) Kif ġie magħżul dan l-avukat?
ċ) Kemm tħallas għas-servizzi tiegħu?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' site plan li turi l-art li ġiet repossessed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li t-Taqsima Propjeta tal-Gvern irreġistrat favur il-Gvern ta’ Malta art estensiva li kienet tinkudi wkoll circa 4.4 kilometri ta’ xatt il-baħar (foreshore) fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ, Ġnejna, Mġarr Malta diversi persuni għamlu rappreżentazzjonijiet dwar it-titolu tal-art hekk reġistrata.
It-Taqsima rċeviet talbiet bil-miktub fejn dawn is-sidien urew li partijiet sostanzjali minn din l-art effettivament kienet tappartjeni lilhom għal diversi ġenerazzjonijiet. It-talba tas-sidien kienet akkumpanjata minn diversi dokumenti biex iservu ta’ prova li l-art in kwistjoni kienet tagħhom. Dawn id-dokumenti kienu voluminużi u kumplessi għall-aħħar. Dokumenti b’testmenti u kuntratt ta’ bejgħ u xiri, bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Latin li jmorru lura għas-seklu sbatax. Kien jeħtieġ wkoll studju akkademiku kif wkoll riċerki anke fl-Arkivji tal-Qrati Ċivili.
Peress li kien hemm bżonn tweġiba urgenti biex jiġu vverifikat l-allegazzjonijiet ta’ dawn is-sidien, ġie avviċinat l-Avukat Dr. Peter Caruana Galiza, persuna edotta fil-ġurisprudenza in materja kif wkoll mill-istitut tal-Primo Genitu li ġie vvantat minn dawn is-sidien, biex jagħti parir legali lit-Taqsima Propjeta tal-Gvern dwar jekk u sa fejn kellhom titolu validu dawn is-sidien u fil-konfront ta’ liema art jew artijiet.
Il-parir legali tal-Avukat Dr. Peter Caruana Galizia wassal għal soluzzjoni kif il-Gvern ta’ Malta ppriserva t-titolu dwar xatt il-baħar (foreshore).
L-Avukat Dr. Peter Caruana Galiza tħallas is-somma ta’ €295 li tikludi 18% VAT.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’
site plan
li turi l-art li giet
repossessed
.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9844, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10386.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9844, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9972 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10386.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għall-ammont kbir ta' ilma li ippenetra mill-ħitan u s-saqaf tal-mina tal-bypass ta' Santa Venera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi raġuni li minħabba fiha ppenetra ammont kbir ta' ilma fil-mina tal-bypass ta' Santa Venera għada mhix magħrufa; però ninsab infurmat illi wara nvestigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma sew fuq is-sit kif ukoll minn analizi fil-Laboratorju rriżulta li l-ilma ma kienx la ilma tax-xorb u l-anqas xi żbroff tad-drenaġġ.
Madanakollu, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejja.
Awtorità dwar it-Trasport — trasferiment tal-uffiċċji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11006 u jikkonferma li l-uffiċċju tal-Awtorità dwar it-Trasport se jiġu trasferiti għall-Maritime Centre fil-Marsa? Jekk fl-affermativ, kemm hi l-kera li titħallas bħalissa għall-uffiċċji u kemm se tkun il-kera l-ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
scaffolding mal-faċċata tal-Palazz tal-President fil-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iscaffolding li qed jintuża mal-faċċata tal-Palazz tal-President fil-Belt, hux tal-Gvern jew inkella mikri? Jekk mikri kemm qiegħed jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-iscaffolding li qed jintuża mal-faċċata tal-Palazz tal-President hu tal-Gvern.
impurtar ta' bankijiet tal-granit imqassma lill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Ministeru jew xi dipartiment/aġenzija li hu responsabbli għalihom impurtaw xi bankijiet tal-granit liema bankijiet qegħdin jitqassmu lill-kunsilli lokali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li mhux qed jiġu mpurtati bankijiet tal-granit li qed jitqassmu lill- Kunsilli Lokali.
Attard — Triq Santa Katerina - żbir ta' arbuxelli u siġar
Question
Jista' l-Ministru jara li l-arbuxelli u siġar li hemm fir-roundabout u t-traffic islands fejn l-isptar Santa Katerina,
Triq Santa Katerina Attard, jiġu miżbura jew imneħħija għax qegħdin joħolqu periklu minħabba li jgħattu l-vista tas-sewwieqa li jkunu se jaqbdu r-
roundabout
?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità dwar it-Trasport — trasferiment tal-uffiċċji
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċċju tal-Awtorità dwar it-Trasport se jiġu trasferiti għall-Maritime Centre fil-Marsa? Jekk fl-affermativ, kemm hi l-kera li titħallas bħalissa għall-uffiċji u kemm se tkun il-kera l-ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10666 u jgħid x'inhu n-numru ta' overhead traffic signs li huma bil-ħsara jew qatt ma twaħħlu? Jista' jinbeda eżerċizzju ta' manutenzjoni sabiex il-ħsarat u n-nuqqasijiet li hemm jitranġaw mill-aktar fis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
materjal tal-pavimentar fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtara l-materjal għal pavimentar ta' Pjazza Sant' Anna f'Tas-Sliema? Kemm ġie jiswa dan il-materjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li x-xogħol ta’ pavimentar bil-porfido f’Pjazza Santa Anna kien jifforma parti minn kuntratt wieħed li kien ikopri wkoll ix-xogħol li sar f’Triq it-Torri, Triq il-Kattidral u parti minn Triq il-Kbira. Il-materjal li ntuża f’dan ix-xogħol kien impurtat mill-Kumpanija li ngħatat ix-xogħol. Il-valur ta’ dan il-kuntratt kien ta’ madwar €377,700.
materjal għal pavimentar ta' Pjazza San Ġorġ fil-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtrara l-materjal għal pavimentar ta' Pjazza San Ġorġ u t-toroq tal-madwar fil-Belt? Kemm se jiġi jiswa dan il-materjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-materjal ġie mpurtat mill-kumpanija li ngħatat ix-xogħol. Il-kuntratt li kien jinkludi x-xiri u tqegħid tal-materjal se jiswa’ madwar 480,000 Ewro.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — laqgħat tal-Users' Committee
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-Users' Committee tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm-il darba iltaqa' matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat ta' l-Utenti din is-sena iltaqa' 4 darbiet, fl-21 ta' Jannar, 11 ta' Marzu, 15 ta' April u 30 ta' Lulju. Matul Awissu, il-kumitat ma jiltaqgħax.
Ħlas lill-perit — sit tat-teatru rjal u Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas il-perit Renzo Piano sabiex jipproduċi il-concept design għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt li ġie ppreżentat fil-pubbliku? Kemm tħallas s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10385.
Teatru Rjal u Bieb il-Belt — infromazzjoni dwar il-proġett
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9840 u ċioe: B'referenza għal proġett imħabbar għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol? Kemm hu stmat li ġej jiswa dan il-proġett? Liema fondi se jintużaw għal dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10387.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħariġx permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħol li qiegħed isir fuq il-faċċata tal-bini etniku Auberge de Bavière? Jekk fl-affermettiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10389.
Teatru Rjal u Bieb il-Belt — infromazzjoni dwar il-proġett
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9976 u 9840 u ċioe: B'referenza għal proġett imħabbar għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol? Kemm hu stmat li ġej jiswa dan il-proġett? Liema fondi se jintużaw għal dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10387.