Persuna Awstraljana b'ċittadinanza doppja — liċenzja tas-sewqan
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'irid isir minn persuna li għandha ċ-ċittadinanza doppja li jkollha liċenzja tas-sewqan Awstraljana valida u li trid iġġib il-liċenzja Maltija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħda f'dik il-pożizzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant, għandha tiġbor formula għal dak il-għan mill-ADT u ssegwi l-proċedura stabbilita.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kuntratturi li b' xi mod huma involuti fix-xogħol ta' Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, flimkien max-xogħol li qegħdin jagħmlu? X'inhu l-valur tal-kuntratt tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kuntratturi li għamlu u/jew qed jagħmlu xogħol b'ħaddiema tagħhom fil-Pjazza huma:
Xogħol
Kuntrattur
valur
Paving
Natural Stone Paving
477,463.78
Scarifying
V&C Contractors
20,819.00
Ground Fountain
AFS Ltd.
129,582.44
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Pjazza San Ġorġ - konsulent
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u l-pjanta approvata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal Pjazza San Ġorġ fil-Belt? Kemm tħallas il-konsulent, li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, għax-xogħol tiegħu fuq dan il-proġett sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija hija pubblika. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li l-persuna msemmija tħallset l-ammont ta’ € 31,152.00 skont il-kuntratt li dan għandu mal-Gvern.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11478 u jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 11241, jiġifieri jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal blokk ta' tliet sulari?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11189 u jgħid jekk sarx studju dwar il-kundizzjoni strutturali tas-swar kollha f'Malta u Għawdex biex b'hekk jiġi determinat liema fortifikazzjonijiet għandhom bżonn ix-xogħol l-aktar urġenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li tfassal programm għar-restawr estensiv tas-swar u fortifikazzjonijiet prinċipali fil-gżejjer Maltin biex jiġi ko-iffinanzjat mill-UE, taħt il-qafas tal-Programm Operattiv I (OPI), ‘Ninvestu fil-Kompetittività għal Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’, li huwa ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Ġie deċiż li r-restawr isir b’mod ħolistiku u mhux biċċa biċċa u jiffoka fuq dawk il-fortifikazzjonijiet li għandhom:
· l-aktar ħsarat diffiċli jew problematiċi ;
· ix-xogħol ta’ restawr fuqhom seta jitlesta f’inqas minn seba’ snin skond id-direttivi ta’ l-ERDF;
· l-ikbar potenzjal turistiku u ekonomiku;
· l-aktar sinifikat u valur storiku u arkitettoniku.
Dawn il-kriterji wasslu sabiex jintgħażlu sistemi ta’ difiża sħaħ u swar bi problemi differenti minn zoni varji fil-Gżejjer Maltin, jiġifieri:
· il-
landfront
tal-Belt Valletta,
· it-tisħiħ ta’ zoni bi problemi ta’ pedamenti fl-Mdina,
· iċ-Ċittadella (Għawdex),
· il-
landfront
tal-Birgu.
Attard — Triq Santa Katerina - żbir ta' arbuxelli u siġar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11185, u 11000, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jara li l-arbuxelli u siġar li hemm fir-roundabout u t-traffic islands fejn l-isptar Santa Katerina, Triq Santa Katerina Attard, jiġu miżbura jew imneħħija għax qegħdin joħolqu periklu minħabba li jgħattu l-vista tas-sewwieqa li jkunu se jaqbdu r-roundabout?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard illi dawn is-siġar diġà ġew miżbura darbtejn u m’huma joħolqu ebda periklu għas-sewwieqa. Jekk dawn is-siġar jinżabru aktar, il-hedge li hemm fuq din is-centre strip tiġi rvinata.
Skola primarja ta' Ħ'Attard — żjarat mill-ġenituri
Question
Tista' l-Ministru tara x'inhi r-raġuni għala meta l-ġenituri jmorru l-iskola primarja ta' Ħ'Attard sabiex ikellmu lis-surmast jew l-assistenti tiegħu qegħdin iħalluhom wara l-bieb tal-iskola madwar kwarta qabel ma jiddaħħlu ġewwa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-policy tal-iskola hija li meta xi ħadd jixtieq ikellem lill-Kap jew l-Assistenti Kapijiet tal-iskola Primarja ta’ Ħ’Attard, Kulleġġ San Nikola, dan għandu jsir permezz ta’ appuntament.
F’każ li xi persuni jmorru l-iskola mingħajr appuntament dawn ikellmu lis-segretarja jew lill-Assistenti Kapijet mill-
intercom
u jinfetaħ il-bieb. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħadd ma jitħalla jistenna meta jċemplu l-qanpiena tal-bieb ta’ barra.
Jista' l-Ministru jara li l-inkwilin li joqgħod fi proprjetà mogħtija b'ċens mill-Joint Office japplika sabiex jifdi ċ-ċens temporanju kemm-il darba dan l-inkwilin ma jkunx hu ċ-ċenswalist, iżda min iħallas iċ-ċens ikun bena l-proprjetà lil dan l-inkwilin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jekk t-terminu ‘inkwilin’ hi referenza għal persuna illi qegħda tokkupa l-fond b’titolu ta’ kera mingħand iċ-ċenswalist, allura l-inkwilin m’għandu l-ebda dritt sabiex jifdi ċ-ċens temporanju gravanti l-imsemmi fond. Taħt l-iskema tal-fidi ta’ ċnus temporanji – liema skema sa ma joħroġ avviż ieħor tinsab wieqfa - sabiex persuna tkun f’pożizzjoni illi tapplika biex tifdi ċ-ċens temporanju gravanti dar residenzjali, l-imsemmija persuna trid tkun rikonoxxuta mill-Uffiċċju Konġunt bħala l-utilista jew is-sub-utilista u l-istess persuna trid tkun qegħda tokkupa tali dar residenzjali bħala r-residenza ordinarja, jew villeġġjatura tiegħu jew tagħha.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 11241, jiġifieri jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal blokk ta' tliet sulari?
Tista' l-Ministru tikkonferma li l-ispejjeż kollha għall-manutenzjoni tal-iskejjel, se jsiru kollha mill-fondi tal-iskola u mhux mid-dipartiment jew l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta x-xogħol ta’ manutenzjoni tal-iskejjel jsir mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, il-ħlas għalih isir mill-FTS.
Meta x-xogħol ikun ta’ natura minuri u jsir mis-Sezzjoni tas-Servizzi Tekniċi, l-ħlas isir mill-iskola.
F’każi eċċezzjonali li l-iskola ma tkunx ser tlaħħaq mal-ispejjeż meħtieġa jsiru arranġamenti oħra, inkluż l-użu ta’ fondi tal-Kunsill Skolastiku,
transfer
ta’
Imprest
Material and Supplies Funds
għall-
Imprest Repair and Upkeep Funds
, u anke jista’ jidħol id-Direttorat biex jagħmel tajjeb jekk ikun il-każ.
Tista' l-Ministru tara li l-istudenti fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard ma jitnaqqsulhomx il-lezzjonijiet tal-P.E. għall-ebda raġuni kif fil-fatt diġà qiegħed jiġri minkejja li l-iskola għadha kif bdiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-lezzjonijiet tal-P.E. fl-iskola ta’ Ħ’Attard qed isiru skont it-timetable u hi l-istess kif kien isir is-sena l-oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — trasferiment tal-uffiċċji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11183 u 11006 u jikkonferma li l-uffiċċju tal-Awtorità dwar it-Trasport se jiġu trasferiti għall-Maritime Centre fil-Marsa? Jekk fl-affermativ, kemm hi l-kera li titħallas bħalissa għall-uffiċċji u kemm se tkun il-kera l-ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li l-ADT, inkluż in-Network Infrastructure Directorate, ser tkun trasferita għall-Maritime Centre fil-Marsa. Il-Kera li tħallas bħalissa l-ADT hija, ta’ €61,505. Peress li kemm l-Awtorità Maritima li hija s-sid tal-Maritime Centre, kif ukoll l-ADT ġew amalgamati f’Awtorità waħda, b'hekk issa l-ADT hija s-sid tal-Maritime Centre u mhux ser ikun hemm ħlas ta’ kera.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk iż-żieda esaġerata ta' €4 f'daqqa ta' pilloli Diovan 80 hijiex ġustifikata meta dawn il-pilloli jittieħdu minn persuni b'mard kroniku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-prezz ta’ Diovan 80mg għal kaxxa ta’ 28 pillola għola minn €28.84 (prezz li ġie mpoġġi fis-suq fl-1999) għal €32.83 f’Settembru ta’ din is-sena. Din hija waħda mill-mediċini li l-prezz tagħha huwa aktar mill-medja Ewropea (€24.08), maħdum mid-Direttorat ta’ l-Operations tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni skont il-mekkaniżmu stabbilit mill-Kumitat fuq il-Prezzijiet tal-Mediċina. Ma kienx hemm qbil fuq ir-reviżjoni tal-prezz minħabba li l-manifattur qed isostni li l-ammont ta’ bejgħ ta’ din il-medicina huwa baxx u l-pakkett qed isir apposta għal Malta bil-konsegwenza li l-prezz joħroġ għoli.
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-perit li ġie inkarigat mill-proġett ta' Sant Iermu? Kif ġie magħżul dan il-perit? X'inhu l-brief li ngħata? X'xogħol wettaq s'issa? Kemm bagħat kontijiet s'issa u kemm tħallas sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Fir-rigward tal-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6474. Il-brief li ngħata l-perit, jagħmel parti mill-viżjoni tal-Gvern li ppubblika fis-sena 2007 għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-madwar. Ix-xogħol li twettaq s’issa jinkludi numru ta’ studji u surveys kif ukoll l-ipproċessar ta’ diversi applikazzjonijiet tal-MEPA. Il-kontijiet mibgħuta jammontaw għal € 275,785 li jinkludu € 74,932 fuq xogħol ta’ surveys. Sal-lum tħallset is-somma ta’ € 193,466.
Attard — Triq Santa Katerina - żbir ta' arbuxelli u siġar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11000, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li l-arbuxelli u siġar li hemm fir-roundabout u t-traffic islands fejn l-isptar Santa Katerina, Triq Santa Katerina Attard, jiġu miżbura jew imneħħija għax qegħdin joħolqu periklu minħabba li jgħattu l-vista tas-sewwieqa li jkunu se jaqbdu r-roundabout?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-postijiet imsemmija fil-mistoqsija jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti għall-iżvilupp propost fl-inħawi ta' Bieb il-Belt u s-sit tat-Teatru Rjal li ġew sottomessi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-ippjanar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba huma pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar il-kundizzjoni strutturali tal-iswar kollha f'Malta u Għawdex biex b'hekk jiġi determinat liema fortifikazzjonijiet għandhom bżonn ix-xogħol l-aktar urġenti?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta nbeda l-proġett ta' upgrade ta' Hay Wharf? Min hu l-kuntrattur li qiegħed jagħmel ix-xogħol? Kemm hu stmat il-valur tax-xogħol? Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħlijiet li saru inkluż dak il-blokk mostruż ta' tliet sulari imkaħħal mas-swar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-immodernizzar tal-moll tal-Bażi Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta kien maqsum fi tlett fażijiet.
L-ewwel fażi kienet tkopri l-ewwel 54 metru ta’ xatt minn naħa ta’ Sa Maison, filwaqt li t-tieni u t-tielet fażi kienu jkopru l-kumplament tax-xatt li jwassal san-naħa tal-Floriana. It-
tender
għall-ewwel fażi kien ingħata lil
Blokrete Limited
u kien ġie jiswa’ Lm258,595 VAT inkluż. Ix-xogħol inbeda f’Novembru ta’ l-1999 u spiċċa f’Settembru tas-sena 2000.
It-
tender
għax-xogħlijiet għat-tieni u t-tielet fażi tal-proġett li jkopru l-kumplament tax-xatt kien ingħata mid-Dipartiment tal-Kuntratti lil
Polidano Group Limited
għas-somma ta’ Lm908,487 VAT inkluż fit-28 ta’ Jannar 2003 wara sejħa għat-
tenders
.
L-istima attwali biex il-proġett kollu jkun lest hija ta’ €3,370,333.96 (Lm1,446,884.36). Minn dawn it-total ta’ €2,676,380 diġà tħallsu lill-kuntrattur. F’dan l-istadju il-proġett huwa maħsub li jkun lest sal-bidu tas-sena d-dieħla.
Kopja tal-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħlijiet qiegħed jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.