Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet wettqu l-Kumitati tar-Riabilitazzjoni tal-Imdina, Kottonera, u tal-Belt Valletta matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull kumitat separatament?
Dipartiment tal-Artijiet — kiri ta' art li ma tinħadimx
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tad-Dipartiment tal-Artijiet rigward il-kiri ta' art xagħra u li ma tinħadimx?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-
policy
tal-Gvern li jikri art xagħri, madanakollu jista’ jkun li raba’ li ilha tinkera, jkollha magħha partijiet li huma xagħri. F’dan il-każ il-kirja tibqa’ ssir skond il-provediment tal-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’ (Kap 199).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12053 u jinvestiga x'inhi r-raġuni għala kull meta jitbattlu l-fosos tad-drenaġġ fl-inħawi tar-Rabat mill-bowsers tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dawn mhux qegħdin jitbattlu mid-drenaġġ kollu iżda parti żgħira biss minnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11871 u jara x'inhi r-raġuni għala l-fossa komunali tal-Baħrija mhux qiegħda titbattal b'mod regolari bil-konsegwenza li qiegħda tfur b'mod partikolari fil-weekends?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11941 u jgħid x'inhuma l-qisien u l-piż tas-slabs tal-lava li qegħdin jintużaw għall-pavimentar ta' Triq it-Teatru l-Belt Valletta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-qisien tas-slabs tal-lava huma 460mm wisa’, minn 500mm sa 600mm tul u 150mm fond. Bħala medja, kull slab tiżen madwar 106 Kg.
Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għala kull meta jitbattlu l-fosos tad-drenaġġ fl-inħawi tar-Rabat mill-bowsers tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dawn mhux qegħdin jitbattlu mid-drenaġġ kollu iżda parti żgħira biss minnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Regolament dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol — piż massimu ta' tqandil
Question
Jista' l-Ministru jgħid hemmx regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li jispeċifikaw il-piż massimu li persuna tista' terfa' b'mod manwali? Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan il-piż?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li skond l-Avviż Legali 35 tas-sena 2003, ma jispesiffikax limitu massimu li persuna tista’ terfa b’mod manwali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-relief main tad-drenaġġ li għaddej mill-Imtarfa Bypass li jieħu d-drenaġġ ta' Ħad-Dingli huwiex jiffunzjona għax sal-lum għadu jkun hemm fawran tad-drenaġġ f'Wied ta' Għeriexem ir-Rabat kull darba li tagħmel ix-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-problema li qed jaċċenna għaliha l-Onorevoli Interpellant ġejja mis-sadd fil-mina li hemm f’tarf Wied ta’ Għeriexem. Il-Korporazzjoni bdiet ix-xogħol ta’ tindif f’din il-mina.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitkompla x-xogħol ta' upgrading taz-zuntier tal-Knisja tal-Imġarr, liema xogħol beda xi snin ilu, peress li sal-lum għadu wieqaf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet nru 10747 u 11354.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11478 u jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 11241, jiġifieri jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal blokk ta' tliet sulari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tweġiba ingħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 11478 u 11241.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 11241, jiġifieri jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal blokk ta' tliet sulari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11723 u 11478 u jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 11241, jiġifieri jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal blokk ta' tliet sulari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11478.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għala l-fossa komunali tal-Baħrija mhux qiegħda titbattal b'mod regolari bil-konsegwenza li qiegħda tfur b'mod partikolari fil-weekends?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11760 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti l-indirizzi tal-ħwienet tal-logħob kollha li hawn f'Malta u f'Għawdex li ġew magħluqa mill-pulizija, inkluż in-numru ta' magni f'kull ħanut?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti l-indirizzi tal-ħwienet tal-logħob kollha li hawn f'Malta u f'Għawdex (qabel ma dawn ġew magħluqa), inkluż in-numri ta' magni f'kull ħanut?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi joperaw f'żoni industrijali ta' Ħ'Attard? Kemm iħaddmu nies magħhom dawn l-intrapriżi? Jista' jara li jsir masterplan għal dawn iż-żoni industrijali u li jsir xogħol ta' upgrading u tiswija ta' toroq għax ilhom fi stat mitluq u diżastrużi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm 16-il intrapriża jaħdmu miż-żona industrijali amministrata mill-Malta Industrial Parks f’ Ħ'Attard. Dawn l- intrapriżi jħaddmu total ta’155 ħaddiem1. Rigward upgrading ta’ Attard kien hemm tender għar-resurfacing li ġie evalwat u dalwaqt ikun sottomess għal approvazzjoni.
1 ETC Data as at June 2009 and include FT and PT
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11402 u 11182 u jispjega t-tibdil propost fil-ħin tax-xogħol għall-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħin tax-xogħol għall-ħaddiema tas-sezzjoni tad-Drenaġġ huwa bħal dak tas-sezzjoni tal-Water Operations skond il-Ftehim Kollettiv u huwa kif jidher fuq id-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.