Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istudju li l-Awtorità dwar it-Trasport kienet qiegħda tagħmel dwar il-cracks fit-tarmac tal-Imtarfa Bypass hux komplut? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-konklużjonjiet tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mil-istudji li għamlet l-Awtorità rriżulta li l-cracks fil-Bypass tal-Imtarfa żvillupaw minħabba movimenti li saru fit-tafal eżistenti. Inħarġu u ngħataw kuntratti għat-tiswijiet neċessarji u saru anke spezzjonijiet mal-kuntrattur magħżul sabiex jkun jista jinbeda ix-xogħol neċessarju.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' rikostruzzjoni tat-Triq ta' Pinu? Liema kuntrattur ġie awarded it-tender għax-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal dan it-tender kien hemm erba' sottomissjonijiet li ġew mitfugħa minn Polidano Bros. Ltd.; Asfaltar Construction Ltd.; Bonnici Bros. Ltd.; u Gaudos Joint Venture. Wara li t-tliet kuntratturi l-oħra ma ssodisfawx il-kriterji mitluba fit-tender dossier, il-Bord tal-Evalwazzjoni rrakkomanda lill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti, biex it-tender għal dawn ix-xogħlijiet jiġi awarded lil Gaudos Joint Venture. Ix-xogħol imsemmi ser jibda' lejn tmiem din is-sena.
Grand Harbour Regeneration Corporation — rwol tal-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat u kemm hu s-salarju tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm ħames (5) impjegati fil-GHRC.
Ir-rwol u s-salarju tagħhom hu hekk:
1. 1 CEO - €60,000
2. 1 CFO - €60,000
3. 2 Project Leaders - €22,500
4. 1 Clerk - €10,500
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Tank Cleaning Farm li kienet tifforma parti mill-faċilitajiet tal-Malta Drydocks, għadhiex tiffunzjona jew ġietx privatizzata?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12653 u jgħid x'inhi r-raġuni għala t-triq li tagħti aċċess prinċipali fl-Imtarfa ikkrollat? Meta se jitlesta x-xogħol tal-irranġar tat-triq peress li din hi triq li tintuża ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-imsemmija triq kien ikkrolla ħajt li ġie msewwi mill-ħaddiema tal-Gvern. Fl-istess triq hemm periklu li tikkrolla parti oħra tat-triq u kien għalhekk li ġiet magħluqa naħa waħda tat-triq biex din għalissa saret ‘one way’. Ir-residenti tal-lokalita’ ġew infurmati b’dan kif ukoll di peress li qed isiru xi xogħlijiet dan hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12391 u jgħid x'xogħlijiet wettqu l-Kumitati tar-Riabilitazzjoni tal-Imdina, tal-Kottonera u tal-Belt Valletta matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull kumitat separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minbarra dan, sar ippjanar ta’ xogħlijiet fl-Imdina u fil-Kottonera li ser jitwettqu s-sena d-dieħla.
Tajjeb wieħed jinnota lix-xogħol li jsir f’dawn il-postijiet mhuwiex esklussiv għall-Kumitati tar-Riabilitazzjoni. Sar xogħol ieħor mill-MRRA f’dawn il-lokalitajiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12418 u 12053 u jinvestiga x'inhi r-raġuni għala kull meta jitbattlu l-fosos tad-drenaġġ fl-inħawi tar-Rabat mill-bowsers tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, dawn mhux qegħdin jitbattlu mid-drenaġġ kollu, iżda parti żgħira biss minnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika f’iktar dettal għal liema fosos qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala t-triq li tagħti aċċess prinċipali fl-Imtarfa ikkrollat? Meta se jitlesta x-xogħol tal-irranġar tat-triq peress li din hi triq li tintuża ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li t-triq tan-naħa ta' ġewwa tal-car park il-ġdid tal-Għalqa ta' Kola fir-Rabat, tingħata wiċċ ġdid peress li tħalliet fi stat diżastruż u ta' periklu u inkonvenjent kemm għall-persuni kif ukoll għall-vetturi li jgħaddu minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor Interpellant ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
B'referenza għat-twġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12051 u 11871 u jara x'inhi r-raġuni għala l-fossa komunali tal-Baħrija mhux qiegħda titbattal b'mod regolari bil-konsegwenza li qiegħda tfur b'mod partikolari fil-weekends?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-fossa tal-Baħrija qed titbattal b’mod regolari anke fil-weekends.
Madanakollu il-KSI ser tkun qed tieħu l-passi neċessarji sabiex tassigura li l-fossa ma tfurx.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — ħlasijiet ta' taxxi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jibgħat jitlob ħlasijiet ta' taxxa li ilhom preskritti skond il-liġi għal diversi snin? Jista' jara li d-dipartiment jemenda ir-records tiegħu biex taxxi li huma preskritti ma jibqgħuix jidhru li huma dovuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif kien tħabbar fl-4 ta’ Settembru ta’ din is-sena, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni nieda Inizjattiva li permezz tagħha, min kellu bilanċi ta’ taxxa pendenti jista’, jekk irid, jibbenefika minn tnaqqis fil-multi u imgħaxijiet jekk iħallas it-taxxa dovuta sal-15 ta’ Jannar 2010. Sabiex kulħadd ikun jaf x’inhi l-pożizzjoni tiegħu, id-Dipartiment ħa ħsieb li jibgħat ittri lil min jista’ jibbenifika minn din l-inizjattiva, li turi t-taxxa dovuta skont ir rekords tad-Dipartiment.