Jista' l-Ministru jikkonsidra li sakemm jinstab post ieħor adattat, il-monument tas-Sette Giugno, jerġa' jitpoġġa fejn kien peress li dan is-sit għandu sinifikat partikolari għax wieħed mill-persuni li nqatlu miet propju f'dan il-post?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif għidt fir-risposta għall-mistoqsija nru 13337 il-monument tas-Sette Giugno se jiġi inkluż fis-sit tal-parlament il-gdid u għaldaqstant id-disinn tal-pjazza mhux maħsub biex jippermetti li l-monument jerġa’ jitpoġġa fejn kien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13066 u jgħid jekk sarux spezzjonijiet fuq il-bridge tal-Mistra biex jiġi aċċertat li hu strutturalment safe? Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13079 u 12869 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12646, jista' l-Ministru jivverifika l-każ tal-fosos f'Landrijiet, limiti tar-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li skond id-direzzjoni mogħtija mill-WSC, il-fosos madwar Malta fil-fatt jitbattlu kompletament. Irreferejt il-każ li qed iqajjem l-Onor Interpellant sabiex il-KSI tinvestiga u jekk ssib xi nuqqas tieħu l-passi neċessarji skond il-każ.
Kappara — proġett ta' junction - fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13077 u ċioe: Issa li ġie deċiż li l-proġett tal-junction tal-Kappara jiġi sottomess għall-funding tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess u l-pjanti approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex isir l-istudju dwar l-impatt tat-traffiku għall-proġett ta' Bieb il-Belt? Jekk fl-affermattiv min huma l-konsulenti li ġew kummissjonati għal dan l-istudju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li listudju dwar l-impatt tat-traffiku għall-proġett ta' Bieb il-Belt għadu qiegħed jiġi finaliżżat. Dan ix-xogħol ġie kkumissjonat lill-ADI Associates Environmental Consultants.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13060 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9128, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Monument tas-Sette Giugno mhux ser jerġa' jitpoġġa fi Pjazza San Ġorġ, ġaladarba hemm dan l-obbligu skond il-kundizzjonijiet tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Monument tas-Sette Giugno hu monument li għandu rabta ntrinsika mal-istorja tat-twelid tal-Parlament Malti. Għalhekk kif kien diġà ddikjarat pubblikament il-ħsieb hu li dan il-monument jiġi rilokat ukoll ħdejn il-binja tal-Parlament il-gdid minħabba li l-istorja tas-Sette Giugno hija minsuġa mal-istorja tal-Parlament Malti.
Għaldaqstant il-ħsieb hu, li l-monument tas-Sette Giugno jiġi ntegrat fl-applikazzjoni għar-rilokazzjoni tal-Parlament.
B'referenza għas-sejħa għall-offerti, avviż numru 162, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex din l-art fil-Bidnija li hija mimlija siġar indiġini u maturi, ser tiġi mibnija għal skopijiet agrikoli?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-art fil-Bidnija li dwarha ħarġet sejħa għall-offerti, avviz 162, se tingħata b’kirja għal skopijiet agrikoli u mhux għal ebda skop ta’ bini, skont il-policy tat-Taqsima tal-Proprjeta’ tal-Gvern fejn il-propjeta’ hija vakanti. Skont il-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti ma jistgħux jinqalgħu siġar mill-post jekk mhux bil-permess tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Tank Cleaning Farm li kienet tifforma parti mill-faċilitajiet tal-Malta Drydocks, għadhiex tiffunzjona jew ġietx privatizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Tank Cleaning Farm għadha topera bħala parti mill-faċilitajiet eżistenti tat-Tarzna. Madankollu t-Tank Cleaning Farm m’hijiex parti mill-faċilitajiet li qegħdin jiġu diskussi bejn il-Gvern u l-operatur privat kontestanti għat-Tarzna ta’ Bormla. Din il-faċilità ser tkun qiegħda tiġi privatizzata b’mod indipendenti mis-siti tat-Tarzna li l-Gvern kien ħareġ għall-privatizzazzjoni.
Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 — proġett ta' funding
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-aħħar data għas-sottomissjonijiet ta' proġett għal funding taħt l-iskema ta' Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013?
Wied il-Għajn — persentaġġ ta' xogħol fuq il-bypass
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn? Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s'issa tlesta madwar 65% tax-xogħol li jrid isir fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn u tħallset is-somma ta' €3,399,247.
S'issa il-kuntrattur
Kappara — proġett ta' junction - fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Issa li ġie deċiż li l-proġett tal-junction tal-Kappara jiġi sottomess għall-funding tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-permess u l-pjanti approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fuq il-bridge tal-Mistra biex jiġi aċċertat li hu strutturalment safe? Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mir-regolament dwar l-operat ta' karozzini li ilhom fi draft form mill-2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta qiegħda fil-fażi finali biex tikkonkludi l-proposti tagħha dwar qafas regolatorju li għandu jirregola l-operat tal-karozzini.
Jista' l-Ministru jgħid minn min sar ix-xogħol ta' bini ta' struttura ta' lqugħ (retaining structure) sabiex tissaħħaħ il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li kienet ikkrollat? Min ħallas għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol in kwistjoni sar u tħallas mill-privat.