Legislature:
Category:
Reset
Active:

Driving examiners

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' driving examiners tal-karozzi? Kemm minn dawn il-persuni rreżenjaw matul l-2009? In-numru ta' examiners huwa suffiċjenti għall-ammont ta' testijiet li jsiru matul is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Boreholes u spiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' boreholes u spiri kull kilometru kwadru f'Malta? Kemm hu dan il-persentaġġ f'Għawdex? Kemm hu dan il-persentaġġ fl-area formulata b'second class water mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Sant Antnin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lin-numru ta’ boreholes kull kilometru kwadru hu skont kif ġej: Malta - 23 Għawdex – 35 Malta (Nofs-in-nhar) – 16.75 Irid jingħad lit-territorju li jifforma n-Nofs-in-Nhar ta’ Malta jinkludi l-Marsaxlokk, ix-Xgħajra, ż-Żejtun u Ħaż-Żabbar li parti mill- area tagħhom taqa’ taħt l- irrigation area ta’ Sant’Antnin.
Leg 11 PQ #13893 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Payslip tal-paga lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-paga qiegħda tidħol fil-kont bankarju tal-ħaddiema, diversi ħaddiema (inkluż tad-distretti) mhux qegħdin jingħataw payslip?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13323 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne — rapport

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13060 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9128, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi r-rapport li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati nhar it-8 ta’ Novembru 2009, sabiex minn naħa tiegħu iressqu quddiem il-Kumitati għall-Kontijiet Pubbliċi.

Bridge tal-Mistra — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13369 u 13066 u jgħid jekk sarux spezzjonijiet fuq il-bridge tal-Mistra biex jiġi aċċertat li hu strutturalment safe? Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li saru spezzjonijiet fuq il-bridge f’Diċembru tal-2009 u gie stabbilit illi l-bridge huwa strutturalment integru u bla periklu għat-traffiku. Madanakollu xorta waħda ser tinħareġ sejħa għall-offerti għall-kuntratturi speċjalizzati sabiex isiru xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Awtorità dwar it-Trasport — Ċentru Marittimu ta' Malta - refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' refurbishment li sar fiċ-Ċentru Marittimu ta' Malta fil-Marsa sakemm jiġu akkomodati l-uffiċċju tal-Awtorità dwar it-Trasport? Meta se jsir it-trasferiment tal-uffiċini tal-Awtorità dwar it-Trasport għal dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dwal blu minflok abjad fil-fanali tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13569, 13080, 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13886 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne — rapport

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13570, 13323 u 13060 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9128, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13323.

Pont Manwel Dimech — project implementation report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13571, 13324 u 13061 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-project implementation report għall-proġett tal-Pont Manwel Dimech?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett ta' Pjazza San Ġorġ — spiżi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-ispiża li saret fil-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ inkluż il-ħlas li sar lil kull kuntrattur? Kemm kienet in-nefqa għall-attivitajiet promozzjonali li saru fil-ftuħ ta’ dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13074 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 — proġett ta' funding

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-aħħar data għas-sottomissjonijiet ta' proġett għal funding taħt l-iskema ta' Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhux ċar mill-mistoqsija għal-liema skema partikulari qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant ġentilment nitolbu jippreċiża d-domanda.
Leg 11 PQ #13483 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 — proġett ta' funding

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13074 u jgħid x'inhi l-aħħar data għas-sottomissjonijiet ta' proġett għal funding taħt l-iskema ta' Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhux ċar mill-mistoqsija għal-liema skema partikulari qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant ġentilment nitolbu jippreċiża d-domanda.

Dwal blu minflok abjad fil-fanali tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13080, 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13570 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' MIDI f'Tigne — rapport

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13323 u 13060 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9128, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pont Manwel Dimech — project implementation report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13324 u 13061 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-project implementation report għall-proġett tal-Pont Manwel Dimech?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — proġett ta' junction - fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13481 u 13077 u ċioe: Issa li ġie deċiż li l-proġett tal-junction tal-Kappara jiġi sottomess għall-funding tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess u l-pjanti approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni rispettiva għadha qed tiġi kkunsidrata mill-MEPA.

Project Management ta' Bieb il-Belt

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13062, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti u min rebaħ dan it-tender għall-project management tal-proġett ta' Bieb il-Belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għall-proġett ta' project management ta' Bieb il-Belt ġew sottomessi erba' offerti u rebaħ it-tender Bovis Lend Lease Int Ltd.

Proġett ta' Bieb il-Belt — tender għall-inġinerija

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13063, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti u min rebaħ dan it-tender għas-servizzi ta' inġinerija għall-proġett ta' Bieb il-Belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għas-servizzi ta' inġenerija għall-proġett ta' Bieb il-Belt ġew sottomessi ħames offerti u t-tender intrebaħ minn Ove Arup & Partners Ltd.