Furjana — Dipartiment tat-Taxxi Interni - xogħlijiet ta' refurbishment
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14539 u 14372 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess għax-xogħol ta' refurbishment li qiegħed isir fi Block IV tat-Taxxi Interni, fil-Furjana li jinkludi twaħħil ta' aperturi tal-aluminium mal-faċċata ta' bini skedat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' alterazzjonijiet fuq ġewwa ta' dan il-blokk huwa kopert b'DN459/09, li nħareġ f'Ġunju ta' l-2009. Pero` t-Taqsima ta' l-Infurzar tal-MEPA f'Diċembru li għadda innutat illi kienu qed jinbidlu wkoll l-aperturi ta' barra ta' dan il-blokk għal uħud magħmulin mill-aluminium. Id-Dipartiment tat-Taxxi Nterni ntalab iwaqqaf dan it-tibdil minnufih, u saret laqgħa bejn uffiċjali tal-MEPA u tad-Dipartiment iktar kmieni f'Jannar fejn ġie spjegat x'aperturi jistgħu jintużaw fil-post. Fil-fatt id-Dipartiment issottometta notifika - DN64/10, fl-20 ta' Jannar 2010 sabiex jinbidel il-materjal ta' l-aperturi minn aluminium għall-injam.
National Flood Relief Project — isem tal-perit responsabbli
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14505 u ċioe: b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14318, jista' l-Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid min hu l-perit (Malti) responsabbli minn dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-periti Maltin tal-proġett huma Martin Xuereb MXA & Associates.
ingredjenti tal-juice li qed jitqassam fl-iskejjel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14506 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma l-ingredjenti tal-juice li qiegħed jingħata fl-iskejjel? Minn xiex hu magħmul dan il-juice?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-juice li ngħata fl-iskejjel kien magħmul minn taħlita ta’ larinġ u lumilarinġ magħsur pur, jiġifieri ma kellux żjieda ta’ ilma, zokkor jew ingredjenti oħra.
Jista' l-Ministru jara li s-siġar li hemm fil-btieħi tal-Palazz tal-President, fil-Belt jiġu miżbura għax uħud minnhom tant kibru li tilfu l-forma tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex ix-xogħol ta’ żbir isir fil-jiem li ġejjien.
financial feasability tal-proġett nazzjonali kontra l-għargħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx l-istudju sabiex jistabilixxi financial feasability tal-proġett nazzjonali kontra l-għargħar kif mitlub li jsir fi proġetti li huma finanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, x'inhu r-riżultat ta' dan l-istudju? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-financial feasibility study dwar il-proġett kontra l-għargħar qiegħed fi stadju avvanzat u hu mistenni li l-ewwel draft tiegħu ikun lest fil-ġimgħat li ġejjien. Nirreferi ukoll l-Onor Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 14318.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, f'każ ta' applikazzjoni għall-bini ta' stalel għaż-żwiemel, kif l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiddefinixxi d-development boundary li minnha trid titkejjel id-distanza skond il-policy tal-istalel? Il-boundary ta' rural settlement hu meqjus bħala development boundary għal dan il-għan?
Qrendi — Triq Dun Nerik Mahoney - twessiegħ tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ u titwessa Triq Dun Nerik Mahoney, il-Qrendi peress li l-aċċess għal din it-triq hu tant dejjaq li ċerti servizzi essenzjali lanqas jistgħu jiġu provduti?
L-expropriation għat-twessiegħ meħtieġ sar? Meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
National Flood Relief Project — isem tal-perit responsabbli
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14318, jista' l-Ministru jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħidmin hu l-perit (Malti) responsabbli minn dan il-proġett?
ingredjenti tal-juice li qed jitqassam fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-ingredjenti tal-juice li qiegħed jingħata fl-iskejjel? Minn xiex hu magħmul dan il-juice?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kumitat tal-iSchool Fruit Scheme huwa magħmul minn tliet Ministeri.
Aħna bħala Ministeru m’aħniex involuti fl-għażla tal-ingredjenti f’din l-iskema. Huwa l-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bħala paying agents li għandhom kuntatt dirett mal-produtturi.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport qiegħed involut biss fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-iskejjel u kif l-iskema tista’ tidħol fil-Kurrikulu tal-iskola.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14371 u 14110 jgħid x'qiegħed jiġri mill-winery tal-Gvern fil-Buskett? Din il-winery ingħatat lill-privat? Jekk fl-affermattiv, b'liema kundizzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi s-sular ta' fuq tal-winery fil-buskett ingħata b’kuntratt għall-ħames snin lill-għaqda tal-produtturi tal-vitikultura biex jintuża bħala uffiċini.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14370, 14106, 13885, 13569, 13080, 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ewwelnet nixtieq nikkoreġi r-risposta li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12393 fis-sens li l-fanali ta’ quddiem tal-vetturi huma permessibli li jitfgħu dawl abjad jew isfar jew inkella kulur ieħor li jkun approvat minn Transport Malta u dan skond il-verżjoni bl-ingliż tar-Regolament Numru 100 tar-Regolamenti Dwar Vetturi bil-Mutur.
Ninsab infurmat li hemm diskrepanza bejn il-verżjoni bl-ingliż u dik bil-malti tal-imsemmi regolament u dan fis-sens li fil-verżjoni Maltija hemm nieqsa l-parti li tirrikjedi l-approvazzjoni ta' Transport Malta meta d-dawl ma jkunx abjad jew isfar. Minħabba f’hekk Transport Malta sabet ruħha f’diffikultà legali sabiex tieħu passi kontra dawk li għandhom id-dawl kulur blu. Qed jittieħdu passi biex din id-diskrepanza fir-regolament tkun irranġatha.
Tista' l-Ministru tara li l-istudent, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jattendi r-raba' klassi tal-iskola tan-Naxxar, jingħata l-għajnuna ta' reading teacher għall-eżamijiet ta' nofs is-sena minħabba l-kundizzjoni tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għall-iskola, it-tifel li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, qatt ma rriżulta li jbati minn xi kundizzjoni. L-omm qatt ma pprovdiet xi forma ta’ rapport psikoloġiku jew ta’ xi tip ieħor. Qatt ma saret talba għal reader imma biss għall-extra time, għax skont l-omm, it-tifel idum jikteb. Il-policy hija li biex student isirlu arranġament, it-talba trid tkun issapportjatha minn rapport ta’ xi ħadd professjonali billi fl-iskola ħadd ma hu professjonalment kompetenti biex jiġġudika dawn il-bżonnijiet.
Furjana — Dipartiment tat-Taxxi Interni - xogħlijiet ta' refurbishment
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14372 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess għax-xogħol ta' refurbishment li qiegħed isir fi Block IV tat-Taxxi Interni, fil-Furjana li jinkludi twaħħil ta' aperturi tal-aluminium mal-faċċata ta' bini skedat?
Furjana, Taxxi Interni — xogħlijiet ta' refurbishment
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess għax-xogħol ta' refurbishment li qiegħed isir fi Block IV tat-Taxxi Interni, fil-Furjana li jinkludi twaħħil ta' aperturi tal-aluminium mal-faċċata ta' bini skedat?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal in-National Flood Relief Project? Meta hu ppjanat li se jinbeda x-xogħol? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa l-proġett? Meta hu previst li jitlesta? Min hu l-perit responsabbli minn dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar (National Flood Relief Project) wasal fl-istadju fejn qed jiġu finaliżżati il-proposti preliminari u bdew jitħejjew stimi preliminari. F’dan iż-żmien qed isiru ukoll il-Cost Benefit Analysis kif ukoll l-Environmetal Impact Assessment. Ix-xogħol ippjanat li jibda fis-sena 2011 u maħsub li jitlesta lejn l-aħħar tas-sena 2013. Skont stimi preliminari il-proġett ser jiswa madwar €55 miljun. Il-proġett qed jitmexxa minn Project Team ikkordinat mit-Taqsima tas-Servizzi.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li kuntratturi li jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol fuq ċertu proġetti jingħataw is-servizz ta' elettriku temporanju bħalma jingħataw kuntratturi tal-bini għat-tower cranes peress li s-servizz tal-elettriku lum hu bżonnjuż ħafna fi kwalunkwe tip ta' xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratturi li jkollhom bżonn ta’ servizz temporanju għandhom japplikaw mal-Enemalta fuq formola tal- applikazzjoni apposta u jigu kkunsidrati skond il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tixtieq iżżomm annimali domestiċi fid-dar bħal klieb, qtates, għasafar eċċ. għandhiex bżonn ta' permess tal-pulizija skond il-liġi? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' permess hemm bżonn u kif tapplika għalih?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija toħroġ liċenzji għaż-żamma ta' kelb li jkollu aktar minn sitt xhur u dan skont kif previst fl-Att dwar il-Klieb (Kap 312). Din il-liċenzja tista' tinkiseb billi wieħed imur fl-uffiċċju tal-Pulizija tad-Distrett fejn joqgħod.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14111 u 13888 u jagħti breakdown tal-ispiża li saret fil-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ inkluż il-ħlas li sar lil kull kuntrattur? Kemm kienet in-nefqa għall-attivitajiet promozzjonali li saru fil-ftuħ ta’ dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor Membru ghat-tweġiba numru 13732.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14106, 13885, 13569, 13080, 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.