Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15880 Sitting 205 2010-03-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' impjanti tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi distanza speċifika li trid tiġi osservata fil-bini tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ mill-areas residenzjali skont kriterji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

sidien tal-coaches — operators' licence mhux mġedda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15485 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-operators' licence tas-sidien tal-coaches mhux qiegħda tiġi mġedda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm numru ta’ Liċenzji ta’ Operatur li għadhom ma ġewx imġedda minħabba li l-operaturi konċernati għadhom ma ppreżentawx ċertifikat dettaljat maħruġ mill-Pulizija li juri li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ reputazzjoni u kondotta tajba kif stipulat fir-regolamenti 6(1)(a) u 9 tar-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta qiegħda tikkorrispondi mal-awtoritajiet tal-Pulizija sabiex dan iċ-ċertifikat dettaljat ikun jista’ jerġa’ jibda jingħata lill-operaturi. Fil-frattemp, l-Awtorità bdiet iġġedded dawn il-Liċenzji b’mod temporanju.

Lift fi Project House fil-Furjana

Question

B'referenza għal-lift li hemm imwaħħal fi Project House fil-Furjana, jista' l-Ministru jgħid kemm ilu stallat dan il-lift? Kemm kien inxtara u jekk għadux bil-garanzija? Peress li dan il-lift dejjem bil-ħsara, jikkonsidra li jinbidel b'wieħed ġdid meta wieħed iqis l-ispejjeż kontinwi ta' manutenzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-lift in kwestjoni ġie stallat wara s-sajf tal-2009 u beda jintuża fil-bidu ta' Novembru tal-istess sena. Dan il-lift ġie ttestjat minn notified body skont regolament 95/16/EC tal-Unjoni Ewropea: kif jidher fid-dokument uffiċjali li jġib id-data tas-7 ta' Jannar 2009. Il-lift, li jesa' sa 10 persuni u jieqaf f'ħames sulari, sewa €28,105. Dan il-prezz ikopri l-istallazzjoni, ċertifikazzjoni tal-bidu kif imsemmija hawn fuq u ċertifikazzjoni kull sitt xhur għal sentejn sħaħ għal fini tar-regolamenti ta' health and safety.Il-prezz ikopri ukoll manutenzjoni regolari (erba' visti fis-sena) għal sentejn. Il-lift hu kopert b'garanzija għal sentejn li jibdew jgħoddu minn Novembru tal-2009. Il-lift waqaf bi ħsara 3 darbiet f'dawn l-aħħar 5 xhur li ilu jaħdem. Madankollu kien hemm drabi meta ma kienx qed jaħdem minħabba xi settings li kienu qed isiru jew għal raġunijiet ta' manutenzjoni.

renumbering ta' toroq f'Ħ'Attard

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq għad iridu jiġu renumbered ġewwa Ħ'Attard? Meta se jitlesta dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-toroq f'Ħ' Attard li għandhom jiġu renumbered huma: Triq Ferdinandu Inglott Triq Ħemsija Triq l-Imdina, Sptar Monte Carmeli Triq il-Linja Triq Lorenzo Manchè Triq Ġdida fi Triq Lorenzo Manchè Triq Nutar Zarb Triq Peter Paul Rubens Triq il-Pitkali Triq il-Patikali, Dar Santa Katerina Triq Sanat Katerina, Kunvent Santa Katerina Triq is-Sardinaella Triq is-Sewda Triq Sant' Anton Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju ta' rinumerar tat-Triq Sant' Anton diġà sar u r-riżultat se jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u nqassam lir-residenti fil-ġimgħat li ġejjin. Rigward it-toroq l-oħra msemmija, huwa ttamat li l-eżerċizzji jitlestew sal-aħħar ta' din is-sena.
Leg 11 PQ #15842 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt ta' nationalisation — policy tas-Central Malta Local Plan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kuntratt ta' nationalisation kif applikat fil-policy tas-Central Malta Local Plan CG02.3.3.3 fejn l-iskema tal-bini tispiċċa f'appoġġ mikxuf u f'każijiet bħal dawn jingħata permess għall-iżvilupp ta' end plot biex tagħlaq l-iżvilupp, hux applikabbli f'kull każ fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti minn pjani lokali oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Triq li tagħti mill-Birgu għal Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15215 u jgħid meta se jitwettaq il-proġett tat-triq ta' Sally Port li tagħti mill-Birgu għal Kalkara, liema triq tinstab fi stat ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq msemmija mhux qiegħda fil-lista tat-toroq li jridu jinbnew din is-sena. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq jibdew meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-prijorità ffissata.

substitute clerks li jaħdmu l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-substitute clerks li ddaħħlu jaħdmu l-Qorti b'kuntratt ta' sena, isiru tal-post? Jekk le, u hemm bżonnhom, x'se jsir minnhom wara li jagħlaq il-kuntratt tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja hija regolata bil-policy maħruġa mill-Management and Personnel Office li tgħid li l-perjodu ta’ ingaġġ ta’ Casual Substitute Clerk ma jistax ikun ta’ aktar minn sena. Meta l-kuntratt tal- Casual Substitute Clerk ikun wasal biex jiġġedded, u l-Kap tad-Dipartiment jkun tal-fehma li s-servizzi ta’ dan il- Casual Substitute Clerk huma meħtieġa, għandha ssir talba għall-approvazzjoni mill- Management and Personnel Office għat-tiġdid ta’ dan il-kuntratt għal sena oħra.

operators licence għal trasport mhux imġedda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-pedina penali mhux qiegħda tinħareġ lill-persuni li għandhom operators licence għal trasport mill-pulizija, meta din hi meħtieġa sabiex tiġġedded il-liċenzja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija ta’ ċertifikati tal-kondotta huwa regolat bl-liġi ad hoc, ċioe l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta (Kap. 77 tal-Liġijiet ta’ Malta). Din il-liġi tispeċifika l-kategoriji ta’ ċertifikati li l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ joħroġ, li huma jew ċertifikat ta’ kondotta tajba jew dikjarazzjoni magħmula skont il-Formula B li hemm fl-Ewwel Skeda li tinsab mall-Ordinanza, li jkun hemm imniżżel fiha l-kundanni kontra l-persuna msemmija fiċ-ċertifikat mogħtija mill-Qorti ta’ Ġustizzja u li għandhom jiġu rreġistrati skont kif hemm provdut fl-istess Ordinanza.
Leg 11 PQ #15499 Sitting 199 2010-03-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

parlamentari tal-gvern — rwol ġdid

Question

B'referenza għal dak li ġie rapportat li l-parlamentari tal-gvern (backbenchers) se jingħataw xi tip ta' rwol f'ministeri partikolari, jista' l-Prim Ministru jgħid: i) x'se tkun il-funzjoni ta' dawn il-membri partikolari? ii) dawn kemm se jitħallsu għax-xogħol li se jwettqu inkluż allowances li jistgħu jingħataw? iii) ma jaħsibx li dan se joħloq konflitt bejn ir-rwol tal-membri partikolarment bħala leġislatur ma' rwol eżekuttiv tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Assistenti Parlamentari se jkollhom l-irwol li jassistu lill-Ministri li jkunu assenjati magħhom fix-xogħol tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tal-Parlament. Dan l-irwol huwa mibni fuq il-prattika ta’ parlamenti oħrajn, fosthom il-House of Commons u mhux se joħloq konflitt bejn ir-rwol leġislattiv u dak eżekuttiv. Il-ħsieb huwa li l-honorarium parlamentari tal-Assistenti Parlamentari jkun bħal dak tal-presidenti tal-Kumitati Permanenti tal-Kamra.

Toroq li ġew imħabbra li ha jsiru fil-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-total tal-area ta' pavimentar li jkopri l-erbatax-il triq li ġew imħabbra li se jsiru fil-Belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-total ta’ l-area ta' pavimentar li jkopri l-erbatax-il triq li ser jsiru fil-Belt huwa ta’ madwar 11,000 metru kwadru.

Joint Office — Nutara - sistema ta' farming out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-nutara li ġew imqabbda jagħmlu kuntratti ta' proprjetà amministrata mill-Joint Office, min huma u kemm qegħdin jitħallsu? Jista' jgħid ukoll minn meta ġiet introdotta din is-sistema ta' farming out kif intagħżlu n-nutara li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol, kemm-il kuntratt għamel kull nutar? Kemm ilha li bdiet din is-sistema u jekk ix-xogħol magħmul minn dawn in-nutara jikkonsistix biss fil-pubblikazzjoni tal-kuntratti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ninforma lill-Onor Membru li dawn in-nutara qed jitħallsu it-tariffa skont il-Liġi u €100 + VAT (fejn applikabbli) bħala spejjeż amministrattivi għal kull fajl li jaħdmu. Din is-sistema ta’ farming out ġiet introdotta fl-20 ta’ Marzu 2009, meta t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern kienet ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern sejħa lin-nutara sabiex jippublikaw kuntratti pubbliċi b’konnessjoni mal-Iskema tal-2002 dwar il-bejgħ/fidi ta’ ċnus ta’ proprjeta’ residenzjali amministrata mit-Taqsima. In-nutara kollha li kienu interessati u li aċċettaw il-kundizzjonijiet miftehma mal-Kunsill tan-Nutara, ġew aċċettati. Din is-sistema bdiet titħaddem f’Ġunju 2009. Xogħol in-Nutara huwa li jaraw li hemm ir-rekwiżiti kollha legali sabiex finalment jippublikaw il-kuntratt u qabel ma jippublikaw il-kuntratt iridu jivvettjaw il-fajl.

Fondi tal-Unjoni Ewropea — għajnuna lir-raħħala u bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-għajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea li ingħatat lill-bdiewa u lir-raħħala għas-sena 2006 qiegħda terġa' tintalab mid-dipartiment?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-ewwel parti tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15189

power stations tal-Marsa u Delimara — Konsum ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkonsmaw fuel kull turbina li hemm fil-power stations tal-Marsa u Delimara sabiex jipproduċu unit ta' elettriku, kull turbina separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onoreovli Interpellant illi l-medja tal-konsum tal-fuel ta’ kull turbina huwa kif muri fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta — elettriku li pproduċew iż-żewġ power stations

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali ta' elettriku li pproduċiet l-Korporazzjoni Enemalta miż-żewġ power stations tal-Marsa u Delimara flimkien għas-snin 2008 u 2009? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-ammont ta' elettriku għall-istess perjodu li ġie invoiced lill-konsumaturi mill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14939 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' stalel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb 14784 u jgħid, f'każ ta' applikazzjoni għall-bini ta' stalel għaż-żwiemel, kif l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiddefinixxi d-development boundary li minnha trid titkejjel id-distanza skond il-policy tal-istalel? Il-boundary ta' rural settlement hu meqjus bħala development boundary għal dan il-għan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Policy 4.3B tal-Policy and Design Guidance: Agriculture, Farm Diversification and Stables (2007) tesiġi li bini ta’ stalel ġodda għandhom jinbnew f'distanza ta' mhux aktar minn 300 metru miż-żona ta’ l-iżvilupp (li tirreferi għal dik l-area urbana imdawwra b'linja revista mill-Parlament permezz tar-riżoluzzjoni parlamentari ta’ Lulju 2006) - u f'distanza ta' mhux inqas minn 100 metru minn residenzi, żoni abitabbli, jew żoni ppjanati għall-użu residenzjali (li jinkludu l-imsemmija żoni ta' żvilupp imsemmija qabel kif ukoll designated areas bħal rural settlements). Dawn iż-żewġ distanzi għandhom dejjem jiġu meqjusa f'daqqa.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma — VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14797 u jgħid x'inhi r-raġuni għala fil-kontijiet il-ġodda tal-elettriku u l-ilma, qiegħed jiddaħħal il-VAT meta qabel din it-taxxa ma kenitx inkluża fil-konijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi rigward id-dawl, il-VAT ta’ 5% fuq l-elettriku kienet dejjem inkluża fil-kontijiet. Fil-kontijiet preżenti hemm inkluż spjegazzjoni dettaljata fuq kull aspett tal-kont għaldaqstant il-VAT hija spjegata aktar ċara. Rigward l-ilma l-ebda VAT fuq l-ilma mhux inkluż fil-kont.

Qrendi — Triq Dun Nerik Mahoney - twessiegħ tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14563 u jgħid meta se tinfetaħ u titwessa Triq Dun Nerik Mahoney, il-Qrendi peress li l-aċċess għal din it-triq hu tant dejjaq li ċerti servizzi essenzjali lanqas jistgħu jiġu provduti? L-expropriation għat-twessiegħ meħtieġ sar? Meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Triq Dun Nerik Mahoney, Qrendi hi waħda mit-toroq li hija inkluża fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħol f'din it-triq isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill "Transport Malta" u skond il-prijorità ffisata.