Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta ta' ittestjar tal-materjali li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta ta' ittestjar tal-materjali li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ingħatatx xogħol mill-Freeport matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ġie mogħti dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tip ta' xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant huwa responsabbiltà tal-Malta Freeport Terminals Ltd li kienet privatizzata f'Ottubru 2004 u allura llum l-informazzjoni mitluba hija ta' natura privata.
Central Malta Local Plan — rationalisation exercise
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistqoqsija parlamentari 15943 u jgħid jekk il-klawsola CG 02 3.3.3 fejn fis-Central Malta Local Plan li ħareġ wara l-approvazzjoni tar-rationalisation exercise fejn l-iskema tal-bini li tispiċċa f'appoġġ mikxuf jingħata permess għall-iżvilupp ta' end plot biex tagħlaq l-iżvilupp, din il-policy hijiex applikabbli ukoll f'lokalitajiet li l-pjan lokali tagħhom ġie approvat qabel ir-rationalisation exercise?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument tar-rationalisation li kien approvat mill-Parlament f'Awissu 2006 kien inkluda nota ta' kwalifika li tgħid:
'Not all end plots and proposed minor amendments to the Temporary Provisions Schemes indicated in the draft public consultation local plan documents are shown. Unless otherwise specifically indicated, scheme boundaries ending in blank party walls are considered to generally qualify for an additional edge plot with a lateral side garden but these would need to be determined on a case-by-case basis.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16032 u 15880 u jgħid jekk hemmx xi distanza speċifika li trid tiġi osservata fil-bini tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ mill-areas residenzjali skont kriterji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda parametru ta' distanza minima bejn l-impjant in kwistjoni u l-eqreb residenzi.
Mill-istudju tal-impatt ambjentali li sar bħala parti mill-applikazzjoni PA 6974/06 u mill-aġġornament ta' l-istudju ambjentali li sar bħala parti mill-ipproċessar ta' l-applikazzjoni PA 1437/09 jirriżulta li l-impatti maġġuri kienu dawk viżwali. Dawn għandhom jiġu mitigati minn skema ta'
landscaping
adekwata. Impatti oħra assoċjati ma' rwejjaħ (kwalità ta' arja) huma minimi u minħabba titjib li sar fl-impjant bħala parti minn PA 1437/09, l-istudju ambjentali ma rrakomanda ebda miżuri oħra ta' mitigazzjoni oltre dawk li huma nklużi fid-disinn ta' l-impjant.
segretarju eżekuttiv tal-kunsill lokali — ordni leġittima
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk segretarju eżekuttiv f'kunsill lokali jista' ma jobdix ordni legittima mogħtija lilu mis-sindku fuq proġetti approvati mill-kunsill għal kwalunkwe raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Segretarju Eżekuttiv huwa il-Kap Eżekuttiv, amministrattiv u finanzjajru tal-Kunsill Lokali.
Fost il-funzjonijiet li tagħtih il-liġi, Artikolu 52(2)(g) tal-Att dwar Kunsilli Lokali jistipula illi is-Segretarju Eżekuttiv għandu: “jeżegwixxi d-deċiżjonijiet leġittimi tal-Kunsill u jwaqqaf kull attività jew inizjattiva li jkun ser jagħmel il-Kunsill li tkun kontra l-liġi, ir-regolamenti, strateġiji jew policies nazzjonali u lokali, jew kull atttività jew inizjattiva li ma tkunx approvata b’deċiżjoni tal-Kunsill”
Rapport Ambjentali dwar Assessjar Strateġiku Ambjentali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-abbozz tar-Rapport Ambjentali dwar Assessjar Strateġiku Ambjentali għall-masterplan dwar l-ilma tax-xita imħejji mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument mitlub huwa pubbliku u f’dan il-ħin qiegħed fil-proċess ta’ konsultazzjoni u li jista’ jiġi mniżżel minn fuq il-websajt tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma (www.wsc.com.mt). Qed jiġu ppubblikati avviżi fuq il-gazzetti ewlenin inkluża dik tal-Gvern. Id-data ta’ l-egħluq għall-konsultazzjonijiet hija t-8 ta’ Ġunju, 2010.
Qed inpoġġi CD bid-dokumenti mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess ta' reklutaġġ ta' suldati li nbeda xi ġimgħat ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-proċess tal-għażla, għadu kif intemm l-ewwel fażi, jiġifieri l-eżami fiżiku. Baqa’ tliet partijiet oħra ta’ l-eżami xi jsiru, li dawn huma:
1. L-eżami bil-kitba tal-Malti, Ingliż u Matematika għal dawk li m’għandhomx ċertifikati tal-livell Ordinarju (O Levels) f’dawn is-suġġetti.
2. L-
interview
.
3. L-eżami mediku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ingaġġ ta' skirvani mal-gvern li l-eżami għalih sar xi ġimgħat ilu? Kemm hu maħsub li se jiġu ingaġġati skrivani ġodda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16386.
Issa li ngħalaq id-Dipartiment tad-Manutenzjoni tad-Djar, tista' l-Ministru tgħid min qiegħed jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-appartamenti tal-gvern f'każ ta' appartamenti bil-kera bħal, per eżempju, meta jkun hemm ħsara fis-sistema tad-drenaġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sa minn Marzu tas-sena 2009, talbiet għal tiswijiet minn inkwilini ta’ postijiet residenzjali tal-Gvern bdew isiru direttament lill-Awtorità tad-Djar minflok fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar. L-Awtorità tad-Djar issa qed tieħu ħsieb biex tagħmel it-tiswijiet ġenerali meħtieġa fil-partijiet komuni tal-blokki, fosthom ħsarat fis-sistemi tad-drenaġġ. Permezz tal-iskemi I u SM l-Awtorità tad-Djar toffri ukoll għajnuna, li tikkonsisti f’għotja finanzjarja, biex l-inkwilini jkunu jistgħu jagħmlu tiswijiet fl-appartament jew dar fejn joqogħdu skont il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15941 u ċioe: Peress li fil-media ġie rappurtat li l-mina ta' Tignè għaddiet mingħand il-MIDI lill-gvern sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli din il-mina tinfetaħ għat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tiġi investigata l-kawża għall-ħolqien ta' riħa ta' drenaġġ li qed ikun hemm fl-inħawi tar-Rabat qabel ma tibda t-triq għal Ħad-Dingli (Dingli Road) peress li din ir-riħa qed toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għalkemm kien hemm problema fis-sistema tad-drenaġġ li kienet qed tikkawża riħa tinten fit-toroq imsemmija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma solviet din il-problema u r-riħa m’għadhiex hemm.
Peress li din il-mistoqsija diġà ġiet imwieġba f’Jannar li għadda, jekk l-Onorevoli Interpellant għandu dettalji ta’ min qed jagħmel l-ilment, il-Korporazzjoni tista’ titkellem mal-konsumatur biex tikkonferma li m’għadx baqa’ xi problema lokaliżżata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma liċenzjati bħala parkers? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-car parks fejn joperaw dawn il-parkers? X'inhu x-xogħol proprju ta' dawn il-parkers? Tista' persuna tingħata liċenzja temporanja biex topera bħala parker?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm 59 car park attendant li għandhom liċenzja maħruġa mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta (Transport Malta).
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-
car parks
fejn joperaw dawn il-
parkers.
Ir-responsabbilitajiet ta’ c
ar park attendant
huma skont ''Regulation 65 of the Motor Vehicles Regulations (SL.65.11).
Ninsab infurmat ukoll li m’hemm xejn li jżomm lil Transport Malta milli toħroġ liċenzji temporanji iżda minkejja dan, l-awtorità mhux toħroġ liċenzji ġodda minħabba li l-postijiet ta’ parkeġġ huma kollha assenjati.
post alternattiv ġol-Belt Valletta stess għall-uffiċċju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
Question
Jista' l-Ministru jara li wara li ngħalaq l-uffiċċju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-Belt Valletta minħabba l-proġett ta' Bieb il-Belt, jinstab post alternattiv fil-Belt stess peress li dawn l-uffiċini kienu komdi għal dawk il-persuni li jużaw it-trasport pubbliku u t-trasferiment ta' dawn l-uffiċċji għal Ħal Luqa qiegħed joħloq inkonvenjent għal dawn il-persuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi għaddej eżerċizzju sabiex ijġi identifikat sit alternativ għal uffiċċju tal-Customer Care li kien f’Bieb il-Belt.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jinħareġ ir-riżultat tal-eżami għal skrivani mal-gvern li sar xi ġimgħat ilu? Meta hu ppjanat li jiddaħħlu jaħdmu dawk li jgħaddu mill-eżami?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mid-Direttur tal-Eżamijiet li l-kandidati li resqu għall-eżami se jiġu informati bil-posta jekk għaddewx mill-ewwel parti tal-proċess tal-eżami tal-kitba. Dawk li għaddew, imbagħad jissejjħu għall-intervista li hija l-aħħar stadju fil-proċess.
Hekk kif jiġi pubblikat ir-riżultat finali mid-Direttur tal-Eżamijiet, jibdew jimtlew il-vakanzi skont il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jinħareġ ir-riżultat tal-eżami għall-ingaġġ ta' suldati li sar ftit tal-ġimgħat ilu? Kemm se jiġu ingaġġati rekluti u meta hu maħsub li jibdew jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-eżamijiet qed jiġu koordinati mill-Examinations Board tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja. L-indikazzjoni li għandha l-armata hi li r-riżultati se jinħarġu lejn l-aħħar ta’ Ġunju 2010.
Se jiġu ingaġġati erbgħin rekluta. Ir-reklutaġġ huwa maħsub li jibda fil-bidu ta’ Settembru 2010.
elezzjonijiet amministrattivi — ħaddiema fis-settur pubbliku bħala kandidati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-każ tal-elezzjonijiet amministrattivi sa liema skala ta' impjieg jistgħu ħaddiema fis-settur pubbliku japplikaw bħala kandidati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Elezzjonijiet amministrattivi qed jiġu trattati bl-istess mod bħal dawk tal-Kunsilli Lokali.
Tajjeb ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-ġranet li ġejjin is-Segretarju Permanenti Ewlieni ser joħroġ Direttiva li permezz tagħha se jinħarġu regolamenti aġġornati dwar il-parteċipazzjoni ta’ impjegati pubbliċi. Ma nħossx li għandhom jinbidlu r-regolamenti lejliet l-elezzjonijiet.
Preżentament jistgħu joħorġu għal dawn l-elezzjonijiet l-impjegati pubbliċi kollha ħlief dawk li jokkupaw pożizzjoni f’kategorija A, post ta’ Avukati Anzjani u Avukati fl-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali, u Membri tal-Forzi Dixxiplinati.
Huwa fl-interess tal-impjegati li jikkonsultaw mal-kap tagħhom dwar dan qabel joħorġu għal dawn l-elezzjonijiet.
Peress li fil-media ġie rappurtat li l-mina ta' Tignè għaddiet mingħand il-MIDI lill-gvern sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli din il-mina tinfetaħ għat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Central Malta Local Plan — rationalisation exercise
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-klawsola CG 02 3.3.3 fejn fis-Central Malta Local Plan li ħareġ wara l-approvazzjoni tar-rationalisation exercise fejn l-iskema tal-bini li tispiċċa f'appoġġ mikxuf jingħata permess għall-iżvilupp ta' end plot biex tagħlaq l-iżvilupp, din il-policy hijiex applikabbli ukoll f'lokalitajiet li l-pjan lokali tagħhom ġie approvat qabel ir-rationalisation exercise?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15880 u jgħid jekk hemmx xi distanza speċifika li trid tiġi osservata fil-bini tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ mill-areas residenzjali skont kriterji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Unjoni Ewropea?