Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

proġett ta' mini għal ħażna ta' l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16630 u jikkonferma jekk il-proġett ta' mini għal ħażna ta' l-ilma tax-xita ġiex skartat? Jekk fl-affermattiv għaliex sar hekk? X'qiegħed jiġi propost bħala soluzzjoni għal problema tal-għargħar f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Attard Housing Estate

Question

Jista' l-Ministru jara li issa wara li tlesta x-xogħol fuq it-trinka għal cable tal-elettriku mis-substation tal-Enemalta fil-Housing Estate, H'Attard, din l-area titnaddaf u t-trinka tiġi resurfaced sew b'mod partikolari fl-area madwar il-blokki ta' flats għax wara li tlesta x-xogħol din l-area ġiet mitluqa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-trinka fit-toroq tal-Housing Estate f’Ħ’Attard ġew mimlijin u t-tarmak ta' fuq reġa' ġie poġġut mill-ġdid. It-tħaffir fir-roundabout se jerġa’ jitpoġġa mill-ġdid sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla.

Smart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess tal-istallazzjoni ta' smart meters mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta mogħtija għall- Mistoqsija Parlamentari numru 16515.
Leg 11 PQ #17004 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokument tar-rationalisation

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16778 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tan-rationalisation imsemmi f'mistoqsija parlamentari 16399?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dokument mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa vast u voluminuż. Dan id-dokument jinsab fuq is-sit http://www.mepa.org.mt/lpg-rationalisationzone. Jekk l-Onorevoli Membru jindikali liema biċċa tar-rapport inkun nista’ nippreżenta l-parti indikat fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi permezz ta’ kuntratt iffirmat nhar it-18 ta’ Marzu 1998, bejn il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni u d-ditta ta’ periti Architecture Project, dawn ta’ l-aħħar ingħataw total ta’ €79,283.88 f’xogħlijiet ta’ konsulenza marbuta ma’ proġett ta’ tisbieħ ta’ Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Matul is-sena 2008 l-istess ditta ngħatat xogħol ta’ valutazzjoni ta’ artijiet fl-inħawi ta’ San Niklaw, limiti tas-Siggiewi, bi ħlas totali ta’ € 8,447.32.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16786 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnha matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-ditta ta' periti Architecture Project ma ngħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru u mid-Dipartimenti li jaqgħu taħtu f'dawn l-aħħar tnax-il sena.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Architecture Project - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnha matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16777 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

nationalisation exercise — skemi tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fi skemi tal-bini permezz tan-nationalisation exercise sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema zoning ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16778 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokument tan-nationalisation

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tan-nationalisation imsemmi f'mistoqsija parlamentari 16399?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16779 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda każ li fih ġiet imqabbda d-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministeru tal-Affarijiet u entitajiet li jaqgħu taħtu matul dawn l-aħħar tnax-il sena.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Architecture Project - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'ingħata l-ebda xogħol lid-ditta ta’ periti Architecture Project mid-dikasteru tiegħi matul l-aħħar tnax-il sena.

Minister tal-Ġustizzja u l-Intern — Architecture Project - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol li ngħata lid-Ditta ta' Periti Architecture Project kien mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u li kien jikkonsisti f'servizz ta' konsultazzjoni bi tħejjija ta' analiżi ta' proġetti eżistenti għal akkomodazzjoni għal użi ġodda, inkluż il-preparazzjoni ta' preżentazzjoni bi pjanti u l-użi, komunikazzjoni mal-MEPA għar-riattivazzjoni tal-applikazzjoni li kienet saret magħha kif ukoll applikazzjoni lill-MEPA għal xogħlijiet ta' emerġenza. Infurmat ukoll li dan ix-xogħol ingħata u tlesta bejn l-2000 u l-2005 u li l-valur tiegħu kien jammonta għal €3,985.56, liema ammont kien tħallas kollu.

Rabat u Ħ'Attard — applikazzjonijiet pendenti għal oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li għandhom applikazzjonijiet pendenti għal qabar f'Malta? Dawn it-talbiet huma maqsuma għal ċimiterji differenti? Jekk fl-affermattiv, kif inhuma maqsumin? X'inhu l-ammont ta' talbiet mir-residenti tar-Rabat u ta' Ħ'Attard?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li n-numru t’applikazzjonijiet pendenti minn persuni għal qabar f’Malta huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt: Isem u Lokalita taċ-Ċimiterju Numru ta’ Applikazzjonijiet Ċimiterju Santa Margerita, Rabat 627 Ċimiterju Sultana Tal-Vittorji u Ċimiterju Omm il-Ħniena, Mellieħa 136 Ċimiterju tal-Imġarr 39 Ċimiterju tal-Ħniena Divina, San Pawl il-Baħar 355 Ċimiterju Santa Maria Addolorata, Paola 4029 Ċimiterju Ta' Braxia, Pieta’ 150 Ċimiterju Sant’ Andrija u Ċimiterju Qalb ta’ Ġesu’, Ħaż-Żebbuġ 220 Ċimiterju Duramblat, Mosta. 524 Ċimiterju tar-Resurrezzjoni, Triq Valletta, Qormi 219 Total 6299 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi t-talba minn residenti tar-Rabat u Ħ’Attard huwa kif ġej: Residenti tar-Rabat 697 Residenti ta’ Ħ’Attard 173

proġett ta' mini għal ħażna ta' l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proġett ta' mini għal ħażna ta' l-ilma tax-xita ġiex skartat? Jekk fl-affermattiv għaliex sar hekk? X'qiegħed jiġi propost bħala soluzzjoni għal problema tal-għargħar f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f' seduta oħra

Mina ta' Tignè biex tinfetaħ għat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16398 u 15941 u ċioe: Peress li fil-media ġie rappurtat li l-mina ta' Tignè għaddiet mingħand il-MIDI lill-gvern sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli din il-mina tinfetaħ għat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.