Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żebbuġ — trasferiment ta' qbiela fuq raba'

Question

Jista' l-Ministru jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

rapport dwar Reclaimed Water Master Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imsejjaħ Reclaimed Water Master Plan?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Barka Sewage Treatment Plant

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Ta' Barka Sewage Treatment Plant? X'persentaġġ minn dan il-proġett tlesta sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proġett qiegħed fi stat avvanzat u huwa stmat li ‘l fuq minn 70% tax-xogħlijiet tlestew.

Librerija — flus fuq pubblikazzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18231, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx librar kwalifikat li jieħu ħsieb il-librerija? Jekk fl-affermattiv, huwa full-time jew part-time?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-persuna li tieħu ħsieb il-librerija hi kwalifikata f’dan ix-xogħol u għandha l-grad ta’ Assistent Librar. Din l-persuna hi impjegata tas-servizz pubbliku full time, iżda taħdem bis-sistema tal-flexi time.

Direttur Finance and Administration

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18479 u jikkonferma jekk id-direttur Finance and Administration ilu nieqes mix-xogħol għal ħafna xhur? Jekk fl-affermattiv, għaliex hemm din l-assenza u x'passi qegħdin jittieħdu sabiex is-sitwazzjoni titranġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant ilu nieqes mix-xogħol minħabba mard. Wara diskussjoni li saret mal-istess persuna qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-post tiegħu jimtela.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17415, 17224, 17006 u 16785 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16785, liema tweġiba tapplika ukoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 17415, 17224, u 17006.

Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18215, 17958, 17350, 17164, 16895 u 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kumpanija in kwistjoni, f'dawn l-aħħar ħames snin, ingħatat xogħol minn Transport Malta kif muri fuq il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18216, 17956, 17422, 17226, 17010 u 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Corporate Village — art tal-gvern

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18229, jista' l-Ministru jikkonferma li l-art kollha li fuqha se jsir il-proġett Corporate Village hi propjetà tal-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18459 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18219 u jgħid jekk hux il-bus shelters kollha ġew devoluti lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, ħlief għal kif hemm provdut f’Artikolu 4 tal-Ordni Dwar Delegazzjoni ta’ Funzjoni lil Kunsilli Lokali (Bus Shelters) (A.L. 292 tal-2001, kif emendat bl-Att XV tal-2009), il-funzjonijiet tat-twaqqif u s-sostituzzjoni ta’ bus shelters kollha ġodda, kif ukoll il-manutenzjoni tal-bus shelters kollha, ġew delegati lill-Kunsilli Lokali.
Leg 11 PQ #18460 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18214, 17955, 17418, 17223, 17005 u 16779 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttur Finance and Administrator — assenza mix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-direttur Finance and Administration ilu nieqes mix-xogħol għal ħafna xhur? Jekk fl-affermattiv, għaliex hemm din l-assenza u x'passi qegħdin jittieħdu sabiex is-sitwazzjoni titranġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Librerija — flus fuq pubblikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm librerija fi ħdan dik li kienet id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet (Diviżjoni tas-Servizzi)? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-ammont ta' kotba u ġurnali li fiha din il-librerija? Kemm intnefqu flus f'pubblikazzjonijiet għal-librerija fis-snin 2007, 2008, 2009, kull sena separatament? Kemm isselfu kotba/ġurnali minn din il-librerija matul is-snin 2007, 2008, 2009 kull sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Iva hemm librerija fi ħdan l-ex-Diviżjoni tas-Servizzi. Din il-librerija jistgħu jagħmlu użu minnha l-impjegati kollha tal-Ministeru. F’din il-librerija hemm 1138 bejn kotba u pamphlets. Hemm ukoll 105 periodicals stampati barra minn Malta, 20 periodical tal-Gvern Malti u 19 il-newsletter. Il-librerija għandna wkoll 1063 dokument ta’ Standards. In-nefqa li saret kull sena kienet hekk: 2007 Lm 167.45 fuq 5 kotba 412 Sterlina, € 155, u US$ 398 fuq periodical subscriptions Lm 309.5 Standards Lm 500 ħlas bil-quddiem lill-MSA għal- Standards 2008 € 1020 u US$ 395 fuq 23 ktieb 711 Sterlina, “€ 3085.68 fuq periodical subscriptions € 586.48 fuq Standards Lm 500 ħlas bil-quddiem lill-MSA għal- Standards 2009 US$ 115 u 1488.5 Sterlina fuq 18 ktieb 551 Sterlina u € 2148.15 fuq 6 periodical subscriptions Fir-rigward ta’ kemm isselfu kotba/ġurnali matul is-snin 2007, 2008, 2009, ma hemmx statistika dettaljata, għax is-sistema li tintuża meta jinħareg ktieb hi li tinzam kopja ta’ nota ta’ self iffirmata minn dak li jkun issellef il-ktieb u wara li l-ktieb jigi irritornat din in-nota tigi skartata.
Leg 11 PQ #18214 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17955, 17418, 17223, 17005 u 16779 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Prim Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Kumpanija tal-ittestjar tal-materjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17958, 17350, 17164, 16895 u 16692 u jgħid jekk id-ditta, li dettalji dwarha qed jntbagħtu separatament, ta' ittestjar tal-materjali ingħatatx xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport (Transport Malta) matul dawn l-aħħar ħames snin? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur tax-xogħol li ngħatat u meta ingħatat dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architecture Project

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17956, 17422, 17226, 17010 u 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18219 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux il-bus shelters kollha ġew devoluti lill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar.

restawr fuq is-swar tal-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-perit lokali tal-kuntrattur li qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' restawr tas-swar fil-Belt? Meta nbeda dan ix-xogħol u meta hu ippjanat li se jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li x-xogħol ta’ restawr tas-swar fil-Belt qed isir minn kuntrattur privat taħt is-superviżjoni tar-Restoration Unit fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Ix-xogħlijiet inbdew f` Novembru, 2009 u mistennija li jitlestew fi żmien sentejn. Ir-Restoration Unit ġie avżat mill-kuntrattur li l-periti tiegħu huma Marielouise Musumeci u Joseph Zammit.