Legislature:
Category:
Reset
Active:

Corporate Village — art tal-gvern

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18229, jista' l-Ministru jikkonferma li l-art kollha li fuqha se jsir il-proġett Corporate Village hi propjetà tal-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18726.

Ilma importat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta' ilma importat f'Malta (kemm dak bil-gass u kemm mingħajru) matul is-snin 2007, 2008 u 2009 kull sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19062.

Gozo Heliport Ltd — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-kumpanija Gozo Heliport Ltd. matul is-sena 2009? Kemm hemm persuni impjegati ma' din il-kumpanija? Kemm kien il-ħlas tagħhom matul is-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għas-sena 2009, Gozo Heliport negozjat konċessjoni ma' operatur ta’ Helicopter biex juża l-Heliport għas-servizzi ta’ tours madwar Għawdex kif ukoll transport bejn iż-żewg gżejjer. Il-Kumpanija m’għandiex impjegati.

Importazzjoni ta' Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18757 u jgħid kemm kien il-valur ta' ilma importat f'Malta (kemm dak bil-gass u kemm mingħajru) matul is-snin 2007, 2008 u 2009 kull sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

BICC — rapporti u pubblikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rapporti u pubblikazzjonijiet saru mill-BICC matul is-snin 2008 u 2009? Jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul l-2008 u l-2009 kienu pubblikati dawn ir-rapporti; · Il-Pedamenti – Il-Manwal 1 · Onsite Magazine. · Rapport Disinn tal-Istruttura u Strutturi Rinforzati u prekompressati. · Preparation of Report on the use of Hardstone and Soft stone within the Maltese Construction Industry. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tagħhom.

BICC — rapport annwali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti annwali tal-BICC għas-snin 2007, 2008 u 2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra ir-rapport annwali tal-BICC għas-sena 2009. Din kienet l-ewwel darba li din l-entità ppublikat ir-rapport annwali. Fis-snin ta’ qabel ir-rapporti kienu jkunu nkorporati fir-rapport annwali tal-Ministeru.

Ċirkewwa Terminal — tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġiex aġġudikat it-tender għall-bini taċ-Ċirkewwa Terminal? Jekk fl-affermattiv, min rebaħ dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għat-tenders għal xogħol ta' kostruzzjoni (civil works) għall-bini taċ-Ċirkewwa Terminal għalqet fl-1 ta' Lulju 2010. Għaldaqstant, il-proċess tal-aġġudikazzjoni għadu għaddej.

Pont bejn Sant Iermu u l-breakwater — tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal bini ta' pont bejn Sant Iermu u l-breakwater ġiex aġġudikat? Jekk fl-affermattiv min rebaħ dan il-kuntratt u b'liema valur ta' xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tender għall-bini ta' pont bejn Sant' Iermu u l-breakwater għadu qed jiġi evalwat.

ilma prodott lokalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mibjugħ ilma prodott lokalment fil-fliexken (kemm dak bil-gass u kemm mingħajru) matul is-snin 2007, 2008 u 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma tinġabarx mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

bozoz maqtugħin fil-lanterni tat-traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu ċċekkjati l-bozoz fil-lanterni tat-traffic lights f'Malta kollha, peress li hemm diversi li mhumiex qegħdin jaħdmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha ftehim dwar il-manutenzjoni tat-traffic lights mad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li, skont l-istess ftehim, dan id-dipartiment regolarment jagħmel spezzjonijiet sabiex jisewwew bozoz ta’ traffic lights li jkunu nqatgħu.

rapport dwar Reclaimed Water Master Plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18703 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imsejjaħ Reclaimed Water Master Plan?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Drinking Water Project

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18702 u jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma msejjaħ Drinking Water Project?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proġett kien jikkonsisti f’ immodernizzar ta’ pompi u energy recovery devices kif ukoll bdil ta madwar 50% tal membrani kollha . Dan il-proġett wassal biex jitnaqqas il-konsum tal-energija kif ukoll titjieb il-kwalità ta’ l-ilma biex b’ hekk meta l-ilma min ROs qed jitħallat ma dak ta’ taħt l-art il-kwalità titjieb . Il-proġett beda f’Jannar 2008 u spiċċa f’Ġunju 2009.

Żebbuġ — trasferiment ta' qbiela fuq raba'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18701 u jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Kalaxlokk Company Ltd. — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-kumpanija Kalaxlokk Company Ltd. matul is-sena 2009? Kemm hemm persuni impjegati ma' din il-kumpanija? Kemm kien il-ħlas tagħhom matul is-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Architectural Project

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18457, 18216, 17956, 17422, 17226, 17010 u 16783 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

pilloli Lyrica għall-Multiple Sclerosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-pilloli Lyrica għall-kundizzjoni ta' Multiple Sclerosis mhux qed jingħataw mill-isptar lill-persuni li jgħixu bil-pensjoni tal-invalidità meta dawn il-pilloli jqumu €519.00 għal kull erba' ġimgħat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

It-talba għall-mediċina Pregabalin (Lyrica) fil-mument qed tiġi evalwata teknikament biex tiġi ntrodotta fil-Formularju tas-Servizzi Governattivi tas-Saħħa biex imbgħad tkun tista’ tingħata lill-persuni intitolati għaliha.

Corporate Village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentai 18458 u cioè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18229, jista' jikkonferma li l-art kollha li fuqha se jsir il-proġett Corporate Village hi propjetà tal-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-parti l-kbira ta’ l-art li fuqha se jsir il-proġett hi proprjetà tal-gvern, filwaqt li parti żgħira tal-art hi privata.

Rabat — garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-row ta' garaxxijiet wara Block D, Nigret Housing Estate, Għajn Kajjet, Rabat li qabel kienu jintużaw bħala ħwienet iżda llum huma vojta, jistgħux jinħarġu għall-kiri?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiż-żona indikata minnu, hemm 3 iħwienet u garaxx li huma vojta. Wieħed minn dawn il-ħwienet inħareġ għall-kiri wara sejħa għall-offerti, iżda ma kien hemm l-ebda offerta mitfugħa. Dwar il-propjetajiet l-oħra li hemm vojta qed isir il-proċess biex dawn ukoll joħorġu għall-kiri.

Konsum ta' ilma f'Għawdex

Question

B'referenza għall-konsum tal-ilma f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid: i) kemm ilma ġie prodott f'Għawdex mill- acquifers /spieri ii) kemm ġie polished minn dan l-ilma iii) kemm ġie esportat ilma miċ-Ċirkewwa għall-Għadira għas-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-figuri huma bbażati fuq totali għas-sena kalendarja 2009: i. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppumpjat total ta’ 2,288,012 m3 mill- acquifiers/ spieri ta’ Għawdex. ii. Minn dan l-ilma 598,946 m3 ġew ‘ polished’ . iii. Din il-mistoqsija ma nftehmitx. Qed jiġi maħsub li l-Onorevoli interpellant ried jgħid “għal Għawdex” u mhux “għall-Għadira”. Ilma li ġie esportat miċ-Ċirkewwa għal Għawdex huwa ta’ 638,290 m3.