Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #19734 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — irdim ta' barriera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx bżonn permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex barriera tintradam bit-terapien u skart ieħor tal-industrija tal-bini? Il-barrieri li bħalissa qegħdin jintużaw għal dan l-iskop huma koperti b'xi tip ta' permess? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' infurzar qiegħed isir biex jiġi aċċertat li l-iskart li jintradam hu kollu inorganiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Informazzjoni qed tinġabar u tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Triq il-Ħtajriet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata l-wearing course fi Triq il-Ħtajriet, Mosta għax minkejja li l-base course ilu lest is-snin, sal-lum din it-triq mhix kompluta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-wearing coursefil-parti ż-żgħira ta' din it-triq li għad fadal se jingħata fil-ġimgħat li ġejjin.

Persuni li weġġgħu fuq siti ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati persuni li weġġgħu fuq siti ta' kostruzzjoni matul din is-sena? X'kienet in-nazzjonalita ta' dawn il-persuni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

traffic lights controlled junction

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li d-dawl fit-traffic lights controlled junction jinxtegħlu permess ta' enerġija alternattiva peress li kull darba li tiġi sospiża l-provista tal-elettriku qiegħed jinħoloq periklu kbir għas-sewwieqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed taħdem fuq din l-alternattiva u qed tevalwa x'teknoloġija hawn fis-suq.

Traffic lights controlled juntions — sinjali fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li kull fejn hemm traffic lights controlled juntions isiru sinjali fit-triq li jindikaw minn għandu d-dritta tat-triq għax kull meta tinqata' l-provista tal-elettriku qiegħed ikun hemm konfużjoni sħiħa li toħloq periklu kbir għas-sewwieqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-disinji tas-sinjali fit-toroq li jsiru minn Transport Malta, inklużi f’toroq fejn hemm traffic light controlled junctions huma skont l-istandards stabbiliti u standards tal-prijorità ma jeżistux.
Leg 11 PQ #19745 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

turisti li jiġu bil-cruiseliners

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif jiġi ikkalkulat in-numru ta' turisti li jżuru Malta permezz tal-cruiseliners jekk hux in-numru totali tal-passiġieri fuq kull vapur jew inkella in-numru ta' passiġieri li jinżlu l-art waqt il-waqfa tal-vapuri f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Traffic signs — ħsarat u manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10666 u jgħid x'inhu n-numru ta' overhead traffic signs li huma bil-ħsara jew qatt ma twaħħlu? Jista' jinbeda eżerċizzju ta' manutenzjoni sabiex il-ħsarat u n-nuqqasijiet li hemm jitranġaw mill-aktar fis?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel eżerċizzju biex tidentifika n-numru ta' overhead signs responsabiltà tagħha, li għandhom ħsarat peress li ħa jsir upgrading tat-tabelli fit-toroq arterjali u distributorji.

rapport dwar Reclaimed Water Master Plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18703 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imsejjaħ Reclaimed Water Master Plan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18703.

Żebbuġ — trasferiment ta' qbiela fuq raba'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18701 u jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19187.

Ta' Qali Crafts Village — proġett ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett għall-iżvilupp ta' Ta' Qali Crafts Village?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport bl-istimi u pjan ta' żvilupp tal-proġett fuq il-bażi tal-pjanijiet ġie finalizzat u t-tenants kollha aċċettaw u ffirmaw il-proposta. Waqt it-tfassil tal-pjanijiet ħarġu problemi tekniċi li jeħtieġu aktar żmien u studji sabiex jiġu risolti. Sadanittant, l-MIP tkellmet mar-rappreżentanti tas-sidien u l-konvenji ġew estiżi b’sena. Id-diskussjonijiet seħħew fl-aħħar ġimgħat ta’ Ġunju 2010.

Ta' Qali Crafts Village — proġett ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19182 u jgħid x'sar mill-proġett għall-iżvilupp ta' Ta' Qali Crafts Village?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19182.

Żebbuġ — trasferiment ta' qbiela fuq raba'

Question

Jista' l-Ministru jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19187.

Kalaxlokk Company Ltd. — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar mill-kumpanija Kalaxlokk Company Ltd. matul is-sena 2009? Kemm hemm persuni impjegati ma' din il-kumpanija? Kemm kien il-ħlas tagħhom matul is-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19188.

rapport dwar Reclaimed Water Master Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imsejjaħ Reclaimed Water Master Plan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19186.

Awtorità tad-Dar — xiri ta' appartament

Question

Tista' l-Ministru tindika x'irid isir sabiex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tixtri appartament mikri lilha mill-Awtorità tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-present l-Awtorità tad-Djar m’għandiex skema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-Gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post.

Reclaimed Water Master Plan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19030 u 18703 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imsejjaħ Reclaimed Water Master Plan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qbiela tar-raba'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19032 u 18701 u jivverifika għala minkejja li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu aktar minn sentejn li talab li l-qbiela tar-raba' li jaħdem hu u li hi proprjetà tal-gvern jinqaleb fuq it-tfal, sal-lum, dan it-trasferiment għadu ma sarx?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, ma ndikax fl-applikazzjoni tiegħu jekk kienx ser iċedi l-art kollha jew in kella parti mill-art imqabbla lilu, lit-tfal tiegħu. Għaldaqstant, id-Direttorat għat-Tmexxija tal-Proprjetà fit-30 t’April 2010, kiteb lill-istess individwu sabiex jindika l-ammont ta’ metri kwadri tal-art li ser tiġi trasferita fuq uliedu. Madanakollu, sallum id-Direttorat baqgħa mingħajr tweġiba u għalhekk ir-rikonoxximent f’isem ulied l-individwu ma tistax isseħħ qabel din l-informazzjoni tiġi provduta.

Kalaxlokk Co. Ltd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19037 u jgħid x'xogħol sar mill-kumpanija Kalaxlokk Company Ltd. matul is-sena 2009? Kemm hemm persuni impjegati ma' din il-kumpanija? Kemm kien il-ħlas tagħhom matul is-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2009, il-kumpanija Kalaxlokk għamlet xogħol ta’ refurbishing fis-Centre for Development Research and Training, fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Economic Policy Division. Il-valur ta’ dawn ix-xogħolijiet kien ta’ madwar Euro 900,000. Hemm 90 impjegat ma din il-Kumpanija li bejniethom irċevew Euro656348.