Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16032 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' impjanti tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15880 u jgħid jekk hemmx xi distanza speċifika li trid tiġi osservata fil-bini tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ mill-areas residenzjali skont kriterji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 16879
Leg 11 PQ #17225 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rationalisation exercise — skema ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17007 u 16777 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fi skemi tal-bini permezz tar-rationalisation exercise sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema zoning ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri l-aħħar sitwazzjoni dwar l-status ta’ artijiet li ġew ammessi fiż-żona ta’ l-iżvilupp permezz ta’ l-eżerċizzju tar-razzjonalizzazjoni li ġie approvat mill-Parlament Malti f’Lulju tal-2006.

irziezet tat-tiġieġ infettati bis-salmonella

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu rziezet tat-tiġieġ infettati bis-salmonella f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm ġew maqtula tiġieġ infettati? Kif ġew maqtula dawn it-tiġieġ? Din il-marda hi ta' periklu għall-bniedem li jikkonsma t-tiġieġ? Ir-raħħala li nqatlulhom it-tiġieġ se jingħataw kumpens u jekk fl-affermattiv kif se jinħadem il-kumpens?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lis-servizz veterinarju fi ħdan l-Ministeru iwettaq kontinwament żjarat fuq irziezet b’mod regolari biex issir analiżi fuq tiġieġ tas-simna u tal-bajd għas-salmonella. Kif jiġri normalment fejn jinstabu riżultat pożittivi, dawn l-għasafar jinqerdu skont proċedura magħrufa bħala Cevical Dislocation jew Percussive blow skond kif previst fir-regolament.
Leg 11 PQ #19788 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħwienet bid-drain tal-air conditioner jitfa' l-ilma fit-triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-enforcement officers tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jagħmlu spezzjoni tat-toroq tal-Belt u jġiegħlu lil dawk kollha li għandhom id-drain tal-air conditioner jitfa' l-ilma fit-triq biex ineħħuhom fi żmien stipulat għax dan l-aġir qed iwassal għal inkonvenjent kbir għall-persuni li jgħaddu minn dawn it-toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #19789 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — Triq San Gwann - tneħħija ta' taraġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol ta' pavimentar li qiegħed isir fit-toroq tal-Belt Valletta hux kopert bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permess u tal-pjanti approvati fuq il-Mejda tal-Kamra? Dawn il-permessi jistgħu jinkludu t-tneħħija tat-taraġ li hemm fil-ġenb tat-triq bħalma sar fil-parti ta' Triq San Gwann ma' Triq ir-Repubblika 'l isfel? Japprezza l-Prim Ministru li dan it-taraġ għandu valur storiku apparti li għandu funzjoni importanti għax jagħmilha faċli li persuni anzjani jew bi problemi ta' mobilità jimxu fit-triq li għandha gradient qawwi ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #19912 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — irdim ta' barriera

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19734 u jgħid jekk hemmx bżonn permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex barriera tintradam bit-terrapien u skart ieħor tal-industrija tal-bini? Il-barrieri li bħalissa qegħdin jintużaw għal dan l-iskop huma koperti b'xi tip ta' permess? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' infurzar qiegħed isir biex jiġi aċċertat li l-iskart li jintradam hu kollu inorganiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-irdiem tal-barrieri bit-terrapin u skart ta’ l-industrija tal-bini huwa meqjus bħal żvilupp u għalhekk għandu jkun kopert b’permess tal-iżvilupp. Dan it-tip ta’ żvilupp jikkwalifika wkoll għall-permess ambjentali li jinkludi fih miżuri ta’ monitoraġġ.
Leg 11 PQ #19913 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

turisti li jiġu bil-cruiseliners

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19745 u jispjega kif jiġi kkalkulat in-numru ta' turisti li jżuru Malta permezz tal-cruise liners jekk hux in-numru totali tal-passiġġieri fuq kull vapur jew inkella n-numru ta' passiġġieri li jinżlu l-art waqt il-waqfa tal-vapuri f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ passiġġieri li jżuru Malta permezz tal-cruiseliners jirreferi għan-numru totali tal-passiġġieri fuq kull vapur.

Persuni li weġgħu fuq siti ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati persuni li weġgħu fuq siti ta' kostruzzjoni matul din is-sena 2010? X'kienet in-nazzjonalità ta' dawn il-persuni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

tender għat-twaqqigħ ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid min rebaħ it-tender għat-twaqqiegħ tal-bini li qiegħed isir f'Bieb il-Belt? Meta se jitlesta dan ix-xogħol u kemm hu stmat li se jiġi jiswa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tender in kwistjoni li ntrebħet minn BIB Joint Venture , hija stmata li tiswa €484,556 u x-xogħol huwa kkalkulat li jitlesta sa Jannar 2011.

Belt Valletta — toroq li ġew pavimentati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fil-Belt sal-lum ġew pavimentati? Kemm ġie jqum ix-xogħol s'issa? Liema toroq għad iridu jiġu pavimentati? Meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu ta' pavimentar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s'issa tlestew xogħlijiet ta' pavimentar f'dawn it-toroq fil-Belt Valletta: · Triq San Kristofru bejn Triq l-Ifran u Triq San Pawl; · Triq il-Karrijiet; · Triq Melita bejn Triq l-Ifran u Triq il-Merkanti; · Triq San Gwann bejn Triq l-Ifran u Triq ir-Repubblika; · Triq Nofs in-Nhar bejn Triq l-Ifran u Triq ir-Repubblika; · Triq id-Dejqa bejn Triq Nofs in-Nhar u Triq San Ġwann; · Triq l-Arċisqof bejn Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti; · Triq il-Merkanti bejn Triq l-Arċisqof u Triq San Kristofru. Ix-xogħlijiet li saru s’issa huma stmati li ser jiswew madwar €1.2m. It-toroq li għad iridu jiġu pavimentati huma: · Triq id-Dejqa bejn Triq San Ġwann u Triq San Nikola; · Triq l-Arċisqof bejn Triq il-Merkanti u Triq San Pawl; · Triq Melita bejn Triq il-Merkanti u Triq il-Batterija; · Triq San Ġwann bejn Triq il-Merkanti u Triq San Pawl; · Triq Santa Luċija bejn Triq l-Ifran u Triq ir-Repubblika; · Triq Santa Luċija bejn Triq il-Merkanti u Triq San Pawl; · Triq it-Teatru l-Qadim bejn Triq l-Ifran u Triq il-Punent; · Triq it-Teatru l-Qadim bejn Triq il-Merkanti u Triq San Pawl; · Triq San Federiku; · Triq it-Teżor. Dawn ix-xogħlijiet huma stmati li se jiswew madwar €1.7m, filwaqt li x-xogħol kollu ta’ pavimentar huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2011, dejjem jekk kollox imur kif ippjanat.

vouchers għall-ħlas tal-konsum tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kategoriji ta' nies u r-raġuni għala dawn ma ngħatawx vouchers għall-ħlas tal-konsum tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Impjieg u l-Familja, li hija responsabbli mill-benefiċċji tal-enerġija.

Feed in tariff

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-feed in tariff? Hemm xi limitu fuq il-ħlas ta' dan il-feed in tariff għal min jipproduċi l-enerġija elettrika permezz tas-sistema photovoltaic?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali 422 tal-2010 li jirregola l-elettriku ġġenerat minn stallazzjonijiet fotovoltajċi tax-xemx.

Każi ta' suwiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' suwiċidju matul dawn l-aħħar tnax-il xahar, kull xahar separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Sena 2009 2010 Total Jannar - 1 1 Frar - 3 3 Marzu - 5 5 April - 2 2 Mejju - 3 3 Gunju - 1 1 Lulju - 3 3 Awissu - 3 4 Settembru - 5 5 Ottubru 2 - 2 Novembru 5 - 4 Dicembru 2 - 2 Total 9 26 35

Persuni li nqabdu jimportaw id-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqabdu mill-puliżija jimportaw id-droga f'Malta matul din is-sena? X'kienet in-nazzjonalità ta' dawn il-persuni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 22 persuna li ġew investigati mill-Pulizija fuq importazzjoni ta’ droga kif ġej: Nazzjonalità Nru. ta’ persuni Nazzjonalità Nru. ta’ persuni British 3 Libyan 1 Bulgarian 1 Lithuanian 1 Costa Rican 1 Maltese 2 Domenican Republic 1 Romanian 1 Egyptian 2 Spanish 2 Hungarian 3 Portughese 1 Latvian 1 U.S.A 2
Leg 11 PQ #19746 Sitting 258 2010-10-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turisti li żaru Malta bil-cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żaru Malta turisti permezz tal-cruiseliners mill-ewwel tas-sena sal-lum? Kemm kien in-numru ta' turisti għall-istess perjodu matul is-sena li għaddiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta’ cruise passenger traffic bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena kien ta’ 308,663 b’żieda ta’ 24.0 fil-mija, jew 59,793 turist iżjed fuq l-istess perjodu tas-sena 2009. Dawn il-figuri huma spjegati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

ammont ta' cruiseliners li daħlu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu cruiseliners f'Malta mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum? Jista' jagħti l-isem tal-vapuri u f'liema xhur daħlu Malta, kull xahar separatament? Kemm daħlu cruiseliners f'Malta għall-istess perjodu matul is-sena li għaddiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li in-numru ta’cruiseliners li daħlu f’Malta fl-2009 kien ta’ 143 waqt li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar t’Awwissu 2010 daħlu b’kollox 161 cruiseliners. It-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi liema kienu il-cruiseliners li daħlu f’Malta fl-2010 xahar b’xahar.

Mosta Technopark — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li qegħdin joperaw fil-Mosta Technopark? Liema huma dawn il-fabbriki u kemm qegħdin jimpjegaw nies magħhom, kull fabbrika separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-‘Mosta Technopark’ joperaw dawn il-fabbriki: MST 010 Infratec Pro Limited MST 004 Megabyte Limited MST 005X Raesch Quarzlas (Malta) MST 009 Cheops Malta Limited MST 016X Bavarian Technology Systems MST 020X Mikrotek Medical Malta Limited MST 023 Sicons Opto-Products Malta Ltd MST 024 Institute of Cellular Pharmacology Ltd MST 026 Datatrak Systems Limited Rigward l-impjieg ta’ dawn il-kumpaniji nirreferi lil-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Taħriġ.

Kimika importata għall-manifattura tal-murtali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ċċekjar u verifiki jsiru fuq il-kimika li tiġi importata f'Malta għall-użu fil-manifattura tal-murtali peress li ġieli jingħad li dan il-materjal ikun ta' kwalità inferjuri bil-konsegwenza li jista' jkun ta' riskju kbir għad-dilettanti li jaħdmu f'dan il-qasam?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-ewwel nett ta’ min wieħed jgħid li ċertu kimika użata fil-manifattura tal-logħob tan-nar, bħal Klorat tal-Potassju u il-Perklorat tal-Potassju fost oħrajn, huma suġġetti għal liċenzja kemm jekk importati minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll jekk importati minn kwalunkwe pajjiż ieħor. Hekk kif ikun importat il-prodott l-awtoritajiet jivverifikaw li l-prodott huwa fil-fatt dak li hu iddakjarat mill-importatur. Iżda sal-lum ma kienu jsiru l-ebda verifiki xjentifiċi fir-rigward tal-kwalità tal-materjal użat fil-manifattura tal-logħob tan-nar, minkejja li saru diversi riformi f’dan is-settur sabiex tissaħaħ is-sigurtà. Għal din ir-raġuni wieħed mil mandati tal-Bord ta’ Inkjesta li nħatar mill-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern huwa preċiżament li jiġbor u jeżamina kampjuni tal-materjal użat mill-kmamar tan-nar. Wara li ssir l-evalwazzjoni in kwistjoni il-Ministeru se jieħu azzjoni neċessarja kif ikun hemm bżonn.

Persuna li tieħu relief

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk f'każ ta' persuna li tieħu r-relief, dan il-benefiċċju jibqax jingħata f'każ li l-persuna ssiefer għal żmien twil?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk persuna ssiefer l-Għajnuna Soċjali (ir-relief) jieqaf immedjatament. Jekk persuna ssiefer għal kura barra minn Malta jerġa' jingħatalha lura l-Għajnuna Soċjali kemm-il darba tipprovdi dokumenti li juru dan.

talba għall-benefiċċju tar-relief

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk f'każ ta' talba għall-benefiċċju tar-relief tiġix ikkunsidrata ukoll il-pensjoni li persuna jkollha dritt għaliha minn pajjiż barrani (mhux tal-Unjoni Ewropea)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li l-Għajnuna Soċjali (ir-relief) huwa means tested kull dħul, ġej minn fejn ġej huwa kkunsidrat fl-assessment. Għalhekk, iva kull pensjoni ġejja minn fejn ġejja tiġi kkunsidrata.