Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tingħata f'seduta oħra.

kuntratt għar-raba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt finali biex ir-raba' li hija indikata separatament jgħaddi f'isem il-bidwi li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li applika għalih u dan jiġi rikonnoxut fir-raba' li jaħdem hu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20995.

Pjazza ta' quddiem il-parlament — Arbli tad-dawl - servizz tal-WI-FI

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-arbli tad-dawl ġodda fil-pjazza ta' quddiem il-Parlament humiex provduti bis-servizz tal-WI-FI?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-WI-FI signal mhux qed jiġi minn fuq l-arbli iżda minn router installat f’żona mill-pjazza.

Corporate Village — kumpaniji/consortia

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kumpaniji/consortia li urew interess fil-Proġett Corporate Village, inkluż in-nazzjonalità tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni ġiet ippublikata fuq il- websites tal- Malta Enterprise u tal- Corporate Village : www.maltaenterprise.com www.corporatevillagemalta.com

Pjazza ta' quddiem il-parlament — arbli tad-dwal

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qiegħda issir ħsara fl-arbli tad-dwal ġodda li twaħħlu fil-pjazza quddiem il-parlament minħabba dħul ta' ilma fihom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li id-Direttorat huwa konxju mill-problema ta’ dħul ta’ ilma tax-xita fil-luminaires ta’ dawn l-arbli. Il-kuntrattur kien infurmat u diġa għamel xi xogħol rimedjali f’Ġunju. Jidher li wara l-aħħar xita tfaċċaw xi probblemi ohra u d- Direttorat qed isegwi mal-kuntrattur biex dawn jiġu riżolti. Il-Ministeru jirriserva kull dritt li jieħu l-passi kollha, nkluz dawk legali, sabiex tissolva l-problema.

Allowance tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20793 u jgħid kemm kien hemm households li bbenefikaw mill-allowance tal-enerġija mħabbra fil-budget tas-sena l-oħra? Kemm kien il-valur ta' l-inqas allowance li ngħata? Kemm-il household ingħatat allowance ta' inqas minn €100.00 u kemm ingħataw allowance ta' 'l fuq minn €100.00? Kemm-il familja ma bbenefikatx minn din l-allowance: a) għax jikkunsmaw aktar minn 10,000 unit t'elettriku; jew b) għax fuq il-benefiċċji soċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ accounts li bbenefikaw mill- allowance tal-enerġija huwa ta’ 117,631. L-inqas allowance li ngħata kien ta’ €55. Kien hemm 53,170 accounts li ngħataw allowance ta’ inqas minn €100, u kien hemm 64,461 accounts li ngħataw allowance ta’ ‘l fuq minn €100. Accounts li ma bbenefikawx mill- allowance għax jikkunsmaw aktar minn 10,000 unit t’elettriku kienu 3,892 u familji li ma bbenifikawx għax fuq il-benefiċċju soċali hu ta’ 24,994.
Leg 11 PQ #20994 Sitting 275 2010-11-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — Triq Melita - tneħħija ta' taraġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20625 u 20407 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20197, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tneħħija tat-taraġ storiku f'Melita Street bejn Triq id-Dejqa u Triq l-Ifran hux kopert bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-pavimentar ġdid ta' parti minn Triq Melita bejn Triq id-Dejqa u Triq l-Ifran, li jinkludi l-qlugħ tat-taraġ imsemmi, hu kopert bil-ħruġ ta' notifika permezz tal-avviż legali 115/07, hekk imsejjaħ id-Development Notification Order (DNO), b'referenza DN 61/10.

kuntratt għar-raba

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20660 u jgħid meta se jsir il-kuntratt finali biex ir-raba' li hija indikata separatament jgħaddi f'isem il-bidwi li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li applika għalih u dan jiġi rikonnoxut fir-raba' li jaħdem hu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt tar-raba’ li qed jagħmel riferenza għalih l-Onorevoli Interpellant irid isir taħt l-Iskema tal-Qbiela li ġiet introdotta fis-sena 2000. F’din l-Iskema kien hemm ’il fuq minn disa’ t’elef (9000) applikazzjoni u s’issa saru tlett elef, mitejn u ħamsa u sebgħin (3275) kuntratt tal-qbiela f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern kien qed jipproċessa dawn l-applikazzjonijiet skont il-Kunsill Lokali pero ma kienx qed jipproċessa l-applikazzjonijiet li saru fuq artijiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt. L-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant, hija fuq art amministrata mill-Uffiċċju Konġunt u allura ser tiġi proċessata aktar tard meta jerġa’ jmiss il-Kunsill Lokali fejn tinsab din ir-raba’.

kont tal-elettriku b'qari attwali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20460, jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' konsumaturi domestiċi, x'inhi r-rata għal unit ta' elettriku jew li din titħaddem fuq skaletta? Din ir-rata marbuta ma' numru ta' units hi maħduma fuq ammont ta' units annwali?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għal Subsidiary Legislation 423.01, Electricity Supply Regulations.

Allowance tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li bbenefikaw mill-allowance tal-enerġija mħabbra fil-budget tas-sena l-oħra? Kemm kien il-valur ta' l-inqas allowance li ngħata? Kemm-il household ingħatat allowance ta' inqas minn €100.00 u kemm ingħataw allowance ta' 'l fuq minn €100.00? Kemm-il familja ma bbenefikatx minn din l-allowance: a) għax jikkunsmaw aktar minn 10,000 unit t'elettriku; jew b) għax fuq il-benefiċċji soċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #20625 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta — Triq Melita - tneħħija ta' taraġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20407 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20197, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tneħħija tat-taraġ storiku f'Melita Street bejn Triq id-Dejqa u Triq l-Ifran hux kopert bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għajnuna għall-iranġar ta' dar

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslet it-talba għal għajnuna għall-irranġar ta' dar li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li saret mill-Awtorità tad-Djar xhur ilu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna xi dokumenti mingħand l-applikanta msemmija, liema talba ntbagħtet lilha fil-21 ta’ Ottubru 2010. Kif dawn id-dokumenti jaslu fl-uffiċċju tal-Awtorità tad-Djar, l-applikazzjoni tagħha tkompli tiġi pproċessata.

kuntratt għar-raba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt finali biex ir-raba' li hija indikata separatament jgħaddi f'isem il-bidwi li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li applika għalih u dan jiġi rikonnoxut fir-raba' li jaħdem hu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

Ċwievet ta' proprjetà

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19917, f'każ li l-inkiwilna qalbet l-ID card fuq l-indirizz tad-dar tal-anzjani, xorta waħda l-Awtorità tad-Djar ma jkollhiex id-dritt tieħu ċ-ċwievet tal-proprjetà?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li avolja l-inkwilina legali għandha l-Karta tal-Identita fuq id-Dar tal-Anzjani fil-preżent xorta waħda l-Awtorità tad-Djar m’għandiex dritt tieħu ċ-ċwievet u l-pussess tal-propjetà. Iżda l-Awtorità Tad-Djar tagħmilha ċara li tagħraf biss lill-inkwilina legali u jekk xi ħaddieħor jagħżel jidħol jgħix fil-fond fil-perjodu tar-residenza tal-inkwilina fid-Dar tal-Anzjani ma jkollu l-ebda dritt legali.

Grand Harbour Regeneration Corporation — fond biex jiffinanzja l-proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li kellu jitwaqqaf sabiex jiffinanzja l-proġetti tal-Grand Harbour Regeneration Corporation fil-fatt ġiex imwaqqaf? Jekk fl-affermafttiv, min hu responsabbli għal dan il-fond? Kemm hemm flus f'dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol għat-twaqqif tan-National Investment Fund huwa għaddej u d-dettalji jitħabbru aktar tard la jitwaqqaf dan il-Fund.
Leg 11 PQ #20711 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — persuni magħżula fuq bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-persuni sabiex iservu bħala membri fuq il-bordijiet li se jissostwixxu l-bordijiet tad-DCC fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? X'inhi r-raġuni għala dawn il-persuni kellhom bżonn l-approvazzjon tal-Ministru, f'dan il-każ il-Prim Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-Sejħa pubblika li saret għall-persuni interessati sabiex iservu bħala membri tal-Kummissjoni għall-Ambjent u l-Ippjannar. F'dan l-Avviż hemm imniżżla ir-rekwiżiti mitluba. Nirreferi ukoll lill-Onorevoli Interpellant għal klawsola 35(2) tal-Liġi għall-Ambjent u Żvilupp li tgħid li l-membri tal-Kummissjoni iridu jinħatru mill-Prim Ministru.

pjazza quddiem il-Parlament — dawl mitfi

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li diversi dwal li kienu fl-art fil-pjazza quddiem il-Parlament mhumiex qegħdin jinxtegħlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa d-dwal tal-art ta’ quddiem iż-żewġ bibien tal-Palazz u l-partijiet tal-faċċata li huma mikxufin biss qegħdin jinxtelu. Dan sabiex jiġi evitat li jinxtal dwal wara l-għarmar u l-hoarding eżistenti, bil-konsegwenza li jkerrah id-dehra sabiħa tal-faċċata. Kien hemm ukoll ġurnata meta kien hemm ħsara li ssolviet fi ftit ħin.

kont tal-elettriku b'qari attwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fis-sena suppost li jinħareġ kont tal-elettriku u dan b'qari attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kontijiet ta’ l-elettriku b’qari atwali, jinħarġu hekk kif jsegwi hawn: 1. Għall-konsumaturi kbar bħal dawk industrijali, tal-lukandi, governattivi kif ukoll oħrajn meqjusa large commercial , jinħarġu kontijiet kull xahar għal dawk bl-akbar konsum u għal oħrajn b’inqas konsum, kull xagħrejn jew tliet xhur. 2. Għall-konsumaturi domestiċi, inklużi dawk residenzjali, jinħareġ kont kull sitt xuhur. 3. Għall-konsumaturi żgħar u mhux residenzjali, jinħareġ kont kull sitt xuhur.

Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura — persuni li jiffurmaw is-Supervisory Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw is-Supervisory Committee tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuni li jiffurmaw is-Supervisory Committee tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura huma: Supervisory Chairman - Jonathan Vella Membru - Ray Busuttil Membru - Sammy Rapa