Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22609 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Mistoqsijiet parlamentari mhux imwieġba fil-ħin

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li f'kaz ta' mistoqsijiet parlamentari li jiġu riferuti lill-kunsilli lokali jekk dawn ma jiġux risposti fil-ħin stipulat jitnaqqsu €400 mill-budget tal-kunsilli lokali għal kull mistoqsija mhux imwieġba? Jekk fl-affermattiv, dan it-tnaqqis japplika ukoll għal ministeri, dipartimenti u entitajiet governattivi oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li Kunsill Lokali li ma jibgħatx fil-ħin l-informazzjoni mitluba minnu in konessjoni ma’ mistoqsija parlamentari, lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, titnaqasslu 0.25% tal-allokazjoni tiegħu.

Wasteserv — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tat-tender maħruġ mill-Wasteserv WSM/248/2010, kuntratt perjodiku għal manutenzjoni ta' roundabouts u tindif ta' toroq f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-WasteServ għandha obbligu morali li tnaddaf toroq u roundabouts viċin l-faċiliitajiet tal-waste management biex iżżomm il-lokalità nadifa wara l-użu minn numri konsiderevoli ta’ vetturi li jkunu qed iġorru l-iskart. Kien għalhekk li l-WasteServ wara qbil mal-Kunsill Lokali tax-Xagħra u tax-Xewkija ħarġet din it-tender.

Grand Harbour Regeneration Corporation

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-audited accountstal-Grand Harbour Regeneration Corporation għas-sena 2009? Jista' jagħti d-dettalji tan-nefqa li għamlet l-GHRC minn meta twaqqfet sal-lum? X'inhi r-remunerazzjoni tad-diretturi u tas-segretarji ta' din il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nefqa li għamlet il-GHRC minn meta twaqqfet sat-30 ta' Settembru 2010 tammonta għal €1,710,329. Din is-somma ma tinkludix nefqa kapitali. Ir-remunerazzjoni tas-Segretarju tal-kumpanija hija ta' €7,000 p.a. Iċ-Chairman u d-Diretturi tal-GHRC ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Audited Accounts tal-Grand Harbour Regeneration għas-sena 2009.

Ħaż-Żebbuġ — miżuri kontra l-kriminalità

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tieħu l-miżuri adegwati sabiex tipproteġi r-residenti ta' Ħaż-Żebbuġ kollha peress li f'dan il-lokal kien hemm żieda inkwetanti ta' kriminalità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija intensifikat il-patrols f'kull ħin tal-ġurnata fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ speċjalment fil-parti fejn l-aktar li hemm ħwienet kummerċjali. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ressqet persuna quddiem il-Qorti akkużata b’diversi reati konnessi ma' ħames serqiet li seħħew fi ħwienet ġewwa f’Ħaż-Żebbuġ matul dan l-aħħar xahar. Nieħu din l-opportunità biex nifraħ lill-Korp tal-Pulizija għal ħidma siewja li wettaq fl-aħħar jiem li wasslet biex dawn il-każijiet jiġu solvuti.

Permanent residence għall-barranin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iskema ta' permanent residence lill-barranin ġietx mwaqqfa? Jekk fl-affermattiv, x'kienet r-raġuni għal dan? Japprezza li t-twaqqif ta' din l-iskema se jkollha effett negattiv fuq il-bejgħ tal-proprjetà lill-barranin speċjalament dik il-proprjetà li tinstab fi special designated areas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Iskema magħrufa bħala Permanent Residents Scheme ġiet sospiża sakemm jinħarġu regoli ġodda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Permanent Residents Scheme mhijiex skema obligatorja sabiex persuna tixtri propjetà fi special designated area ġewwa Malta. Proprjetà fi special designated area tista’ tinbiegħ lil kull barrani jew kumpanija barranija.

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21074 u jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21870.

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21270 u 21074 u jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21870.

Furjana — Project House - ħinijiet tal-librar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet li suppost jaħdem il-librar li hemm jieħu ħsieb il-librerija fi Project House il-Furjana? Kif jiġi aċċertat li dan l-impjegat jaħdem il-ħin tax-xogħol kif suppost?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li il-librar li jieħu ħsieb il-librerija fi Project House jaħdem mit-8.30 sas-6.00 bi tliet kwarti break fix-xitwa, u mit-8.00 sas-2.00 fis-sajf. Dan l-impjegat irid jippanċja fuq il-finger reader l-attendenza tiegħu kuljum.

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21870.

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21632, 21270 u 21074 u jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasferiment ta' qbiela tar-raba' tal-gvern

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 20202 u 20409, jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' qbiela ta' art proprjetà tal-gvern meta jmut id-detentur tal-qbiela x'jiġri: a) f'każ li jkun hemm legat lil xi ħadd imħolli; b) kif jiġi determinat min kien jgħix mal-mejjet fl-aħħar sitt xhur; ċ) min kien jaħdem ir-raba' flimkien mal-mejjet? F'każ li ma tkunx sodisfatta l-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet msemmija hawn fuq, il-qbiela tgħaddi fuq l-eredi l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara l-mewt tad-detentur tal-qbiela, f’każ ta’ legat, l-ewwel preferenza tmur għand il-legatarju li jikkwalifika taħt id-definizzjoni ta’ membru ta’ familja skont l-Artiklu 2 tal-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba’ Kap 199 tal-Liġijiet ta’ Malta. Sabiex jiġi determinat min kien jgħix mal-mejjet fl-aħħar sitt xhur, kif ukoll min kien jaħdem ir-raba’ flimkien mal-mejjet, dan isir permezz ta’ dikjarazzjoni ġuramentata. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, f’każ li ma jkunux sodisfatt l-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Membru, u ma jkunx hemm l-ebda ordni ta’ preferenza, il-qbiela tgħaddi lill-eredi tal-mejjet “in solidium” bejniethom salv xi disposizzjonijiet testimentali tal-mejjet.

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21270 u 21074 u jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Belt — Triq San Ġwann - bollards

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ta' twaħħil ta' bollards fuq it-turġien ta' Triq San Ġwann il-Belt peress li s'issa nofs it-triq biss hija lesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-programm tat-twaħħil ta' bollards fl-imsemmija triq għandu jitkompla u jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Allowance tal-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li bbenefikaw mill-allowance tal-enerġija mħabbra fil-budget tas-sena l-oħra? Kemm kien il-valur ta' l-inqas allowance li ngħata? Kemm-il household ingħatat allowance ta' inqas minn €100.00 u kemm ingħataw allowance ta' 'l fuq minn €100.00? Kemm-il familja ma bbenefikatx minn din l-allowance: a) għax jikkunsmaw aktar minn 10,000 unit t'elettriku; jew b) għax fuq il-benefiċċji soċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20993.

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21074 u jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Belt Valletta — Triq Dun Karm - bollards

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ta' twaħħil ta' bollards fuq it-turġien ta' Triq Dun Karm il-Belt, peress li s'issa nofs it-triq biss hija lesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant ma teżistix ġewwa l-Belt Valletta.
Leg 11 PQ #15842 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt ta' nationalisation — policy tas-Central Malta Local Plan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kuntratt ta' nationalisation kif applikat fil-policy tas-Central Malta Local Plan CG02.3.3.3 fejn l-iskema tal-bini tispiċċa f'appoġġ mikxuf u f'każijiet bħal dawn jingħata permess għall-iżvilupp ta' end plot biex tagħlaq l-iżvilupp, hux applikabbli f'kull każ fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti minn pjani lokali oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 16399.
Leg 11 PQ #19918 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — prints tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tiċċarġja l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar lill-applikanti għal prints li jridu jsiru minnha skont il-proċeduri ġodda tal-ipproċesar tal-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 20222.

Rata tal-elettriku

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20712, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-rata tal-elettriku għall-konsum 'l fuq minn 10,000 KWh fiż-żona għar-residenzi? Meta daħlet din ir-rata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

WSC — dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mill-ilma (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għas-sena 2009 u kif proġettat għas-sena 2010 qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.