Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23703 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — scanning ta' pjanti u dokumenti oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23511 u 23282 u jgħid għand liema kumpanija l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħda tagħmel l-iscanning ta' pjanti u dokumenti oħra? X'inhi r-rata li qiegħda titħallas għal dan is-servizz? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-MEPA qeghda tuża s-servizzi tal-MaltaPost biex tag]mel scanning , uploading u servizzi oħra relatati mal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp. Il-kuntratt jistabilixxi ammont globali għas-servizz kollu kif ukoll rata ta' LM0.04 għal kull dokument li jiġi scanned u uploaded. Il-kuntratt oriġinali li ġie ffirmat fl'1 ta' Novembru 2006 kellu valur ta’ LM3,100 + VAT kull xahar. F 'Mejju 2008 [ie approvat estensjoni fis-servizz li qam €3,261.12 + VAT kull xahar filwaqt li r-rata ta' scanning baqgħet l-istess. Għal aktar dettalji nitlob lill-Onor interpellant jirreferi għal-kuntratt anness, biex jifhem ukoll li s-servizz mhux wieħed ta' scanning biss.
Leg 11 PQ #23704 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Outline permits imġedda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23510 u jgħid kemm ġew imġedda outline permits matul is-snin 2005 - 2010 kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Palazz tal-President — Pilastri tal-Kantina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istat strutturali tal-pilastri fil-kantina tal-Palazz tal-President fil-Belt, liema pilastri qegħdin jerfgħu l-bini kollu huwiex fi stat perikoluż? Qatt sar xi rapport dwar l-istat strutturali ta' dawn il-pilastri u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jressaq din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Uffiċju għar-Riġenerazzjoni tal-Palazz.
Leg 11 PQ #23510 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Outline permits imġedda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew imġedda outline permits matul is-snin 2005 - 2010 kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23511 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — scanning ta' pjanti u dokumenti oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23282 u jgħid għand liema kumpanija l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħda tagħmel l-iscanning ta' pjanti u dokumenti oħra? X'inhi r-rata li qiegħda titħallas għal dan is-servizz? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Marsa — esproprjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għall-esproprjazzjoni ta' art fil-Marsa li ġiet meħuda mill-gvern fit-2 ta' Diċembru 2010 skont avviz numru 1203 tal-Gazzetta tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-espropriju ta’ l-art fil-Marsa li deher fil-Gazzetta tal-Gvern permezz ta’ Avviż Nru. 1203 tat-2 ta’ Diċembru 2010, sar biex ikun jista’ jinbena underpass għall-vetturi minn Triq Diċembru 13 għall-Menqa, il-Marsa, fuq talba li saret minn “Network Infrastructure Directorate” fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport, issa Transport Malta, fit-3 ta’ Novembru 2009.
Leg 11 PQ #23282 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — scanning ta' pjanti u dokumenti oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għand liema kumpanija l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qiegħda tagħmel l-iscanning ta' pjanti u dokumenti oħra? X'inhi r-rata li qiegħda titħallas għal dan is-servizz? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23283 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — screening madwar solar water panels

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tesiġix li jsir screening madwar solar water panels li jitpoġġew fuq il-bjut peress li dawn joħolqu impatt viżwali negattiv b'mod partikolari meta jitpoġġew fuq is-saqaf ta' xi washroom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpeallnt illi solar water heaters flimkien ma’ servizzi oħra li jitqegħdu fuq il-washroom, għandhom ikunu screened skond Policy 13,5 – Services on Roof Structures (Policy and Design Guidance 2007). Kopja ta’ din il-policy qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enerġija prodotta mill-wind turbines

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li mhix qed tingħata l-ebda għajnuna finanzjarja għall-istallazzjoni tal-wind turbines ħlief lill-bdiewa? Jista' jikkonferma ukoll jekk l-elettriku li jiġi prodott mill-wind turbine hux jinxtara lura mill-Korporazzjoni Enemalta bħalma jsir fil-każ tal-panelli folovoltaiċi? Jekk fl-affermattiv, x'prezz qiegħed jitħallas għalih?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi għandha skema, li ilha fis-seħħ mill-2006, li permezz tagħha individwi li jistallaw micro wind turbines fid-dar ikunu jistgħu jibbenefiaw minn għotja sa 25% tal-ispejjez ghax-xiri tas-sistema sa massimu ta’ €232.94. Is-sistemi mixtrija ma jistgħux ikunu akbar minn 3.7kW. Il-klient ikollu l-facilità li l-ewwel jikkonsma l-enerġija hu imbagħad ibigħ il-units iż-żejda li jkollu lill-Korporazzjoni Enemalta. Għalhekk il-Korporazzjoni Enemalta tixtri l-enerġija ġġenerata mir-riħ bir-rata magħrufa bħala ‘marginal cost’, jiġifieri r-rata li tiswa lill-Enemalta biex tiġġenera unit ta’ enerġija.

Smart City — kopja ta' kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu ngħatat l-art għall-bini ta' Smart City?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li premezz tiegħu l-art ngħatat għall-bini ta’ Smart City. Dan il-kuntratt huwa skont ir-resoluzzjoni approvata fil-Kamra tar-Rappreżentanti fl-20 ta’ Marzu 2007 u għalhekk id-dokumenti annessi mal-kuntratt huwa dawk li ġew approvati dak in-nhar.

Enemalta — pannelli fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22952 u jispjega kif il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tħallas lill-privat għall-elettriku ġenerat mill-pannelli fotovoltaiċi, jiġifieri jekk in-numru ta' units ġenerati mill-pannelli jitnaqqsux minn numru ta' units ikkonsumati jew inkella l-kont tal-konsumatur jitnaqqas bis-somma dovuta għan-numru ta' units li jkunu ġenerati mill-pannelli?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunċett tal-Feed-In Tariff Regulations (LN 422/2010) huwa bbażat fuq il-fatt illi l-Korporazzjoni Enemalta tħallas għall-units tal-elettriku li jkunu esportati fuq il-grid tagħha. Għaldaqstant il-units esportati minn stallazzjonijiet jkunu mħallsa indipendentament mill-konsum ta’ l-istess propjetà. Fil-każ ta’ stallazzjonijiet fotovoltajiċi li twaħħlu qabel id-dħul tal-Feed-In Tariff Regulations, l-operatur kellu l-għazla jekk jidħolx f’din l-iskema jew jibqa’ bl-iskema antika tan-net metering, fejn il-units esportati jigu mnaqqsa mill-units ikkunsmati u għalhekk il-kont joħroġ fuq id-differenza. Din l-għazla, però, ma tapplikax f’dawk il-każi li l-operaturi kellhom Letter of Undertaking mingħand l-Enemalta li tgħid li l-arranġament tan-net metering jibqa’ fis-seħħ sakemm jiġu ntrodotti l-Feed-In Tariff Regulations.

Żieda għal Għoli tal-Ħajja

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk iż-żieda miżera sħiħa ta' €1.16 għall-għoli tal-ħajja għal din is-sena hijiex tingħata ukoll lil dawk li qegħdin fuq il-benefiċċju soċjali? Jekk fin-negattiv, ma taħsibx li din hi inġusta meta huma proprju dawn il-familji li għandhom bżonn l-aktar għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iż-żieda sħiħa ta’ €1.16 għall-għoli tal-ħajja ngħatat lill-pensjonanti, kemm dawk li jirċievu Pensjoni kontributorja għal Irtirar, Invalidita’ jew Romol kif ukoll dawk li jirċievu Pensjoni mhux kontributorja tal-Eta’ u Pensjoni għal Diżabilita’. Hemm benefiċċji soċjali oħra fejn ir-rata tal-benefiċċji tiżdied b’żewġ terzi tal-għoli tal-ħajja, bħalma hu l-każ ta’ l-Għajnuniet Soċjali, kif ukoll benefiċċji oħra li r-rata tagħhom tiżdied skont il-persentaġġ taż-żieda għal għoli tal-ħajja fil-paga minima nazzjonali.

Xogħlijiet ta' tisbiħ madwar il-Baċir Numru 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li rebaħ it-tender għax-xogħlijiet ta' tisbiħ madwar il-Baċir Numru 1? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta se jinbeda x-xogħol u meta hu previst li se jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur li rebaħ it-tender għax-xogħlijiet ta' tisbiħ madwar il-Baċir Numru 1 huwa Marinelli Costruzioni Spa għal valur ta’ 3.82 miljun Euro eskluż il-VAT. Ix-xogħol inbeda fl-14 ta’ Jannar u huwa previst li jieħu 60 gimgħa biex jitlesta.

Proġett fl-Ex stazzjon ta' Deutsche Welle — Marsaxlokk

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-proġett li qed isir fl-ex stazzjon ta' Deutsche Welle f'Marsaxlokk inxtara materjal għall-istallazzjoni tal-ilma li wara nstab li mhux addattat? Jekk fl-affermattiv, x'kien il-valur ta' dan il-materjal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s-sejħa għall-offerti għall-materjal li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor Interpellant nħarġet mill-NGO imsieħba mill-proġett ta’ Xrobb l-Għaġin u mhux mill-gvern. Il-materjal li l-NGO ipprovdit ma kienx addattat u kellu jintuża materjal ieħor.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — ration ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-vetturi użati mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi, inkluż it-trakkijiet, qegħdin jingħataw ration ta' fuel ta' 130 litru fix-xahar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kwota ta’ 130 litru fix-xahar ġiet applikata fuq light vehicles u vanijjiet sabiex inkattru l-effiċjenza fl-użu tat-trasport tagħna. Hemm vetturi li minhabba esiġenza tax-xoghol għandhom permess li jaqbżu din il-kwota. Dawn jinkludu l-ambulanzi tal-Animal Welfre u vetturi tad-Dipartiment tat-tindif. Din il-kwota ma hiex applikata fuq trakkijiet jew heavy plant.

refunds ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministu jgħid meta se jitħallsu r-refunds tat-taxxa li f'Awwissu li għadda ġew mwegħda li se jitħallsu sa Diċembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess tal-ħruġ tar-refunds huwa għaddej. Tajjeb wieħed jirrimarka li dawk ir-refunds li jinħarġu wara d-data preskritta, jiżdiedu magħhom interessi ta’ 0.75% fix-xahar.

Strip searching fuq suspettati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux l-użanza li persuni li jiġu arrestati u interrogati jiġu mġiegħla jinżgħu il-ħwejjeġ kollha u jiġu strip searched ikun xi jkun is-suspett tal-allegat każ kontrihom bħalma sar fil-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament? Ma jaħsibx li dan l-atteġjament tal-pulizija hu mil-aktar degradanti fil-konfront tas-suspettat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22847.

Enemalta — pannelli fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tħallas lill-privat għall-elettriku ġenerat mill-pannelli fotovoltaiċi, jiġifieri jekk in-numru ta' units ġenerati mill-pannelli jitnaqqsux minn numru ta' units ikkonsumati jew inkella l-kont tal-konsumatur jitnaqqas bis-somma dovuta għan-numru ta' units li jkunu ġenerati mill-pannelli?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Kuntratt tal-Art

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu ġiet mgħoddija l-art li ntużat biex tinbena l-fabbrika Lowenbrau f'Ħal Qormi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-art li ntużat biex tinbena l-fabbrika Lowenbrau f’Ħal Qormi ngħatat b’titolu ta’ ċens perpetwu permezz tal-kuntratt datat 13 ta’ Novembru 1990, liema ċens ġie mifdi permezz ta’ kuntratt datat 3 ta’ Diċembru 2009. Kopji ta’ dawn iż-żewġ kuntratti qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Twaħħil ta' meters fuq boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu meters fuq boreholes sal-lum? Kemm minn dawn il-meters twaħħlu fuq boreholes li jintużaw għal skop agrikolu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li s'issa twaħħlu 109 arloġġ. L-ebda wieħed minn dawn ma twaħħal fuq borehole li huwa reġistrat għal-skop agrikolu. Il-proċess biex jibdew jitwaħħlu l-arloġġi fuq boreholes agrikoli mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjien.