Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24913 Sitting 334 2011-04-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24700 u jgħid: a) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum; b) kemm minn dawn l-applikazzjonijiet għaddew mill-screening process; u ċ) kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ħallsu l-building levy u bdew jiġu proċessati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru.24700.

quotations maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iqsar perjodu li jista' jingħata għas-sottomissjonijiet ta' quotations maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern wara li jinħareġ l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

servizz ġdid ta' trasport pubbliku — użu ta' bus lanes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz ġdid tat-trasport pubbliku jipprevedix l-użu tal-bus lanes eżistenti jew se jsiru bus lanes ġodda? Jekk se jiżdiedu l-bus lanes, fejn se jsiru l-ġodda? X'infurzar se jsir fuq l-użu fil-bus lanes għax bħalissa kulħadd jużahom kif irid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi s-servizz l-ġdid tat-trasport pubbliku jipprevedi l-użu ta’ bus lanes. Il-bus lanes eżistenti se jiġu miżmuma u mtejjba, filwaqt li se jiġu ntrodotti bus lanes ġodda fl-inħawi ta’: a) Ħal- Lija b) Msida c) Bombi d) Sliema/Gżira e) Triq Aldo Moro, Marsa Infurmat ukoll li numru ta’ bus lanes se jkunu mgħammra b’ sistema ta’ Intelligent Traffic Management Systems, li tipprovdi tgħamir ta’ traffic lights apposta li jagħtu prijorità lix-xarabanks f’salib it-toroq. Preżentament qed isiru diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Korp tal-Pulizija sabiex jinstab l-aħjar mezz kif isir l-infurzar meħtieġ fuq dawn il- bus lanes.

Divizjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — lista tal-vetturi u l-inġenji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-vetturi u l-inġenji li għandha d-Divizjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi? Liema huma dawk il-vetturi li jinsabu f'kundizzjoni tajba li jistgħu jiġu utilizzati ? Liema huma dawk li se jiġu scrapped u f'dan il-każ x'inhi s-sena li ġew manifatturati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-informazzjoni mitluba
Leg 11 PQ #24935 Sitting 334 2011-04-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Speed Cameras — overspeeding

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għall-overspeeding minn speed cameras matul ix-xhur ta' Diċembru 2010, Jannar 2011 u Frar 2011għal kull speed camera u kull xahar separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kopja tal-ispecifications tar-rapport fuq il-barrieri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24140, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-specification tal-istess rapport li l-konsulenti ppreparaw għall-barrieri?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-“guideline selection criteria” fuqxiex l-konsulenti mxew biex ppreparaw r-rapport fuq il-barriera/barrieri tal-ġebla tal-qawwi.

Dipartiment tal-Artijiet — appell kontra s-sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għala d-Dipartiment tal-Artijiet għażel li ma jappellax kontra s-sentenza tal-Qorti mogħtija fil-15 ta' Lulju 2010, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, meta din kienet tirrigwarda proprjetà pubblika li ntilfet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kuntrarjament għal dak li qiegħed jiġi assunt mill-Onorevoli Membru li ressaq din il-Mistoqsija Parlamentari, fejn qiegħed jintqal li l-proprjetà in kwistjoni kienet proprjetà pubblika, d-deċiżjoni tal-prim awla tal-Qorti Ċivili kienet li din il-proprjetà fil-fatt kienet ta’ individwi privati. Il-proprjetà in kwistjoni fil-fatt kienet struttura żgħira fuq il-foreshore, u l-partikolarijiet tal-każ kienu tali li minħabba fihom id-Dipartiment tal-Artijiet ma ħassx il-ħtieġa li jappella, anki minħabba nuqqas ta’ provi u nformazzjoni konkreta dwar it-titolu fuq din l-art.

Victoria, Għawdex — Pjazza San Ġorġ - bejgħ ta' ħwienet tal-gvern

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24558, jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid jekk l-art kenitx ġiet esproprijata għal skop pubbliku?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-art ġiet esproprijata għal skop pubbliku. Peress li l-inkwilini u/jew s-sidien oriġinali kellhom propjetà fejn saret din espropjazzjoni, u din il-propjetà kienet twaqqgħet snin ilu dawn kienu ġew mogħtija l-kirja ta’ dawn il-ħwienet bħala alternattiva. Bħal f’ħafna każijiet oħra matul is-snin dawn talbu li jixtru l-propjetà li huma qed jikru u hekk qed isir permezz ta’ sejħa puibblika.

Ta' Qali — Park Nazzjonali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24560 rigward art f'Ta' Qali, jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir fit-tkomplija tal-iżvilupp tal-Park Nazzjonali

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed jippjana li: (i) Jżid l-area afforestata, (ii) Jipprovdi parkeġġ alternattiv għaż-żona fejn illum jipparkjaw vetturi u li jitneħħa l-parkeġġ minnha f'zona ċentrali u jżid is-sigurta għall-familji u t-tfal, u (iii) Se jinbena Petting Farm ħalli tiżdied attrazzjoni oħra
Leg 11 PQ #24700 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: a) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum; b) kemm minn dawn l-applikazzjonijiet għaddew mill-screening process; u ċ) kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ħallsu l-building levy u bdew jiġu proċessati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.

immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu immigrati illegali f'Malta permezz tal-baħar mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar sas-27 ta' Marzu ta' din is-sena ma daħlux immigranti illegali f'Malta permezz ta' dgħajjes kif kienu jidħlu fi snin li għaddew.

Speed Cameras — ċitazzjonijiet ta' overspeeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal overspeeding minn speed cameras matul ix-xhur ta' Diċembru 2010, Jannar u Frar tal-2011 kull speed camera u kull xahar separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1630.

Burmarrad — pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm il-bżonn li fi stretch ta' madwar 400 metru bejn il-Knisja ta' Burmarrad u r-roundabout ta' wara, li jitwaħħlu erba' settijiet ta' pelican lights meta hemm minnhom li ma jagħtu għal imkien?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li, iva dawn il-pelican lights twaħħlu għax kien hemm bżonnhom. Jien infurmat ukoll li ma jirriżultax li hemm xi pelican lights li ma jagħtu għal imkien.
Leg 11 PQ #24486 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Outline development permits — renewals

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24254, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-permessi jirreferu għar-renewals ta' Outline Development Permits?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 23988.
Leg 11 PQ #24487 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Heritage Malta — Bdil ta' uniformi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24334 u jgħid x'inhi r-raġuni għala se jinbidlu l-uniformijiet tal-impjegati ta' Heritage Malta? Kemm hu stmat li se jiswew l-uniformijiet il-ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-membri tal-istaff ta’ Heritage Malta li jaħdem fil-front office ingħataw l-uniformi tax-xitwa fl-2008. Għalhekk huwa maħsub li l-istess ħaddiema tingħatalhom l-istess tip ta’ uniformi biex tbiddel il-qadima li f’ħafna każi qegħda tiqdiem bl-użu. Dan qed isir biex kull membru tal-istaff li għandu/a kuntatt mal-pubbliku jidher/tidher pulit/a. Dan stmat li ser tiswa’ sa €14000.

Victoria, Għawdex — Pjazza San Ġorġ - bejgħ ta' ħwienet tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għala ħwienet tal-gvern fi Pjazza San Ġorġ Victoria, Għawdex ġew offruti għall-bejgħ meta dawn kienu diġà mikrija u x'aktarx mibnija fuq art esproprijata għal skop pubbliku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern seta’ joħroġ offerti għall-bejgħ tal-ħwienet fi pjazza San Ġorġ wara li l-art kollha li fuqha huma mibnija dawn il-ħwienet ġiet akkwistata mill-Gvern. L-art kollha ħlief għal biċċa relattivament zgħira, kienet ġiet akkwistata madwar ħamsin sena ilu mingħand is-sidien tagħha. Billi s-sidien ta’ l-art li baqgħet ma ġietx akkwistata mill-Gvern, baqgħu sal-lum mhux magħrufa, il-Gvern akkwista din l-art skont it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), jiġifieri billi ħarġet dikjarazzjoni tal-President mill-ġdid u l-kumpens dovut lis-sidien ġie depożitat f’kont bankarju. Minħabba li dawn il-propjetajiet ma ntużawx għall-iskop li għalihom ittieħdu, l-Gvern iddeċieda li, wara talba mill-inkwilini ta’ dawn il-ħwienet, jinbiegħu b’sejħa għall-offerti. Din is-sejħa ġiet suġġetta għal klawżola li min jixtri l-ħanut ikun responsabbli biex iħallas kull kumpens li jista’ jintalab mis-sidien oriġinali jekk dawn jagħmlu talba għal xi kumpens.

Avukat Ġenerali — sentenza mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Avukat Ġenerali għażel li ma japplikax is-sentenza mogħtija fil-Qorti fil-15 ta' Lulju 2010 li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, meta din kienet tirrigwarda proprjetà pubblika li ntilfet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżlutax illi din il-kawża kienet patroċinata mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Ta' Qali — Qbiela ta' raba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ġew terminati l-qbiela tar-raba' f'Ta' Qali, agricultural tenements S2000, S2001, E00201, E00117, E00145, E00121 u E00123? Min għamel din it-talba u għal liema użu speċifiku ntalbet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-qbiela tar-raba’ f’Ta’ Qali li hija indikata bħala tenement nos S2000, S2001, E00201, E00117, E00145, E00121 u E00123, ġiet terminata fuq talba tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali bl-iskop li jkun jista’ jitkompla l-iżvilupp tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Leg 11 PQ #24253 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Palazz tal-President — Pilastri tal-Kantina

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24141, 23995 u 23707 li saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk l-istat strutturali tal-pilastri fil-kantina tal-Palazz tal-President fil-Belt, liema pilastri qegħdin jerfgħu l-bini kollu huwiex fi stat perikoluż? Qatt sar xi rapport dwar l-istat strutturali ta' dawn il-pilastri u jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li skont aċċessi peritali li saru fix-xhur li għaddew in konnessjoni mal-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Palazz tal-Granmastru fil-Belt, jidher illi l-pilastri li hemm fil-kantina tal-Palazz tal-President fil-Belt li qegħdin jerfgħu l-istess palazz huma fi stat strutturali sodisfaċenti u ma humiex fi stat strutturali perikoluż. Ta’ min wieħed jirreleva illi fil-perjodu kolonjali Ingliż, l-għoli tal-kantina tal-palazz kien ġie maqsum fi tnejn permezz tal-bini ta’ saqaf mezzanin tal-konkos oħxon u rinfurzat li kien imqiegħed fuq numru kbir ta’ pilastri tal-ġebel fil-parti ta’ isfel tal-kantina. Biż-żmien, xi wħud minn dawn il-pilastri tal-ġebel, liema pilastri ma jerfgħu xejn ħlief is-saqaf mezzanin, ċedew l-isfel iżda s-saqaf oħxon tal-konkos rinfurzat ma huwiex fi stat strutturali perikoluż. Il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Palazz tal-Granmastru fil-Belt huwa maħsub sabiex, fost affarijiet oħra, jassigura l-integrita’ strutturali tal-palazz.
Leg 11 PQ #24254 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Outline permits imġedda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24142 u ċioe: b'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23988, jista' l-Prim Ministru jagħti l-PA number ta' outline applications li ġew approvati matul l-2005-2010 kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba estratta mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.