Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #25394 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — dħul mill-applikazzjonijet għall-iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-ewwel tliet xhur tas-sena għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 mill-applikazzjonijiet għall-iżvilupp (PA applications)? Fil-każ tas-sena 2011 kemm kien id-dħul mill-applikazzjonijet li saru fl-istess sena (2011)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finaliżżat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.

Ħ'Attard — parking bil-ħin quddiem supermarket

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard għal parking bil-ħin quddiem l-M4 Supermarket, Mosta Road, Ħ'Attard?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta bagħtet ir-risposta tagħha lill-kunsill lokali relattiv f'Lulju 2010.
Leg 11 PQ #25413 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EPC — proċedura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex proċedura korretta li Environment and Planning Commission (EPC) tirrifjuta applikazzjoni li tkun konformi mal-policies tal-pjan lokali fuq bażi li f'xi applikazzjoni preċedenti ntalbet xi kjarifika tal-policy mil-Local Planning Unit u li din il-kjarifika tiddaħħal biss fil-file tal-applikazzjoni relattiva mbagħad l-EPC jikkwotaw din il-kjarifika bħala raġuni għal rifjut meta la d-direttorat u lanqas l-istess EPC fl-ewwel hearing ma kien konxju ta' din il-kjarifika u għalhekk il-perit ma setax jindirizzaha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li mhux possibbli li tingħata tweġiba eżawrijenti għax jidher li din l-interpellanza tista’ tirreferi għall-applikazzjoni partikolari. Għalhekk huwa opportune li l-interpellant jekk irid, jgħaddi d-dettalji tal-applikazzjoni partikolari li dwarha forsi qed jitlob kjarifika. Madankollu, waqt is-seduti ta’ l-EPCs, kif inoltre kien jiġri fis-seduti tad-DCC’s, kemm il-periti kif ukoll il-Bordijiet, iħarsu mhux biss lejn l-applikazzjoni li jkollhom quddiemhom imma wkoll lejn il-viċinat. Dan isir għal diversi raġunijiet imma b’mod parikolari, minn naħa tal-Bordijiet, isir biex ikun hemm aktar konsistenza fid-deċiżjonijiet.
Leg 11 PQ #25414 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żviluppi fuq l-Uffiċċju tal-bord tal-EPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25197 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-iżvilupp li jirrigwardja l-alterazzjonijiet li saru f'Hexagon House sabiex jiġu nkorporati l-uffiċċji fejn jiltaqgħu l-bordijiet tal-EPC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi f'dan il-kaz ma kinitx neċessarja applikazzjoni għall-permess ta' żvilupp għall-alterazzjonijiet msemmija. Dan minħabba l-fatt li ma kien hemm ebda bdil fl-użu u x-xogħlijiet li saru huma kollha interni u ma jirrekjedux applikazzjoni għall-iżvilupp.

Boreholes reġistrati — meters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25073 u jgħid x'inhu l-ammont ta' boreholes reġistrati f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħid fuq kemm boreholes twaħħlu meters s'issa kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija 22606, ninsab infurmat li f' Malta gew reġistrati/notifikati 5,710 sors ta ilma ta' taħt l-art, filwaqt li f' Għawdex hemm 2,282. Dawk il-boreholes li huma konformi mal-parametri stabbiliti fl-Avviż Legali 241 tal-2010 se jitwaħħlilhom il-meter filwaqt dawk li mhumiex iridu jingħalqu. Għalhekk, preżentement l-ikbar prijorita hija li l-boreholes mhux eliġibbli jiġu magħluqa biex jitwaħħlu biss il-meters meħtieġa f'dawk li huma konformi ma' l-Avviż Legali. F'dan is-sens, l-Awtorita ta' Malta għar-Riżorsi diġa ħarġet madwar 200 ittra lill-proprjetarji ta' boreholes fi djar privati biex dawn jingħalqu. L-għeluq tagħhom irid isir fi żmien 60 ġurnata mill-ħruġ ta' dawn l-ittri u kull proprjetarju jkun irid jissottometti dikjarazzjoni f'dan is-sens iċċertifikata minn perit. Fil-każ ta' sorsi għall-użu agrikolu, f' Ottubru 2010 nħarġet sejħa biex dawk il-bdiewa u raħħala produttivi li għandhom aċċess għall-ilma tal-pjan biex jgawdu minn finanzjament għall-ispejjeż tal-meter u l-istallazzjoni tiegħu mill-Unjoni Ewropeja taħt miżura 125 tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali. Fid-dawl tal-fatt li numru ta' boreholes u spieri agrikoli li għalihom għandhom aċċess aktar minn utent wieħed, ġie deċiż li jitwaħħlu meters li jaħdmu permezz ta' sistema ta' card readers. Preżentement il-proċess għax-xiri permezz ta' sejħa ta' offerti tal-meters u card readers qiegħed fi stadju avvanzat.
Leg 11 PQ #25576 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — rapport ta' ħidma

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tat-tielet sena ta' din il-leġislatura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.
Leg 11 PQ #25117 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24700 u 24913 u jgħid: a) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum; b) kemm minn dawn l-applikazzjonijiet għaddew mill-screening process; u ċ) kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ħallsu l-building levy u bdew jiġu proċessati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: a) Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-lum l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċeviet timen mija u ħdax (811) il-applikazzjoni għall-i screening li minnhom ġew aċċettati bħala kompluti tliet mija u disa’ u ħamsin (359) b) Minn dawn it-tliet mija u disa’ u ħamsin (359) il-applikazzjoni, mija u seba’ u sebgħin (177) għaddew mill-proċess tal- iscreening c) Minn dawn il-mija u seba’ u sebgħin il-applikazzjoni li għaddew l- iscreening , sitta u tletin (36) ġew validati u bdew jiġu pproċessati

Energy Perfomance — bini residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċertifikati ta' konformità (energy performance) għal bini residenzjali mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Marzu 2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bejn 1 ta’ Jannar 2011 u 31 ta’ Marzu 2011 ġew irreġistrati 10 ċertifikati dwar l-energy performance għal bini residenzjali.

Proprjetà tal-gvern

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24812, ma jaħsibx il-Ministru li dan in-nuqqas ta' appell se joħloq preċedent ġdid f'każijiet ta' strutturi żgħar fuq il-foreshore? Jista' jikkonferma jekk il-foreshore kienx minn dejjem meqjus bħala spazju pubbliku? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti li ġew esebiti fil-Qorti li juru li l-proprjetà in kwestjoni mhijiex proprjetà tal-gvern, iżda proprjetà ta' terzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma naħsibx li n-nuqqas ta’ appell se joħloq preċedent ġdid f’każijiet ta’ strutturi żgħar fuq il-foreshore minħabba li l-Qorti ma daħlitx fil-mertu jekk il-foreshore huwiex proprjetà pubblika jew le, imma iddeċidiet il-każ minħabba li t-terzi u l-antenati tagħhom kienu ilhom għal żmien immemorabbli jokkupaw dan il-garaxx. Minn każijiet li kellu d-Dipartiment tal-Artijiet jirriżulta li l- foreshore mhux minn dejjem kien meqjus bħala spazju pubbliku, eżempju fil-Ġnejna kien hemm każ fejn minn kuntratti li ġew esebiti art sa tarf il-baħar kienet tal-privat, imma d-Dipartiment tal-Artijiet xorta waħda irreġistra din l-art u s-sidien ma ikkontestawx din ir-reġistrazzjoni. Fil-każ li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli interpellant, id-Dipartiment tal-Artijiet m’għandu ebda provi dokumentati fejn jirriżulta li l-art hija tiegħu u għalhekk ma seta’ jagħmel xejn aktar. Madankollu, d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed dejjem jirreġistra artijiet bħal dawn f’ismu u hekk se jagħmel fil-każ tal-art kollha f’Anchor Bay. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza relatata ma’ din il-kawża.

Kumpens fuq proprjetà

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24698, jista' l-Ministru jikkonferma li s-sidien kollha ġew kumpensati għall-proprjetà li kienet itteħditilhom u li aċċettaw il-kumpens mogħti lilhom? Is-sidien kollha tal-proprjetà se jingħataw id-dritt li jieħdu ħwienet f'din il-pjazza u allura se jingħataw lura parti mill-art li tteħditilhom? Ma jaħsibx li dan l-aġir jammonta għal spekulazzjoni mill-gvern minn art meħuda għal skop pubbliku u li issa se tinbiegħ għal skop kummerċjali u dan kollu kontra l-Liġi ta' Malta li ma tippermettix din it-tip ta' spekulazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sidien kollha ġew kumpensati ħlief għal biċċa proprjetà żgħira li ġiet stmata €9,000 u li għaliha ħarġet Gazzetta tal-Gvern daqs sena ilu. Permezz ta’ din il-Gazzetta din il-parti saret proprjetà tal-Gvern. Mhux korret li wieħed jgħid li s-sidien ser jingħataw lura parti mill-art li tteħditilhom minħabba li: a) L-art li tteħditilhom mhux dejjem hija dik il-parti fejn kull sid kellu l-proprjetà tiegħu, b) Il-ħwienet m’humiex jingħataw lura lis-sidien direttament imma qegħdin jinbiegħu b’sejħa għall-offerti fejn kulħadd seta’ jibbenifika mix-xiri ta’ dawn il-ħwienet. F’dan il-bejgħ u ladarba dawk li jixtru jsiru s-sidien, il-gvern ma jkollux l-ebda dritt ieħor fuqha.
Leg 11 PQ #25197 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żviluppi fuq l-Uffiċċju tal-bord tal-EPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-iżvilupp li jirrigwardja l-alterazzjonijiet li saru f'Hexagon House sabiex jiġu nkorporati l-uffiċċji fejn jiltaqgħu l-bordijiet tal-EPC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ xi seduta oħra.

quotations maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iqsar perjodu li jista' jingħata għas-sottomissjonijiet ta' quotations maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern wara li jinħareġ l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-Regolamenti dwar Kuntratti Pubbliċi ma jistabbilixxu l-ebda perjodu ta’ żmien li fih jistgħu jintefgħu offerti wara sejħa għall-quotations.

Boreholes reġistrati — meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' boreholes reġistrati f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħid fuq kemm boreholes twaħħlu meters s'issa kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Tenders għal toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li se jinbeda x-xogħol fuq it-toroq arterjali ta' TEN-T li t-tenders għalihom ġew applikati ħafna xhur ilu? Liema kuntratturi se jagħmlu liema triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ordni biex jibda’ x-xogħol fuq toroq arterjali ta’ TEN-T ingħatat lill-kuntratturi rispettivi fit-28 ta’Marzu 2011. Bħalissa x-xogħol jinsab fi stadju preparatorju, u bdew xi xogħolijiet fuq numru ta’rotot li ser ikunu qegħdin jintużaw bħala devjazzjoni tat-traffiku matul ix-xogħolijiet ta’ kostruzzjoni fuq it-toroq arterjali. Ix-xogħol għal kull proġett se jsir mill-kuntratturi kif ġej: LOT TRIQ KUNTRATTUR Lot 1A u Lot 1B Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi, Luqa Road Network Joint Venture Lot 2A u Lot 2B Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb, Marsa / Floriana Road Network Joint Venture Lot 3A u Lot 3B Triq il-Marfa, Ċirkewwa / Mellieħa Polidano Giustino Joint Venture Lot 4A u Lot 4B Triq l-Imġarr, Triq Fortunato Mizzi, Triq ir-Repubblika, Rabat / Xewkija, Għawdex Road Network Joint Venture

Proġett ta' Bieb il-Belt u l-Parlament il-Ġdid — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Bieb il-Belt inkluż il-Parlament il-ġdid? Ix-xogħlijiet kienu on schedule? Kemm intnefqu flus fuq dan il-proġett s'issa u min kienu l-kuntratturi/konsulenti li tħallsu u kemm tħallsu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-programm tax-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar il-progress fuq il-proġett ta’ Bieb il-Belt jien infurmat li fil-każ tal-bini l-ġdid tal-Parlament qed isiru xogħlijiet fis-substructure jiġifieri fuq il-pedamenti u fuq is-sular ta’ taħt u dawn għandhom jitlestew sa Awissu 2011. Fil-każ tas-sit tal-ex-Opera House bħalissa għaddej xogħol ta’ konsolidazzjoni u ta’ restawr fuq il-fdalijiet storiċi. Ix-xogħlijiet kollha huma “on schedule” u sa issa ntefqet is-somma ta’ €9,643,920. Il-Kuntratturi u konsulenzi involuti tħallsu kif ser ngħid. Kuntratturi L-ispiża għal servizzi Agius Camray Vassallo (Restoration of opera House) € 150K 3 Bees JV (Exc and clearing of OH) € 100K BIB JV (Demo and Excavation) € 607K Polidano Bros (Substructure) € 121K Polidano Bros (Enabling works and Accomodation) € 442K Terracore (Site Investigations and Monitoring) € 300K Il-Konsulenti Bovis Lend Lease (Project Management Consultant) € 1.6m RPBW (Lead Architect) € 3.3m Arup (Structural and Services Engineers) € 2.0m Il-programm tax-xogħol jipprevedi li x-xogħlijiet kollha jkunu saru sal-2013.

Bus terminus tal-Belt — siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswew is-siġar li qegħdin jitħawlu fil-bus terminus ġdid tal-Belt? Dawn inxtraw wara sejħa għall-offerta u mingħand min qegħdin jinxtraw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża ta’ kull siġra li qed titħawwel fil-bus terminus il-ġdid hija ta' € 5,340, eskluż il-VAT. Ix-xogħol ingħata lil ELC Ltd. bħala parti mill-kuntratt li l-kumpanija għandha mal-gvern.

quotations maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24914 u jgħid x'inhu l-iqsar perjodu li jista' jingħata għas-sottomissjonijiet ta' quotations maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet tal-gvern wara li jinħareġ l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24914.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — tbattil ta' ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ingħatat ordni mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex jitbattal mill-ilma l-ġibjun tad-diviżjoni fl-Imrieħel u jekk hux se jiġi mirdum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ma inghatat l-ebda ordni biex jitbattal l-imsemmi ġibjun u wisq anqas li jintradam.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — kiri ta' vannijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vannijiet mikrija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? X'inhi r-rata ta' kiri għal kull ġurnata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2010, il- Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l- Ilma kriet 52 van f’perjodi differenti matul is-sena. Ir-rata medja ta’ dan il- kiri għal kull ġurnata hija €22.