B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25752, jista' l-Minsitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
a) kopja tad-dokument tat-
tender
għal-lokazzjoni tat-toroq; u
b) lista ta' ditti u kumpaniji li applikaw għat-tender tal-project management inkluż il-prezz li kkwotaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija disponibbli minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Kuntratti, iżda f'każ li l-Onor. Interpellant jixtieq "hard copy" nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25394 u jgħid x'kien id-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-ewwel tliet xhur tas-sena għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 mill-applikazzjonijiet għall-iżvilupp (PA applications)? Fil-każ tas-sena 2011 kemm kien id-dħul mill-applikazzjonijet li saru fl-istess sena (2011)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25414, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk waħda mill-meeting rooms tal-EPC (EPC A) hijiex konformi mal-liġijiet sanitarji peress li m'għandhiex arja u dawl naturali dirett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-parkeġġ li kien hemm mal-coast road fil-Belt mil-Lukanda Excelsior sax-xatt tneħħa bil-konsegwenza li l-ispazji ta' parkeġġ fil-belt tnaqqsu b'mod sinifikanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-
intersection
bejn Triq l-Assedju l-Kbir
u l-Foss tal-Belt ġiet
upgraded
reċentament bħala parti minn program ta’
junction upgrading
tul Triq l-Assedju l-Kbir
u Triq Marsamxett. Dan l-iżvilupp sar sabiex ikun akkomodat b’mod sikur l-influss ikbar ta’ traffiku li issa qed jgħaddi minn Triq l-Assedju l-Kbir u Triq Marsamxett minħabba l-għeluq ta’ Triq Papa Piju V. Dan il-
junction upgrading
sar sabiex titjieb il-viżibilita’ għall-vetturi ħerġin mill-Foss tal-Belt, kif ukoll sabiex tiġi provduta karreġjata għall-vetturi li jduru fuq il-lemin lejn il-Foss tal-Belt. Bħala riżultat ta’ dan il-
junction upgrading
, numru ta’ postijiet ta’ parkeġġ fil-viċinanzi ta’ din il
-junction
kellhom jitneħħew.
Jista' l-Ministru jara li jsir l-iċċekjar tal-pelican lights li huma mifruxa ma' Malta kollha għax hemm diversi minnhom li ma jaħdmux jew għandhom xi bozza maqtugħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm Transport Malta hija responsabbli mis-sistemi ta’ traffic lights, is-sezzjoni tat-Traffic Lights tal-MSD fi ħdan l-MRRA tagħmel ix-xogħol meħtieġ ta’ manutenzjoni fuq dawn is-sistemi skont kif tiġi mitluba minn Transport Malta.
Infurmat ukoll li r-rapporti ta’ ħsarat li jaslu għand l-MSD normalment jiġu ndirizzati fi żmien jumejn minn meta jiġu rrappurtati. Madanakollu, bħalissa Transport Malta għandha xogħol aktar min-normal fuq istallazzjonijiet ta’ sistemi ġodda li qed isir minn din is-sezzjoni. Minħabba din is-sitwazzjoni, jista’ jittieħed ftit aktar żmien sabiex il-ħsarat msemmija jiġu rranġati.
Issa li Transport Malta għoġobha tikkonverti Triq San Mark fil-Belt bħala l-aċċess prinċipali peress li din hi triq residenzjali u dejqa ħafna, jista' l-Ministru jara li jsiru l-bankini fuq iż-żewġ naħat tat-triq għax bħalissa m'hemmx bankini bil-konsegwenza li meta wieħed joħroġ mill-bieb tal-proprjetà tiegħu jispiċċa dritt fit-triq b'periklu kbir għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tikkonsidra x'interventi jistgħu isiru fi Triq San Mark biex jonqos il-periklu għar-residenti li jogħqodu f'din it-triq.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Luret Cutajar - kwestjoni dwar parkeġġ ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tirregola l-anarkija li hemm fl-ipparkjar tal-karozzi fi Triq Luret Cutajar, Ħaż-Żebbuġ għax dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti tant li anqas ġieli jkun possibbli għalihom li joħorġu fil-main road (Siġġiewi Road) minn din it-triq?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għalkemm il-Pulizija ħarġet xi ċitazzjonijiet fuq ipparkjar ħażin fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, se tagħmel ronda aktar ta' spiss u se tkompli tieħu passi kull meta jkun osservat xi ksur tal-Liġi.
B'referenza għal proġetti ta' upgrading ta' erba' sections ta' toroq magħrufa bħala TEN-T liema proġetti mistennija jibdew dalwaqt, jista' l-Ministru jgħid liema kuntratturi rebħu liema tenders u b'liema prezz? Liema project managers rebħu liema tenders u b'liema prezz? Meta se jibda x-xogħol fuq kull triq u meta hu ppjanat li se jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25413, jista' l-Prim Ministru jivverifika l-informazzjoni mitluba għall-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-permess li qed jintbagħat separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant bis-segwenti.
Għall-mistoqsija tiegħu "...
jekk hijiex proċedura korretta li Environment and Planning Commission (EPC) tirrifjuta applikazz
joni li tkun konformi mal-policies tal-pjan lokali fuq bażi li f'xi applikazzjoni preċedenti intalbet xi kjarifika tal-policy mill-Local Planning Unit u li din il-kjarifika tiddaħħal biss fil-file tal-applikazzjoni relattiva imbagħad l-EPC jikkwotaw din i
l-kjarifika bħala raġuni għal rifjut meta la d-direttorat u lanqas l-istess EPC fl-ewwel hearing ma kien konxju ta' din il-kjarifika u għalhekk il-perit ma setax jindirizzaha?
" Ir-risposta l-qasira hija le. Iżda kif kien jidher ċar mill-mistoqsija preċedenti, dan ma kienx każ ta' risposta qasira.
PA 837/10 kienet applikazzjoni biex tinbena villa semi detached fiż-żona ta' l-izvilupp fil-Baħrija (Site Plan annessa). Meta wieħed iħares lejn il-Pjan Lokali tat-Tramuntana ta' Malta (pjanta annessa) fejn jingħataw il-limitu ta' l-għoli ta' l-iżvilupp fil-Baħrija, huwa ċar li s-sit huwa mmarkat biss għal 2 sulari mingħajr basement/semi-basement. Għal dan il-għan, minħabba ukoll is-sensitivita tas-sit, id-deċiżjoni ttieħdet li l-policy kellha tkun osservata strettament.
* Informazzjoni Addizzjonali tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Pl 8960 nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Jannar f’Seduta 436
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux qegħdin jiġu finalizzati negozjati għall-privatizzazzjoni tal-Petrolium Division tal-Korporazzjoni Enemalta jew xi parti minnha, bħalma hi s-sezzjoni li tagħti l-fuel lill-ajruplani? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslu n-negozjati? In-negozjati jinkludu garanzija ta' xogħol għall-impjegati eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25084.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista li turi r-remunerazzjoni li qed tingħata lil kull sindku f'Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont l-Att dwar Kunsilli Lokali, l-Onorarja tas-Sindku:
a) ta’ lokalità b’anqas minn ħamest elef resident (b’ħames Kunsillieri), hija ekwivaltenti għal terz l-onorarja ta’ membru parlamentari;
b) ta’ lokalità b’anqas minn ħmistax-il elf resident (b’seba’ jew disa’ Kunsillieri), hija ekwivalenti għal nofs l-onorarja ta’ membru parlamentari; u
c) ta’ lokalità b’aktar minn ħmistax-il elf resident (bi ħdax jew tlettax Kunsillieri), hija ekwivalenti għal żewġ terzi ta’ l-onorarja ta’ membru parlamentari.
Barra minn hekk kull Sindku għandu jitħallas
allowance
ta’ € 1,600 fis-sena li jkun proporzjonat mal-laqgħat li s-Sindku jkun attenda matul il-perjodu tal-ħlas.
Qed nehmeż tabella li turi il-lokalitajiet kollha u n-numru ta’ kunsillieri li hemm f’kull lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' vetturi reġistrati matul is-sena 1990 (maqsumin f'kategoriji) u x'kien in-numru fl-aħħar tas-sena 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi reġistrati matul is-sena 1990 maqsumin f’kategoriji u n-numru ta’ vetturi reġistrati fl-aħħar tas-sena 2010 huma ta’:
Kategorija
Numru ta’vetturi reġistrati matul is-sena 1990
Numru ta’ vetturi reġistrati fl-aħħar tas-sena 2010
Agricultural Tractors
50
2325
Ambulance
5
91
M1 – passenger vehicles
10205
344274
M2 – passenger vehicles (more than 8 seats)
37
1071
M3 – passenger vehicles (more than 8 seats)
7
970
N1; N2; N3 commercial vehicles
2478
73328
Motorcycles
288
30133
Total:
13,070
452,192
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — rapport ta' ħidma
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tat-tielet sena ta' din il-leġislatura?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — rapport ta' ħidma
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tat-tielet sena ta' din il-leġislatura?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan id-dokument qiegħed fuq il-website www.opm.gov.mt/hidma3_ministeri?I=2 mandankollu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub.