Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26319 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EPC — kwestjoni dwar applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26189 li oriġinarjament kellha taqra kif ġej: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala meta l-Environment and Planning Commission tiġġudika applikazzjoni u jinstab li jkun hemm raġunijiet ta' rifjut li mhumiex ġusti dawn l-istess raġunijiet ma jitneħħewx mir-rifjut li jintbagħat lill-applikant?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li r-raġunijiet li jkunu mniżżla fin-notifika tad-deċiżjoni ikunu dawk li l-Awtorità tqis li huma rilevanti u ġusti skont il-każ. Jekk ikun hemm raġunijiet ta' rifjut li jkunu ġew indirizzati waqt il-proċess ta' l-applikazzjoni, dawn normalment jinqatgħu (strikeout) b'tali mod li jidhru li kienu hemm imma ma għadhomx validi. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi mistoqsija dwar xi każ partikolari dan jista jkun imwieġeb b'mod speċifiku.
Leg 11 PQ #26320 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — dħul mill-applikazzjonijet għall-iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26200, 26019, 25775 u 25394 u jgħid x'kien id-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-ewwel tliet xhur tas-sena għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 mill-applikazzjonijiet għall-iżvilupp (PA applications)? Fil-każ tas-sena 2011 kemm kien id-dħul mill-applikazzjonijet li saru fl-istess sena (2011)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #26321 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żviluppi fuq l-Uffiċċju tal-bord tal-EPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26199, 26018 u 25776 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25414, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk waħda mill-meeting rooms tal-EPC (EPC A) hijiex konformi mal-liġijiet sanitarji peress li m'għandhiex arja u dawl naturali dirett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li saru xogħolijiet fil-meeting room li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant u li din għandha dawl u arja naturali. Dawn ix-xogħolijiet kienu koperti b’DN 508/11.
Leg 11 PQ #26208 Sitting 350 2011-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Skema CPPS

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hu nkarigat mit-tħaddim tal-iskema CPPS għax il-kunsilli lokali ilhom xhur jitolbu laqgħat sabiex jaraw kif dawn il-flus dovuti lilhom jistgħu jintużaw fi proġetti proposti minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet taħt din l-iskema għandhom jiġu ndirizzati lill-uffiċċju tad-Direttur tas-Servizzi Kooperativi.

Dipartiment tat-Taxxa — Refund ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li meta l-perit imqabbad mid-Dipartiment tat-Taxxa jispezjona proprjetà wara trasferiment u jekk il-valur reġistrat fil-kuntratt imħallas jinstab baxx u allura x-xerrej jiġi mġiegħel iħallas taxxa addizzjonali skont l-istima tal-perit, f'każ li l-istima tal-perit tagħti valur aktar baxx minn dak reġistrat fil-kuntratt, ix-xerrej jingħata refund ta' taxxa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, il-boll jitħallas fuq il-konsiderazzjoni li tkun tħallset fuq il-kuntratt jew fuq il-valur fis-suq tal-propjetà in kwistjoni, skont liema jkun l-akbar. Għalhekk fil-każ remot li l-valur fis-suq kif stabbilit mill-perit imqabbad mid-dipartiment ikun inqas mill-prezz fuq il-kuntratt, il-boll jinżamm fuq il-prezz li jidher fuq il-kuntratt. Għaldaqstant f’każ bħal dan la tiġi imposta taxxa addizzjonali u lanqas ma hu qatt il-każ li jingħata refund lix-xerrej.

Transport Malta — Network Infrastructure Direcorate - periti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26014 u jgħid kemm hemm periti jaħdmu ma' Network Infrastructure Directorate fi ħdan Transport Malta? X'inhu l-grad li jokkupaw u x'inhu salarju/allowances marbuta ma' kull grad?

Response (GATT, AUSTIN)

Nassumi l-Onor. Interpellant qed jirreferi għar-Roads and Infrastructure Directorate fi ħdan Transport Malta. Ninsab infurmat li hemm 29 perit jaħdmu ma’ dan id-direttorat filwaqt li kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Permess għal ħidma fil-privat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25954, jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex il-permess taħdem privat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma li l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant għandha l-awtorizazzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #26189 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EPC — kwestjoni dwar applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala meta l-Energy Performance Certificate tiġġudika applikazzjoni u jinstab li jkun hemm raġunijiet ta' rifjut li mhumiex ġusti dawn l-istess raġunijiet ma jitneħħewx mir-rifjut li jintbagħat lill-applikant?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Imrieħel ByPass — kwestjoni dwar il-karreġjata

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jagħmel l-intersection fl-Imrieħel Bypass li tagħti għall-area industrijali tal-Imrieħel one way jiġifieri li tista' taqsam karreġjata waħda biss mill-bypass int u sejjer lejn Ħ'Attard għall-industrial estate u mhux bil-kontra ukoll, jiġifieri li taqsam żewġ karreġjati u dan għax biex toħroġ mill-industrial estate u taqbad il-bypass lejn Ħ'Attard kulma trid tagħmel hu li ddur mal-underpass f'Ħal Qormi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fiż-żona msemmija hemm disinji ġodda ppjanati li jinvolvu tibdil fl-immanuvrar permess fil-junction msemmija, liema tibdil jinkludi li vetturi ħerġin miż-żona industrijali ma jistgħux jaqsmu il-karreġġati tal-Bypass tal-Mrieħel lejn Ħ’Attard, iżda jridu jipproċedu fid-direzzjoni ta’ Ħal Qormi.
Leg 11 PQ #26199 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żviluppi fuq l-Uffiċċju tal-bord tal-EPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26018 u 25776 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25414, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk waħda mill-meeting rooms tal-EPC (EPC A) hijiex konformi mal-liġijiet sanitarji peress li m'għandhiex arja u dawl naturali dirett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċentrata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #26200 Sitting 349 2011-05-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — dħul mill-applikazzjonijet għall-iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26019, 25775 u 25394 u jgħid x'kien id-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-ewwel tliet xhur tas-sena għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 mill-applikazzjonijiet għall-iżvilupp (PA applications)? Fil-każ tas-sena 2011 kemm kien id-dħul mill-applikazzjonijet li saru fl-istess sena (2011)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċentrata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #26018 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żviluppi fuq l-Uffiċċju tal-bord tal-EPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25776 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25414, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk waħda mill-meeting rooms tal-EPC (EPC A) hijiex konformi mal-liġijiet sanitarji peress li m'għandhiex arja u dawl naturali dirett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċentrata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #26019 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — dħul mill-applikazzjonijet għall-iżvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25775 u 25394 u jgħid x'kien id-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-ewwel tliet xhur tas-sena għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 mill-applikazzjonijiet għall-iżvilupp (PA applications)? Fil-każ tas-sena 2011 kemm kien id-dħul mill-applikazzjonijet li saru fl-istess sena (2011)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċentrata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.

MEPA — Funtana ta' Tritoni

Question

Jista' l-Ministru jekk jgħid saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għar-relocation tal-Funtana ta' Tritoni? Jekk fl-affermattiv: a) x'inhu n-numru ta' referenza tagħha; b) x'qal s-Superintendent for Cultural Heritage għal din l-applikazzjoni; u ċ) ġietx deċiża din l-applikazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għada ma saret l-ebda applikazzjoni għand il-MEPA.

Minivans — operator licence - test

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-applikanti għall-operators licence għall-minivans ta' aktar minn tmien seats meta ma jgħaddux mit-test li qed isirilhom mhux qed jingħataw l-opportunità jaraw il-karta tal-eżami biex jaraw fejn marru ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onor. Interpellant hi żbaljata.

Periti li jaħdmu mal-Works

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' periti li jaħdmu mal-Works Department bl-isem ta' kull perit u r-rwol tiegħu inkluż id-dipartiment li jaħdmu fih? Dawn il-periti kollha għandhom il-permess li jaħdmu fil-privat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dak li kien magħruf bħala Works Department m’għadux jeżisti u għal dawn l-aħħar numru ta’ snin, fid-dawl tat-twessiegħ u speċjalizazzjoni tax-xogħol, hemm sitt direttorati distinti. Skont il-Ftehim Industrjali veġenti maqbul f’Novembru 1993 u emendat f’Ottubru 2002, kull imjegat għandu d-dritt li jagħmel xogħol privat bil-kundizzjoni li ma joħloqx konflitt ta’ interess mal-impjieg tiegħu u għall-liema raġuni dan huwa soġġett għall-‘Clearance’ tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, preżentement hemm tnax-il persuna li qed jużufruwixxu minn dan d-dritt Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba, però mhux qed nagħti l-ismijiet minħabba raġunijiet ta’ data protection .
Leg 11 PQ #25955 Sitting 346 2011-05-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tat-Tarzna — pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx ftehim u jekk iva, kienx ġie implimentat il-ftehim mal-ex ħaddiema tat-Tarzna li permezz tiegħu l-pensjoni tiġi kalkulata fuq il-paga li kull ħaddiem kellu fit-Tarzna u mhux fuq il-paga li qegħdin jingħataw issa wara li spiċċaw mix-xogħol tat-Tarzna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ex ħaddiema tat-Tarzna baqgħu jgawdu l-paga li kellhom meta kienu mpjegati tat-Tarzna. Kull sena dawn ħadu iż-żieda tal-COLA kif titlob il-liġi. Għaldaqstant, il-pensjoni tiġi kkalkulata skont ir-regoli tad-Dipartiment tal-Pensjonijiet.

Gabbani li kienu jarmaw f'City Gate fil-Belt Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-gabbani li kienu jarmaw f'City Gate il-Belt: a) waqt ix-xogħol fuq Bieb il-Belt; b) wara li l-bus terminus jiġi trasferit għall-foss ta' San Ġakbu; u ċ) wara li jsir ix-xogħol ta' pedestrianisation fejn illum hemm il-bus terminus?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li għalkemm mhux il-gabbani kollha eżistenti jidher li għandhom titlu validu skont il-liġi, l-ħsieb huwa li kemm jista' jkun possibbli dawn kollha jinstabilhom post alternattiv fil-proġett iżda taħt il-parametri li jippermetti l-istess proġett.

Transport Malta — Network Infrastructure Direcorate - periti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm periti jaħdmu ma' Network Infrastructure Directorate fi ħdan Transport Malta? X'inhu l-grad li jokkupaw u x'inhu salarju/allowances marbuta ma' kull grad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet — salarju u allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm periti jaħdmu fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet? X'inhu l-grad li huma jokkupaw u x'inhu salarju/allowances marbuta ma' kull grad?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi fl-eks Diviżjoni tax-Xogħlijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali li llum huwa maqsum f’diversi direttorati, għandhom jaħdmu b’kollox 45 perit. Il-gradi u l-iskala ta’ salarju li dawn jokkupaw huma: Numru Titolu u grad 2 Chief Architects fi Skala 3 3 Chief Architects fi Skala 4 9 Chief Architects fi Skala 5 1 Senior Architect fi Skala 4 1 Senior Architect fi Skala 5 15 Senior Architects fi Skala 6 8 Architects fi Skala 7 4 Architects fi Skala 8 2 Junior Architects fi Skala 9 Skont il-Classification and Grading of Architects and Civil Engineers, ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Union tal-Periti tal-Gvern u Parastatali, parallelament ma’ dawk applikabbli fi gradi ekwivalenti fis-Servizz Pubbliku, il-periti jgawdu minn Higher Qualification Allowance li tinkludi: Kwalifika Allowance Dottorat €931.75 Masters €698.81 First Degree €465.87 Diploma €349.41 Kull Perit li fil-qagħdi ta’ dmirijietu jagħmel użu mill-vettura privata tiegħu huwa ntitolat ukoll għall -car allowance ta’ €9.32 kuljum flimkien ma' l-ekwivalenti ta’ 150 litru ta’ fuel kull xahar. Tingħata expense allowance lid-Diretturi Ġenerali (€2096.44) u lid-Diretturi (€1630.56) li meta jieħdu din l- allowance ma jkunux intitolati għall-Higher Qualification Allowance.