Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26510 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew reġistrati separazzjonijiet mis-sena 1980 sal-2010 kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 18077 u 24896.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26509 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-minimium wage mis-sena 1980 sal-lum kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala meta qegħdin isiru xogħlijiet estensivi ta' upgrading tal-infrastruttura għat-trasport pubbliku ma sarx ukoll xogħol fuq bus stops f'toroq arterjali u distributorji sabiex jiġu provduti lay-bys għall-vetturi u b'hekk jiġi evitat il-konġestjoni tat-traffiku kull meta tieqaf vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li diġà saru xi xogħlijiet fuq numru ta’ bus stops f’toroq arterjali u distributorji sabiex jipprovdu lay-bys għall-vetturi.
Infurmat ukoll li dawn ix-xogħlijiet se jkomplu għaddejjin matul ix-xhur li ġejjin u li r-raġuni prinċipali għaliex ix-xogħlijiet ma sarux kollha f’daqqa hija minħabba limitazzjoni fl-allokazzjoni ta’ fondi, kif ukoll iż-żmien ristrett li fih riedu jitlestew dawn ix-xogħlijiet.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26574, peress li Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat mhix inkluża fil-lista ta' toroq, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq issir xorta waħda peress li din trid tintuża mit-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Vjal il-Ħaddiem ir-Rabat (Malta) hix waħda mit-toroq inkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru xogħlijiet fuqhom, peress li din it-triq hi fi stat ħażin u minnha jridu jgħaddu l-karozzi tal-linja tal-Arriva?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.24717.

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti dwar l-infilsar ta' microchip fil-klieb daħlitx fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, min hu responsabbli għall-infurzar ta' dawn ir-regolamenti? Kemm hu n-numru ta' klieb li ġew reġistrati sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-regolament imsemmija daħlu fis-seħħ skont l-Avviż Legali 199 tal-2011 li kien ppubblikata fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 18,752, 20 ta’ Mejju, 2011. Ir-resposabbiltajiet għat-twettieq ta’ dan l-Avviż huma definiti fl-istess Avviż.
Ninsab infurmat li sa nofsinhar tat-2 ta’ Ġunju li għaddiet kienu ġew reġistrati 343 kelb. Il-kampanja ta’ informazzjoni dwar l-obbligu tal-microchipping għadha fil-fażi iniżjali.

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26320, 26200, 26019, 25775 u 25394 u jgħid x'kien id-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-ewwel tliet xhur tas-sena għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 mill-applikazzjonijiet għall-iżvilupp (PA applications)? Fil-każ tas-sena 2011 kemm kien id-dħul mill-applikazzjonijet li saru fl-istess sena (2011)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bid-dettalji mitluba.

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pubblikazzjoni "On-Site" li ġew ippubblikati s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-pubblikazzjoni mitlub tal-passat tintsab ippubblikata fuq is-sit http://www.mrra.gov.mt/files/uploaded/files/Onsite%20Sajf%2009.pdf , filwaqt li ninfurmah li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar edizzjoni.

Jista' l-Ministru jikkonsidra li bħalma tingħata għajnuna għal min jistalla l-panelli fotovoltajiċi u s-solar water heaters, tistax tingħata għajnuna lil min iħaffer bir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tip ta' għajnuna tingħata permezz tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007-2013 fejn bdiewa jew raħħala jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja sabiex jitħaffru bjar ġodda li jservu bħala ħażna għall-ilma tax-xita. Permezz ta' Miżura 121- "Immodernizzar ta' l-oqsma agrikoli", l-applikanti eligibbli jingħataw 50% tal-ispejjeż sa massimu ta’ 150,000 Ewro.
Fil-każ ta’ bjar għal binjiet, huwa l-obbligu bil-liġi tal-iżviluppatur li jara li jkun kemm ġiebja ta’ daqs skont l-arja tal-binja. Min-naħa l-oħra, ninfurmah li kull suġġeriment huwa nnotat iżda kull inċentiv jiġi diskuss u evlutat fil-qafas finanzjarju tal-gvern.

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati separazzjonijiet mis-sena 1980 sal-2010 kull sena separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Peress illi r-reġistrar tas-separazzjonijiet isir fir-Reġistru Pubbliku, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi privatizzata l-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk fl-affermattiv, qegħdin isiru xi negozjati u jekk iva ma' min u f'liema stadju waslu n-negozjati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Privatisation Unit għaddej bil-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-Petroleum Division ta’ l-Enemalta u tal-MOBC.
Il-proċess qiegħed fi stadju ta’ negozjati mal-kumpanija BB Energy li hija l-
preferred bidder
.