Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valletta — Triq one way

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dħul minn Triq Marsamxett għal Triq San Mark fil-Belt hix suppost one way'l ġewwa biss? Jekk fl-affermattiv, jista' jara li jitwaħħlu tabelli tal-one way għax bħalissa qiegħed isir ħruġ minn din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-arranġamenti tat-traffiku fi Triq Marsaxett huma li vetturi jistgħu jinżlu lejn Triq Marsamxett minn Triq San Mark. Minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta’ Transport Malta rriżulta li hemm it-tabelli kollha meħtieġa li juru li din il-parti ta’ Triq Marsamxett hija f’direzzjoni waħda.
Leg 11 PQ #27199 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — multi lis-sidien tal-ħwienet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tibgħat ittri, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, lill-importaturi u ħwienet u titlobhom ħlas ta' multa skont artiklu 93 tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Ambjent meta dawn l-istess persuni kienu mgħarrfa bl-obbligi tagħom minn qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi dan l-avviż inħareg lil-dawk il-Produtturi /entitajiet illi m' onorawx l-obbligi tagħhom skont kif stipulat fl-Avviż Legal Nru 277/2006. Il-penali huma intiżi li jitħallsu minn dawn l-entitajiet minflok li dawn jitressqu l-Qorti fuq ksur ta' Avviż Legali 277/2006.

Toroq maqgħluqin waqt il-festi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li meta tibda titħaddem is-sistema l-ġdida ta' trasport pubbliku permezz tal-Arriva f'każ ta' festa t-toroq minn fejn jgħaddi t-trasport pubbliku ma jistgħux jagħlqu kif normalment isir, jew inkella irid jitħallas kumpens lill-Arriva?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26835.

Ħal Qormi — triq maġenb il-PAVI

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-triq li permezz tagħha toħroġ mill-kumpless PAVI f'Ħal Qormi u li tiġi mal-ġenb tal-wied, hijiex triq privata (parti mill-kumpless) jew pubblika?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

kwestjoni dwar numru ta' qbiela li jridu jħallsu l-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk spiċċatx il-policy li bdiewa full-time jiġu preferuti meta artijiet jingħataw għal skop agrikolu? Jista' jgħid x'inhuma l-ispejjeż imsemmija f'avviżi numru 44 u 45? Jidhirlu l-Ministru li n-numru ta' qbiela msemmi fi tliet avviżi (44, 45, 46) hu għoli wisq biex jitħallas mill-bdiewa ġenwini full-time u part-time?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-policy li qed jagħmel referenza għaliha għadha in vigore. Madanakollu, jista’ jkun hemm każijiet fejn prima facie l-applikant ikollu d-Dritt għal-ewwel rifjut anke jekk ma jkunx full jew part-time farmer, bħal fil-każ ta’ ex-ċenswalist, jew ikollu preferenza minħabba dritt ta’ servitù. L-ispejjeż imsemmija f’avviżi numru 44 u 45 huma l-ispejjeż li l-applikant ikun għamel biex kiseb il-permess mingħand il-MEPA u li skont il-policy, l-applikant għandu d-dritt li jeħodhom lura, f’każ li l-offerta tiegħu ma tiġix milqugħa. Il-valur tal-qbiela imsemmija fit-3 Avviżi ġew approvati mit-Tender Committee tad-Dipartiment bħala li huma reali u ġusti.

sejħa għall-offerta ta' art mogħtija għal skop agrikolu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-art soġġetta għas-sejħa għall-offerta numru 43 se tiġi mogħtija b'ċens għal skop agrikolu meta din l-art fil-maġġor parti tagħha mhijiex kultivabbli? Jista' jgħid ukoll għaliex din l-art partikolari se tiġi mogħtija b'ċens, meta l-prassi tad-Dipartiment tal-artijiet hi li art għal skop agrikolu tingħata bi qbiela bħal fil-każ ta' numri 44, 45 u 46? Jista' jgħid kemm fil-fatt ingħataw artijiet għal skop agrikolu b'ċens f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li din l-art diġà hija mikrija u tinsab maġenb art privata, u d-Dipartiment tal-Artijiet kellu talba mill-inkwelin biex jixtri din l-art, it-Tender Committee tad-Dipartiment tal-Artijiet ma sab ebda oġġezzjoni li din l-art tingħata b'ċens temporanju.

talba għall-bdil tal-meter tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-meter tal-ilma li ġie rapportat wieqaf mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jinbidel għax issa ilu wieqaf diversi xhur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tieħu ħsieb li dan il-meter jinbidel minnufih.

Ħ'Attard — tneħħija tal-venda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26825 u ċioe: Peress li bis-sistema ġdida tat-trasport pubbliku jidher li l-venda ta' Ħ'Attard se titneħħa, jista' l-Ministru jgħid kif iċ-ċittadini ta' Ħ'Attard jistgħu jużaw it-trasport pubbliku biex imorru l-Belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Ħ’Attard li joqgħodu n-naħa ta’ Triq l-Imdina jistgħu jirkbu r-rotot diretti bin-numri 51, 52 u 53 mill-interchange li ser ikun hemm ġewwa Triq l-Imdina. Infurmat ukoll li ser ikun hemm rotta ċirkulari bin-numru 106 li titlaq minn Mater Dei, tgħaddi minn ġo Ħ’Attard minn Triq Birbal, Triq Lord Strickland, Triq il-Linja u Triq l-Imdina u tibqa’ sejra lejn l- interchange ta’ Ta’ Qali. Mill- interchange lura lejn Mater Dei r-rotta terġa’ tgħaddi minn ġo Ħ’Attard minn Triq il-Pitkali, quddiem l-isptar Santa Katerina, Triq il-Linja, Triq San Anton, tidħol Ħal Balzan minn Triq il-Kbira u tibqa’ sejra l-Wied ta’ Birkirkara u Triq in-Naxxar. Għaldaqstant, ir-residenti tan-naħa tal-isptar Santa Katerina jridu jirkbu r-Rotta 106 hi u sejra lejn l-isptar Mater Dei u minn hemm jibdlu l-karozza fuq il- Bus Stop ta’ Triq in-Naxxar ġewwa Birkirkara fejn jirkbu r-rotot 41, 42 jew 43 lejn il-Belt Valletta. Għażla oħra hi li jibdlu fl- interchange ta' Mater Dei fejn hemm aktar konnessjonijiet frekwenti għal Belt Valletta.

Ta' Barkat — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26900 u 26780 u jgħid jekk issa li beda jaħdem l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ta' Barkat, l-impjant ta' Sant Antnin hux se jingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta ħa jsir dan u x'se jsir minflok l-impjant eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi issa li beda jaħdem l-impjant ta’ Barkat m’għadx baqa bżonn li jitħaddem l-impjant ta’ San Antnin għal bżonnijiet ta’ tisfija tad-drenaġġ. Il-Korporozzjoni qiegħda tħejji proposti u pjanijiet sabiex l-ilma msaffi f’ ta’ Barkat ikun jista jitwassal għal kwalità superjuri għal biedja u użi oħra. Ta’ min iżomm kont li l-impjant ta’ Sant’ Antnin ma jneħħix imluħa u għalhekk il-kwalità u l-kwantità tal-prodott tal-biedja ma tkunx sodisfaċenti. Għalkemm l-impjant ta’ Sant’ Antnin ma jkunx jibqa meħtieġ li fih isir tisfija ta’ drenaġġ jibqa meħtieġ għal skopijiet ta’ distribuzzjoni ta’ ilma trattat.

Awtorità tad-Djar — sussidju fuq il-kera

Question

Tista' l-Ministru tikkonsidra li f'każ ta' applikazzjoni lill-Awtorità tad-Djar għas-sussidju fuq il-kera, ma jibqax jiġi mitlub il-firma tas-sid fuq l-applikazzjoni, f'każ li jkun hemm kuntratt jew ktieb ta' kera għax ħafna drabi din il-firma tas-sid tkun diffiċili għar-raġuni li d-dħul ma jkunx qiegħed jiġi dikjarat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din hija l-procedura li qegħda tieħu bħalissa l-awtorità. L-Awtorità tad-Djar għandha direzzjoni li taċċetta dokument ieħor, apparti irċevuta mingħand is-sid, ma’ applikazzjoni għal sussidju fuq il-kera. Il-firma tas-sid fuq l-applikazzjoni stess mhix aktar rekwiżita mill-Awtorità tad-Djar.

traffic lights fit-Triq tal-Barrani — timing

Question

Jista' l-Ministru jara li t-timing tat-traffic lights fit-Triq tal-Barrani li jagħti għal Tarxien Road, Gudja jinbidel u jitwal għax din it-triq qiegħda sservi bħala devjazzjoni għall-fatt li Triq Garibaldi u Triq il-Kunsill tal-Ewropa huma magħluqa u b'konsegwenza t'hekk qiegħed ikun hemm queues twal ta' karozzi u traffic jams fit-Triq tal-Barrani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġranet li ġejjin ser isir intervent fit-traffic lights imsemmija. Dan wara li Transport Malta għamlet l-analiżi neċessarja fuq l-impatt li dan it-tibdil jista’ jkollu fuq il-flows tat-traffiku.

Swieqi — Proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art murija fuq is-site plan li qed tintbagħat separatament fl-inħawi tas-Swieqi hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-Joint Office? Jekk fl-affermattiv, kif ġiet akkwistata din l-art?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-artijiet in kwistjoni huma proprjetà amministrata mill-Uffiċċju Konġunt u għalhekk huma proprjetà tal-Gvern ta’ Malta. L-artijiet huma provenjenti mil-Legat taż-Żwieġ, Giovanni Schembri u għaddew għand il-Gvern ai termini tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 7 tal-Att IV tal-1992, u skont l-Att li jirregola l-Proprjetà ta’ Entijiet Ekklesjastiċi (Kap, 358), b’Titolu rreġistrat fir-Reġistru tal-Artijiet b’effett mit-18 ta’ Frar 1993.

Ħ'Attard — Triq Kananea - traffic calming measure

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsiru xi tip ta' traffic calming measures fi Triq Kananea, Ħ'Attard peress li minħabba li din hi triq wiesgħa u pjuttost twila, ħafna drabi jsir sewqan bi speed qawwi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-talba se tgħaddi għall-kunsiderazzjoni tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta.

Proġett tal-Bridge tal-Breakwater

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-bridge tal-breakwater?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-pont tal-breakwater ta’ Sant Iermu bħalissa qed jinbena ġewwa Spanja. Il-fabrikar tal-pont inbeda dan ix-xahar u aktar tard din is-sena ser jintbagħat prattikament lest lejn Malta biex jitpoġġa fil-post u jitlesta.

Ħ'Attard — tneħħija tal-venda

Question

Peress li bis-sistema ġdida tat-trasport pubbliku jidher li l-venda ta' Ħ'Attard se titneħħa, jista' l-Ministru jgħid kif iċ-ċittadini ta' Ħ'Attard jistgħu jużaw it-trasport pubbliku biex imorru l-Belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Vjal il-Ħaddiem - xogħlijiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26705 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26574, peress li Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat mhix inkluża fil-lista ta' toroq, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq issir xorta waħda peress li din trid tintuża mit-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m'hemmx xogħlijiet ippjanati għal din it-triq.
Leg 11 PQ #26827 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Minimium Wage

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26509 u 26659 li oriġinarjament saru lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment rispettivament u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm kienet il-minimium wage mis-sena 1980 sal-lum kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ta' Barkat — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26780 u jgħid jekk issa li beda jaħdem l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ta' Barkat, l-impjant ta' Sant Antnin hux se jingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta ħa jsir dan u x'se jsir minflok l-impjant eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ta' Barkat — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk issa li beda jaħdem l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ta' Barkat, l-impjant ta' Sant Antnin hux se jingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta ħa jsir dan u x'se jsir minflokk l-impjant eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.