MEPA — direct action fuq enforcement ta' bini rregolari
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28908 u jgħid fuq liema kriterji l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħżel dawk il-proprjetajiet li fuqhom tagħmel direct action bħala enforcement fuq bini u strutturi irregolari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-kriterji huma stabbiliti fil-liġi. Il-MEPA trid tistenna li jgħaddi ż-żmien preskritt fil-liġi qabel tkun tista' tieħu azzjoni diretta, għax jekk f'dan il-perjodu jiġu sottomessi appelli kontra l-Enforcement Notice jew applikazzjoni sabiex jissanzjonaw l-iżvilupp illegali, il-MEPA trid tistenna l-eżitu ta' dawn l-appelli/ applikazzjonijiet qabel tkun tista' tirrikorri għall-azzjoni diretta. Dan ma jgħoddx jekk l-iżvilupp illegali jaqa' taħt il-kriterji ta' Skeda 6 tal-Att. Jekk jitkompla xi xogħol jew użu fi żvilupp illegali kolpit b'Enforcement Notice, dawn jitqiesu bħala 'breach of Notice' u l-MEPA tkun tista' tagixxi mill-ewwel kontrihom. Hemm imbagħad il-provvedimenti tal-Artikolu 91 tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, li fih provvedimenti differenti li jekk l-iżvilupp illegali jitqies li jikkwalifika taħthom wara li ssir talba għal hekk lill-MEPA, ma tkunx tista' tittieħed azzjoni diretta fuqhom.
Kriterji oltre minn hekk, ikunu qed jirrestringu lill-MEPA fuq fejn tkun tista' tieħu azzjoni diretta, u dan ma jirriżultax mil-liġi. Kunsiderazzjonijiet li jittieħdu fit-tfassil tal-programm t'azzjonijiet diretti jinkludu ukoll l-effetti tal-illegalita` fuq terzi u fuq l-ambjent in generali jew aspetti tiegħu, il-lokalita` u z-zoning tagħha, u n-natura tal-irregolarità u allura l-ideonejità li tirrikorri għal azzjoni diretta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswew flus lil Transport Malta r-rotot ġodda tat-trasport pubbliku u li l-Arriva trid tiġi kumpensata għalihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-maġġor parti tal-ispejjeż għat-tibdil fir-rotot qed jiġu mħallsa minn Arriva hekk kif ġie mħabbar fit-22 ta’ Lulju 2011. Barra minn dawn it-tibdiliet fir-rotot, Transport Malta se tkun qed tiffinanzja xi tibdil fir-rotot oħra li diġà ġew imħabbra nhar is-Sibt 15 ta’ Ottubru 2011 skont kif stipulat fil-kuntratt bejn l-istess Transport Malta u Arriva Malta Ltd, liema spejjeż għadhom mhux ikkalkulati imma huma meqjusin ferm aktar baxxi mis-sussidju li kien jingħata lil Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. Dawn l-ispejjeż għadhom qedin jiġu diskussi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jew qegħdin jiswew flus it-tined li nbnew sabiex iservu ta' shelters għan-nies fil-bus termini tal-Belt u Bugibba u għal karozzini fix-xatt tal-Belt separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
żieda ta' karozzzi tal-linja li jitilqu mill-Belt — alterazzjonijiet fil-bus terminus
Question
B'referenza għat-tibdil fir-rotot tat-trasport pubbliku li ġie mħabbar li se jfisser li ħafna aktar karozzi tal-linja se jitilqu mill-Belt, jista' l-Ministru jgħid x'alterazzjonijiet hemm bżonn li jsiru fil-bus terminus ġdid tal-Belt biex jakkomodaw din iż-żieda ta' karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rotot li gew miżjuda sabiex joperaw mill-Belt Valletta mhuwiex sinifikanti biżżejjed li minħabba f’hekk għandhu jsir xi tibdil kbir fil-venda tal-Belt.
Infurmat ukoll li għalkemm dan is-suġġett għadu qed jiġi diskuss, hemm il-probabbiltà li jkun hemm il-bżonn li jiżdiedu bejn 2 u 4
bus
bays
addizzjonali, liema
bus bays
jistgħu jkunu żviluppati in konformità mal-venda eżistenti fiż-żona li għadha ma ġietx żviluppata.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li l-junction fit-tarf ta' Birkirkara bypass, (fejn il-Bathroom Design), Balzan, tiġi disinjata b'mod li tiġi kkontrollata bit-traffic lights għax ir-roundabout li hemm bħalissa qegħda tagħti lok għal konġestjoni kbira tat-traffiku b'mod partikolari fir-rush hours?
Response (GATT, AUSTIN)
Għaddejt is-suġġeriment lil Transport Malta biex jiġi kkunsidrat .
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ħal Lija - soluzzjoni għat-tappieri
Question
Jista' l-Ministru jara jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax timplimenta soluzzjoni, anke jekk temporanja, għall-problema tat-tappieri tal-manholes tad-drenaġġ fit-triq quddiem il-ġibjun ta' Ħal Lija, li jiġu spustjati kull meta tagħmel ix-xita bil-konsegwenza li t-tappieri u l-fetħa tal-manhole joħolqu periklu kbir għall-vetturi li jkunu qed jużaw din it-triq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi mhijiex soluzzjoni faċli biex wieħed isolvi l-problema li jiġu spustjati t-tappieri tad-drenaġġ f’Ħal-Lija. Kif qal sewwa l-Onorevoli Interpellant, dan il-fenomenu jiġri biss waqt xita qawwija, meta ħafna ilma tax-xita li mhux suppost li jmur fis-sistema tad-drenaġġ, xorta waħda jispiċċa hemm, bil-konsegwenza li s-sistema li mhux iddisinjata għal dan il-għan, tfur.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tlesti biex tagħmel xogħol ta’ skavar fuq parti mill-infrastruttura tad-drenaġġ ta’ din l-akkwata biex tagħmel tajjeb għal dan l-ammont kbir ta’ ilma li jiġi waqt ix-xita. Din tirrikjedi xogħol estensiv fuq il-kanen tad-drenaġġ li għaddejjin minn din it-triq. Peress li dawn il-kanen għaddejjin fil-fond ħafna u huma ta’ daqs kbir, trid titħaffer parti kbira minn Triq in-Naxxar f’Ħal-Lija. Il-Korporazzjoni qiegħda f’kuntatt ma’ Transport Malta biex isiru l-pjanijiet meħtieġa għal dawn ix-xogħolijiet u għall-immaniġġjar tat-traffiku f’din l-arterja prinċipali, kif ukoll biex jitqabbad kuntrattur biex jagħmel ix-xogħolijiet meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala persuni ngaġġati mal-Armata jieħdu pensjoni meta li jirtiraw wara 25 sena servizz imma din il-pensjoni ma tiżdiedx kull sena għall-għoli tal-ħajja bħalma jiġri f'pensjonijiet oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-pensjonijiet tas-suldati huma regolati mill-Artikoli dwar il-Pensjonijiet dwar il-Forzi Armati ta’ Malta li jinsabu fit-Tielet Skeda tar-Regolamenti dwar in-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta' Malta.
Fil-waqt li tali artikoli jistipulaw il-massimu ta' pensjoni li jista' jinghata. Tajjeb li jiġi notat li l-persuna li tirċievi tali pensjoni, snin qabel l-eta’ ta’ l-irtirar, tista’ tibqa taħdem bla ebda restrizzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna miżżewġa, iżda li ma taħdimx u li tieħu ħsieb ġenitur anzjan tikkwalifikax għall-pensjoni bħalma jsir f'każ ta' persuni mhux miżżewġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna miżżewġa ma tikkwalifikax għal Pensjoni għal Wens li titħallas biss lil persuna xebba jew għażeb, armla jew armel, jew persuna separata li ma jkollhiex tfal joqgħodu magħha.
MEPA — direct action fuq enforcement ta' bini rregolari
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħżel dawk il-proprjetajiet li fuqhom tagħmel direct action bħala enforcement fuq bini u strutturi irregolari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-valur tat-taxxi miġbura mill-Gvern (inkluż taxxa tad-dħul, VAT, dazju u sisa) meta mqabbel mal-Gross Domestic Product tal-pajjiż għas-snin 2000 sa 2010, kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat iili l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu joħroġ news release Tax Revenues: 2010, u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tisgħax tingħata għalissa.
Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — xogħol ta' upgrading ta' playing fields
Question
B'referenza għall-iskema maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għax-xogħol ta' upgrading tal-playing fields, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġiex iffisat budget għar-rinovar ta' kull playing field?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif kelli l-opportunità li nispjega f’tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari oħra matul din is-sena l-Gvern ħa ħsieb li jibda jsir spezzjonar professjonali tal-playing fields kollha. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali kkummissjona lill-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA), sabiex ufiċċjali tagħha jispezzjonaw il-playing fields taħt ir-responsabiltà tal-Kunsilli Lokali kull sena. L-MCCAA qed tħejji rapport dwar l-istat ta’ kull playing field f’dak kollu li jirrigwardja sigurtà (safety). Barra minn hekk l-MCCAA tat ukoll taħriġ lir-rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali biex ikollhom iżjed tagħrif f’dan il-qasam.
Fl-allokazzjoni finanzjarja li l-Gvern jgħaddi lill-Kunsilli Lokali kull sena jagħti ammont għaż-żamma u l-manutenzjoni tal-
playing fields
, ġonna u
soft areas
. Matul l-2010 u din is-sena din kienet tammonta għal total ta’ €1,400,500 fis-sena.
Barra minn hekk il-Kunsilli Lokali għandhom ukoll il-possibiltà li jiksbu fondi mill-
Urban Improvement Fund
amministrat mill-MEPA għall-upgrading ta’
playing fields
.
Min-naħa tiegħu d-Dipartiment għall-Gvern Lokali nieda wkoll skema ta’ għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu x-xogħol meħtieġ għat-titjib tal-
playing fields
konċernati bl-iskop li jtejjbulhom is-
safety standards
tagħhom skont kif ikun spjegat fir-rapporti tal-
MCCAA
. Din l-iskema tagħlaq il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2011.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28626 u jgħid x'kontribut qiegħda tagħti Transport Malta fl-operat tat-trasport pubbliku mill-Arriva? Jista' jgħid kemm hemm persuni ta' Transport Malta nvoluti f'dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ilha mit-3 ta’ Lulju timmoniterja b’mod estensiv is-servizz tat-trasport pubbliku bl-għan prinċipali li timbotta lill-operatur jottjeni livell tas-servizz hekk kif mitlub skont il-kuntratt.
Dan ix-xogħol involva fih riżorsi umani ta’ madwar 1,600 siegħa fil-ġimgħa bejn Lulju u Awissu, u madwar 850 siegħa fil-ġimgħa minn Settembru l’hawn sabiex isir immoniterjar u nfurzar hekk kif ġej:
· Immoniterjar ta’ rotot – 550 siegħa fil-ġimgħa waqt ħinijiet speċifiċi tal-ġurnata, u fuq rotot speċifiċi, sabiex ġew moniterjati l-frekwenzi tal-karozzi u l-ħin ta’ stennija ta’ passiġġieri skont il-kuntratt.
· Nfurzar ġenerali – 300 siegħa fil-ġimgħa li jinkludu seba’
Enforcement Officers
li qegħdin ibbażati fil-venda tal-Belt Valletta, dik ta’ Buġibba, Marsa Park and Ride, Sliema u l-Ajruport, u lokalitajiet oħra skont il-ħtieġa.
Barra minn hekk, hemm seba’ persuni oħra bbażati fl-uffiċċju u fil-
control room
ta’ Transport Malta sabiex jikkordinaw l-immoniterjar fuq is-siti, jimmoniterjaw ir-
real time information
u jgħaddu l-informazzjoni lill-operatur, jiproċessaw l-ilmenti u s-suġġerimenti, jippreparaw rapporti ta’ konformita’ u jgħadduhom lill-operatur, u jaħdmu fuq bdil ta’ rotot u diverżjonijiet ta’ rotot temporanji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28670 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27787, jista' l-Ministru jgħid jekk il-flus mill-bejgħ tal-Holiday Inn marrux għand l-Air Malta, il-banek u l-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-flus mill-bejgħ tal-Holiday Inn marru skont kif kien stipulat fil-kuntratt ta’ bejgħ li kien maqsum f’diversi partijiet kif ġej:
(i) It-terminazzjoni tal-konċessjonijiet emfitewtiċi li kien tah l-Gvern lil Tignè Developments Ltd, kumpanija sussidjarja tal-Air Malta. Hawnhekk il-Gvern ħallas lil din il-kumpanija is-somma ta’ €29,185,150.60 (Lm12,500,000). F’dan il-każ tħallset lill-vern is-somma ta’ €3,494,060.10 (Lm1,500,000) f’taxxa għall-qliegħ kapitali.
(ii) Bejgħ ta’ proprjeta’ lil Gap Developments plc. F’dan il-każ tħallset is-somma ta’ €54,274,400.12 (Lm23,300,000) lil Gvern. Tħallset ukoll is-somma ta’ €2,713,720.01(Lm1,165,000) taxxa fuq id-dokumenti mill-kumpanija.
(iii) Għoti ta’ emfitewsi temporanju lil Gap Developments plc. Apparti ċ-ċens annwali, tħallset it-taxxa fuq dokumenti fl-ammont ta’ €259,026.32 (Lm111,200) lill-gvern.
(iv) Kien hemm ukoll it-trasferiment ta’
shares
bejn l-Air Malta u Gap Developments plc.Għal dan it-trasferiment Gap Dev ħallsu s-somma ta’ €20,882,832.52 (Lm8,965,000) lil Air Malta. Hallsu wkoll d-dejn pendenti tal-kumpanija Tigne’ Developments plc li kien jammonta għal €9,464,244.12 (Lm4,063,000) bħala
share holder loans
lil Air Malta, €2,852,718.00 (Lm1,224,671.84) f’interessi akkumulati u €1,185,651.01 (Lm509,000) self ma’ kredituri oħra. F’dan il-każ it-taxxa fuq id-dokumenti mħallsa mill- Gap Developments plc kienet tammonta għal €417,656.65 (Lm179,300) , waqt li t-taxxa fuq id-dħul Kapitali mħallsa mill-Air Malta kienet tammonta għal €208,830.65 (Lm89651).
Tista' l-Ministru tara li tingħata l-ismart card lill-istudenti fil-bidu tas-sena skolastika u mhux xi xahar wara għax l-akbar spejjeż tal-istudenti jkunu proprju fil-bidu tas-sena biex jixtru l-kotba u materji oħra edukattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li studenti li jidħlu f’istituzzjonijiet edukattivi Post Sekondarji, u allura jkollhom bżonn jagħmlu l-smart card għall-ewwel darba, jingħataw appuntament biex jagħmlu din il-card, appena jkunu aċċettati mill-istituzzjoni edukattiva. Il-card tingħata lilhom, fi żmien 10 minuti minn meta jidħlu għall-appuntament u jkunu jistgħu jużawha minn dak il-ħin stess.
L-istudenti li jkollhom diġà smart card, ma għandhomx għalfejn jibdluha u tista’ tibqa’ sservihom sa tmiem il-kors tagħhom. Fil-każ ta’ dawn l-istudenti li qed ikomplu bl-istudji tagħhom, is-smart card tagħhom tinfetaħ u tkun tista’ tiġi użata appena l-istituzzjoni edukattiva li jattendu fiha tinforma lill-Bord responsabbli mit-tmexxija tas-sistema, li l-istudent ikun għadda għas-sena akkademika li jmiss. Dan għaliex studenti li jkunu qed jirrepetu l-istess sena ma jkollhomx dritt għall-istipendju tul dik is-sena partikolari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew validati applikazzjonijiet għall-iżvilupp lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar matul din is-sena sal-lum? Kemm minn dawn jirrigwardaw siti f'areas ta' żvilupp u kemm f'areas outside developement zone?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità vvalidat elfejn u tlieta u tmenin applikazzjoni (2083) sal-lum. Elf seba' mija u erbgħa u disgħin (1794) minnhom kienu fl-iskema ta' żvilupp waqt li mitejn u disgħa u tmenin (289) kienu barra mill-iskema ta' żvilipp.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li matul ir-rush hours, il-pelican lights li hemm fil-Wied ta' Birkirkara, ħdejn il-McDonalds, ma jibqgħux jitħaddmu in demand u jkunu kontrollati bil-ħin peress li f'dan il-ħin jaqsmu ħafna nies b'mod li qegħdin joħolqu traffic jams kbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dak li qed jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant , ċioe li pelican crossing tkun attivata b'modi differenti matul il-ġurnata, mhux rakkmandat, minħabba raġunijiet ta' sigurtà. Madanakollu, Tranpsort Malta se tieħu l-passi neċessarji sabiex il-ħin ta' attivazzjoni ta' tali pelican light jitwal sabiex jitnaqqas l-ammont ta' attivazzjonijiet. Dan mistenni jsir fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li f'każ ta' għaqdiet sportivi u oħrajn volontarji, meta dawn l-għaqdiet jagħmlu applikazzjoni għall-iżvilupp tal-klabb/premises tagħhom, f'każ ta' nuqqas ta' faċilità għall-ipparkjar, ma jintalbux ħlas tal-UIF minħabba li dawn l-għaqdiet jagħmlu ħafna ġid fil-komunità u jedukaw lit-tfal bla ħlas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-kontribuzzjoni tal-UIF titħallas fuq in-nuqqas ta' provediment ta' parkeġġ, relatat ma' l-iżvilupp propost. Sal-lum ma ssirx distinzjoni min huwa l-applikant. Fil-preżent, proġetti li huma intiżi għall-użu lokali bħala per eżempju Każin tal-Banda, jingħata konċessjoni li l-parkeġġ meħtieġ jitnaqqas. Pero' kull meta ġie stabbilit li hemm nuqqas ta' provediment ta' parkeġġ, dejjem intalab biex jitħallas il-kontribuzzjoni tal-UIF jew CPPS skond kif japplika. Qed tiġi kkunsidrata proposta li f’każijiet fejn l-applikant ikollu skopijiet filantropiċi li proporzjon tal-ħlas dovut taħt l-UIF jew CPPS jiġi mnaqqas f’każ ta’ qbil ma’ Kunsill Lokali tal-post.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28608 u jivverifika għala l-mediċina Ventolin Inhaler hija out of stock mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ta' Ħ'Attard?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din il-mediċina waslet fl-istores tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fis-7 ta’ Ottubru 2011, u ġiet imqassma fil-114-l ispiżerija li bħalissa qedgħin jipparteċipaw fl-iskema tal-POYC, inkuż l-ispiżeriji ta’ Ħ’Attard.