Legislature:
Category:
Reset
Active:

permessi għall-reserved parking slots

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reserved parking slots kollha li hemm fit-triq, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, humiex kollha koperti bil-permessi meħtieġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab imfurmat li minn riċerka li saret fir-records ta' Transport Malta u minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali tal-istess awtorità, irriżulta li t-tliet parkeġġi riservati f'din it-triq kollha għandhom approvazzjoni minn Transport Malta. Infurmat ukoll li waħda minn dawn il-parkeġġi għandha tabella li mhix awtoriżżata minn Transport Malta u dwar dan jien infurmat li Transport Malta se tinvestiga mal-kunsill lokali.

MCEB — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta MCEB ingħatax kuntratti mill-ministeru, dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu (inkluż WasteServ) matul dawn l-aħħar seba' snin? Jekk fl-affermattiv, liema kuntratti ingħataw, kemm kien il-valur tagħhom u f'liema sena ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mir-rekords għal dawn l-aħħar seba’ snin ma jiriżultax li ngħata xi kuntratt lill-ditta li ġġib l-isem MCEB.
Leg 11 PQ #29732 Sitting 404 2011-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar peress li issa ilha pendenti is-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-referenza qed issir għal applikazzjoni PA3344/07 “To sanction as built and change of use from school to student accommodation (different from approved PA 04905/03)” at Health Farm, Triq il-Kbira, Tarxien. L-applikazzjoni pendenti qed tistenna sottomissjonijiet minghand il-Perit/Applikant ta' 'Fire Safety Ventilation Report' adekwat u skont ir-regolamenti. Wara li saru diversi laqgħat u ittri, fil-ħmistax ta' Marzu, 2011 intbgħat l-aħħar avviż fejn l-Applikant/Perit ġew infurmati li għandhom tmien xhur biex jissottomettu dan ir-rapport qabel ma l-applikazzjoni tiġi rtirata. Wara dan l-avviż daħlu diversi sottomissjonijiet li l-ebda waħda ma kienet aċċettabbli. Minħabba f'hekk l-aħħar ittra datata sittax ta' Awwissu, 2011 li ntbgħatet lill-Perit/Applikant tgħid li s-sottomissjonijiet li ntbgħatu mhumiex aċċettabli għaliex ma jinkludux is-sulari ta' taħt l-art kollha u għalhekk iż-żminijiet li ġew marbutin fl-avviż tal-ħmistax ta' Marzu għadhom applikabbli.

Art għal skopjiet agrikoli

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27449, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender committee ikkunsidrax il-possibilità li din l-art li fil-maġġor parti tagħha kienet kultivabbli, tingħata b'ċens għal 50 sena għal skopijiet agrikoli? Tista' din allura tintuża għal xi skop ieħor jew tispiċċa tiġi negozjata ma' terzi għas-snin taċ-ċens? F'din l-eventwalità l-kuntratt se jagħamel xi tip ta' kundizzjoni li l-gvern jiġi kumpensat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28667.

Sistema Lemis

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27494, jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ġiet imħabbra l-introduzzjoni tas-sistema Lemis? Jista' jgħid min hu l-konsulent fid-Dipartiment fuq din is-sistema? Kemm qed jitħallas? Kif ġie mqabbad? Jista' jgħid x'differenza hemm bejn l-ewwel fażi tal-Lemis kif deskritta minnu fit-tweġiba u s-sistema komputerizzata li qiegħed preżentament juża d-Dipartiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28669.

Bejgħ tal-Holiday Inn

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27787, jista' l-Ministru jgħid jekk il-flus mill-bejgħ tal-Holiday Inn marrux għand l-Air Malta, il-banek u l-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28996.

Residenza San Vinċenz de Paul — applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab rikoverata fl-Isptar Karen Grech u li għandha applikazzjoni għad-dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paul, tingħata attenzjoni minħabba l-istat tas-saħħa ta' din il-mara?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-aħħar ħsara rrapurtata fuq il-linja li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, kienet fit-13 ta’ Ġunju 2011, u din ġiet imsewwija. L-operaturi tat-Telecare ikkuntatjaw lill-anzjana u din ikkonfermat li mgħandiex ħsara iżda tixtieq biss li jinbidlilha is-sett tat-Telecare. Sakemm ma jkunx hemm xi ħsarat, it-tibdil tas-sett tat-Telecare hija responsabbiltà tal-Kumpanija GO u mhux tas-Sezzjoni tat-Telecare. *Vide PL 8405 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 7 ta' Novembru 2011 f'Seduta 404

Air Malta — ġarr ta' passiġġieri u merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29419 u jgħid kemm hu n-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta fis-snin 2005 - 2010, kull sena separatament? Kemm ġarret passiġġieri matul din is-sena sal-lum? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar il-merkanzija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija entita kummerċjali u għaldaqstant ma tipubblikax informazzjoni lil hinn min dik norrmalment mistennija minn entita kummerċjali. L-informazzjoni rikjesta tinsab fir-rapporti annwali tal-kumpannija.

Awtorità tad-Djar — appartamenti riservati għas-single mothers

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk fl-Imtarfa hemmx xi appartamenti ġodda tal-Awtorità tad-Djar li huma riservati għas-single mothers? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li se jinħarġu għall-pubbliku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent l-Awtorità tad-Djar għandha proprjetà vakanti ġdida ġewwa l-Imtarfa li se tiġi mibjugħa taħt avviż pubbliku fix-xhur li ġejjin. Persentaġġ ta’ din il-proprjetà, bħal dejjem, tkun riservata wkoll għall-familji bit-tfal.

Arriva — tariffi tal-Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tariffi kollha li l-Arriva tiċċarġja lill-passiġieri kif miftehma ma' Transport Malta inkluż għall-użu taż-żoni Park and Ride?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizz ta' trasport għall-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa s-servizz ta' trasport għall-iskejjel matul is-sena li għaddiet? Kemm hu kkalkulat li ġej jiswa din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-infieq għas-servizz ta’ trasport għall-iskejjel matul is-sena li għaddiet kienet ta’ €3,700,185. Din is-sena se jiġi jiswa €5,458,911.91.

Ċentru San Franġisk — annimali kkurati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkurati annimali stray fiċ-Ċentru San Franġisk minn meta nfetaħ sal-lum? Kemm ġew ikkurati annimali b'kollox fl-istess perjodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fiċ-Ċentru San Franġisk ġew ikkurati 1962 annimali stray. B’kollox mindu nfetaħ sal-aħħar ta’ Settembru dan iċ-ċentru ġew ikkurati aktar minn erbagħtax-il elf animal kif diġà kien ippubblikat permezz ta’ starrija numru PR1912 maħruġa mid-Dipatiment tal-Informazzjoni nhar id-9 ta’ Ottubru li għadda.

Life Sciences Park — kuntratturi li tefgħu l-offerti

Question

B'referenza għall-proġett tal-Life Sciences Park, jista' l-Ministru jgħid: a) min kienu l-kuntratturi li tefgħu l-offerti, min ġie magħżul u x'inhu l-valur fil-kuntratt; u b) min huma l-kuntratturi tal-bini li tefgħu offerta, min ġie magħżul u x'inhu l-valur tal-kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li fir-rigward tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ‘Demolition and Excavation’, li ġiet ippubblikata f’Jannar 2011, tmien (8) offerti ġew milqugħa. Il-kuntrattur LSC JV ġie mgħoti il-kuntratt għall-valur ta’ €1,193,592. Kuntratturi oħra li tefgħu l-offerta tagħhom, u li ġew ippubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti Pubbliċi kienu: · R Scicluna Ltd. · Bonnici Bros Ltd. · C&F Building Contr. · Denfar Exc. Ltd · Sides Trenching Ltd. · Ballut Blocks Services Ltd. · Asphaltar Ltd. · LSC JV It- tender Construction, M&E, Finishing and Landscaping għadu ma ġiex ippubblikat.

persuni ngaġġati biex jieħdu ħsieb tfal fin-nurseries

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi kwalifiki huma meħtieġa għall-persuni li qegħdin jiġu ngaġġati sabiex jieħdu ħsieb tfal żgħar fin-nurseries li qegħdin jinfetħu mill-gvern f'diversi lokalitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L- iStandards Nazzjonali għall- Faċilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il- Jum (2006) jistabbilixxu l-kwalifiki meħtiega minn carer u manager f’childcare centres. Skont dawn l-iStandards, il- carer għandu/ha jkollu/ha Kwalifika Livell Akkreditat ta’ Taħrig u Edukazzjoni fiċ-childcare. L-iStandards jistabbilixxu li l- manager għandu/a jkollu/ha kwalifika fiċ-childcare u taħrig fil-management jew Amministrazzjoni. Id-Dipartiment għall-iStandards fil- Ħarsien Soċjali qed jaħdem mal- Kunsill Malti għall-Kwalifiki sabiex jistabilixxu l- livell meħtieġ għal dawn iż-żewġ rwolijiet skont il-Qafas Malta għall-Kwalifiċi. Id-Dipartiment għall-iStandards fil- Ħarsien Soċjali u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki qed jaħdmu wkoll fuq Occupational Standards li jgħinu lin-nies li jixtiequ jaħdmu u kif ukoll jimpjegaw jew joffru taħriġ f’dan il- qasam.

bini ta' shelters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija paralmentari 29207 u jgħid kemm ġew jew qegħdin jiswew flus it-tined li nbnew sabiex iservu ta' shelters għan-nies fil-bus termini tal-Belt u Buġibba u għall-karozzini fix-xatt tal-Belt separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tined temporanji fil-bus termini tal-Belt u Buġibba jiswew bejn €240 u €300 (VAT eskluża) fil-ġimgħa għal kull tinda. Rigward is-shelters għal karozzini fix-xatt tal-Belt, ninsab infurmat li dawn qed jitħallsu mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali; għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Xgħajra — Pumping Station tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pumping station tad-drenaġġ li hemm ix-Xgħajra u li suppost tneħħiet skont il-ftehim li hemm ma' Smart City, għadhiex topera? Jekk le, meta twaqqfet topera?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-pumping station tad-drenaġġ f’Wied Għammieq m’għadiex topera. Id-drenaġġ kollu ġie devjat lejn l-Impjant il-ġdid f’ Ta’ Barkat limiti tax-Xgħajra. Din il-pumping station twaqqfet topera f’Gunju ta’ din is-sena.

Air Malta — ġarr ta' passiġġieri u merkanzija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta fis-snin 2005 - 2010, kull sena separatament? Kemm ġarret passiġġieri matul din is-sena sal-lum? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar il-merkanzija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Imtarfa — Binja Qlegħa - ħsarat strutturali

Question

Tista' l-Ministru tivverifika għala qegħdin jidhru tant ħsarat strutturali fil-Binja Qlegħa, fl-Imtarfa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-appartamenti ġewwa Binja Qlejgħa inbiegħu kollha bejn l-1992 u l-1994. Għaldaqstant ir-responsabbiltà ta’ manutenzjoni u tiswijiet hija tas-sidien.

MCAST — attivazzjoni ta' smart card

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28692, tista' l-Ministru tivverifika għaliex fil-każ ta' studenti tal-MCAST, għal dawk tal-ewwel sena għalkemm l-ismart card ingħatat f'Awwissu din infetħet fit-12 ta' Ottubru, 2011 u fil-każ tat-tieni sena, minkejja li l-card skadiet fl-aħħar tas-sena li għaddiet, din infetħet fid-9 ta' Ottubru, 2011? Tapprezza li meta l-ismart card tingħata daqshekk tard wara li tkun bdiet l-iskola, il-ġenituri jkollhom jixtru xi kotba u materjal ieħor minn buthom u dan meta mhux kulħadd jiflaħ għall-ispejjeż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti l-ġodda kollha tal-MCAST bdew il-lezzjonijiet tagħhom bejn it-3 u t-8 ta’ Ottubru u li Smart Cards bdew jinfetħu gradatament u kors b’kors fl-istess ġimgħa biex l-istudenti jkunu jistgħu jixtru l-kotba u materjal ieħor skont il-bżonn. Wieħed irid iżomm quddiem għajnejħ li l-istudenti l-ġodda kollha jkunu jridu jiġu reġistrati u jingħataw appuntament biex imorru jagħmlu u jiġbru l-card tagħhom fl-istess ħin li jkunu qed jiġu pproċessa l-applikazzjonijiet tas-settur post-sekondarju kollu li jammonta għal madwar 5000 applikazzjoni. Ta’ min jgħid ukoll li kull applikazzjoni trid tiġi eżaminata individwalment u bir-reqqa biex jiġi assigurat li l-provvedimenti tal-liġi u l-Avviż Legali li jirregolaw l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-iStudenti jkunu osservati.
Leg 11 PQ #29422 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — enforcement notice

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala minkejja li hemm enforcement notice, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, sal-lum l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħaditx direct action u dan minkejja l-fatt li dan il-bini illegali qiegħed jostakola l-iżvilupp ta' proprjetà ta' terzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dan il-każ, azzjoni ma tteħditx fuq l-Avviż a tenur tal-Artiklu 55B tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (issa l-Artiklu 91 tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp). Dan l-Artiklu jipprovdi illi kull persuna li tiġi nnotifikata b'avviż ta' twettiq fir-rigward ta' żvilupp indikat fit-Tmien Skeda, li jirrigwardja żvillup li jkun twettaq qabel l-1 ta’ Jannar 1993 għandu jkollha d-dritt li ssostni li dak l-avviż ma jkunx esegwibbli. Preżentament qed jiġi stabbilit jekk l-iżvilupp in kwistjoni jaqax taħt il-kategoriji msemmija fil-liġi.