Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30645 u 30455 u jagħti lista ta' persuni li jokkupaw karigi maniġerjali (inkluż direttur u assistenti diretturi) fi Transport Malta? X'allowance u benefiċċji oħra jingħataw lil dawn il-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Triq il-Merkanti kantuniera ma' Triq l-Arċisqof, il-Belt — railing
Question
Jista' l-Ministru jara jekk jistax jiġi stallat xi tip ta' railing fi Triq il-Merkanti kantuniera ma' Triq l-Arċisqof, il-Belt sabiex jiġi fiżikament limitat il-firxa tal-monti li ħafna drabi jibqa' ħiereġ aktar 'il barra minn din il-kantuniera b'riskju għan-nies mill-vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq l-Arċisqof?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30645 u 30455 u jagħti lista ta' persuni li jokkupaw karigi maniġerjali (inkluż direttur u assistenti diretturi) fi Transport Malta? X'allowance u benefiċċji oħra jingħataw lil dawn il-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30454 u jagħti lista ta' persuni li jokkupaw il-karigi ta' diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-diversi dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? X'tip ta' benefiċċju u allowance huma intitolati għalihom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30455 u jagħti lista ta' persuni li jokkupaw karigi maniġerjali (inkluż direttur u assistenti diretturi) fi Transport Malta? X'allowance u benefiċċji oħra jingħataw lil dawn il-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Konsulent li juża l-karozza tax-xogħol għall-bżonnijiet personali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30453 u ċioe: B'referenza għal dak li ġara fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn direttur ġie mġiegħel jirriżenja għax inqabad juża l-karozza tax-xogħol meta kien qiegħed jitħallas allowance biex juża l-karozza tiegħu, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed kontra l-konsulent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, meta hu fatt magħruf li dan ukoll juża karozza tax-xogħol għall-bżonnijiet tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żewġ każijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin.
Il-Konsulent li qed jissemma f’din il-mistoqsija parlamentari huwa assenjat proġett speċifiku u l-kuntratt tiegħu huwa mfassal fuq dan.
Peress li dan il-konsulent intalab jagħti s-servizz tiegħu fuq xogħol u proġetti oħra mingħajr ħlas addizjonali u li mhumiex koperti mill-allowance tal-kuntratt, is-Segretarju Permanenti approva talba li saritlu biex f’dawn il-każijiet dan il-konsulent ikun ipprovdut b’mezz ta’ trasport alternattiv.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għala d-data tal-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ġiet mibdula minn dik imħabbra propriju ftit jiem qabel il-gradwazzjon,i bil-konsegwenza li nħoloq inkonvenjent kbir u anke telf ta' flus għal diversi studenti li jinsabu jaħdmu barra minn Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-data tal-gradwazzjoni qatt ma ġiet mibdula. Din id-data kienet ikkonfermata l-ġimgħa l-oħra u l-ebda student ma kien irċieva komunikazzjoni uffiċjali mill-Istitut qabel din il-konferma.
Belt, Kottonera u l-Imdina — pjanijiet tal-kumitat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29943 u 30284 u jgħid xi pjanijiet għandu kull kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u l-Imdina għat-tliet snin li ġejjin, kull kumitat separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li skont il-pjanijiet ta’ kull kumitat ta’ rijabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u l-Imdina għat-tliet snin li ġejjin se jitkompla x-xogħol fuq il-proġetti imsemmija hawn taħt:
Il-Belt Valletta
· Arkivji Notarili – kontinwazzjoni ta’ manutenzjoni interna
· Kaxxa Rizzi ta’ Carapecchia ġewwa l-Knisja ta’ San Pawl Nawfragju
· Misraħ San Ġorg u Strada Merkanti – jitkompla l-immaniġġjar ta’ dawn iż-żoni pedonali
· Manutenzjoni tad-dawl arkitettoniku ġewwa l-Belt Valletta
· House of Catalunya – restawr tal-faċċata li tħares fuq Triq l-Arcisqof
· Qanpiena ta’ l-Assedju l-Kbir – manutenzjoni ta’ l-istruttura tal-ġebel
· Restawr ta’ iktar monumenti ġewwa l-Barrakka ta’ Fuq,
· Restawr tal-monument ta’ Ġorg Borg Olivier fil-Pjazza ta’ Kastilja
· Restawr tal-funtana ta’ l-Ajkla f’Misraħ San Ġorg
· Manutenzjoni tal-faċċata ta’ Istitut Kulturali Taljana f’Misrah San Ġorg
· Manutenzjoni ta’ pavimentar fiż-żoni pedonali tal-Belt
· Restawr tal-koppla tal-Knisja ta’ San Ġakbu
· Twettiq ta’ aċċess iktar faċli fiż-żona magħrufa bħala Sally Port, u disinn ta’ parkeġġ, bejn il-foss tal-Belt u Triq Nofsinhar
Kottonera
· Twaħħil ta’ dawl arkitettoniku fil-bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara
· Restawr tal-istatwa tal-Madonna fi Pjazza 4 ta’ Settembru ġewwa l-Isla
· Restawr tal-faċċata tal-knisja ta’ San Ġiljan ġewwa l-Isla
· Bieb Sant Anna, l-Isla – dawl u pavimentar
·
Embellishment
tal-
belveder
tas-Sur ta’ Santa Margerita, Bormla
Mdina
· Manutenzjoni tad-dawl tas-Swar.
· Restawr tan-niċċa magħrufa bħala Ta’ Buqani limiti tal-Imdina
· Tibdil tal-kollonni li jinsabu fuq il-faċċata tal-Banca Giuratale ġewwa l-Imdina
Belt, Kottonera u l-Imdina — proġetti li ġew imwettqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30283 u 29944 u jgħid liema proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u l-Imdina matul it-12-il xahar li għaddew kull kumitat separatament? Kemm kienet in-nefqa fuq kull proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sena 2011 rat il-bidu ta’ xogħol fuq il-Batterija tas-Salut, u restawr ta’ żewġ monumenti ġewwa il-Barrakka ta’ Fuq. Xogħol ta’ restawr tkompla ukoll fuq diversi binjiet u monumenti storiċi fil-Belt, fosthom tal-Arloġġ ta’ Pinto, ir-restawr ta’ niċċa tal-Madonna ta’ Pompei fi Triq Toni Bajada, dik tan-niċċa ta’ San Korrado, il-monument ta’ Sciortino ġewwa l-Furjana, u dik ta’ l-Assedju l-Kbir. Qed isir xogħol ta’ manutenzjoni ġewwa l-Arkivji Notarili, tkompla r-restawr fuq il-Kaxxa Rizzi ta’ Carpecchia li tinsab ġewwa s-Saġristija tal-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu. Flimkien ma’ Heritage Malta, sar restawr ta’ pitturi ta’ żejt fuq tila ġewwa il-Knisja tal-Ġizwiti.
Saru wkoll diversi xogħolijiet fuq knejjes, fosthom il-Knisja ta’ Santa Katerina fejn inbidel saqaf ġewwa s-sagristija, intrama scaffolding fil-parti interna, sar manutenzjoni fuq il-koppla, u inbeda xogħol ta’ restawr fuq il-faccata li tħares fuq Triq il-Merkanti.
Tkompla l-immaniġjar u manutenzjoni ta’ żoni pedonali ġewwa l-Belt Valletta, fosthom ta’ Misraħ San Ġorg u ta’ Strada Merkanti, fejn f’dan ta’ l-aħħar saru disinji biex ikunu jistgħu jitpoġġew l-imwejjed u s-siġġijiet. Qed isir ukoll manutenzjoni tal-Qanpiena ta’ l-Assedju l-Kbir.
Bħala parti mill-obligi ta’ sit ta’ Wirt Dinja, qed jiġi ppreparat Pjan Strateġiku għall-immaniġġjar tal-Belt Valletta. Dan il-pjan għandu jitlesta sa’ l-aħħar ta’ din is-sena, fejn imbagħad tiġi ppublikata għal-konsultazzjoni pubblika.
Saru proposti għall-użu tal-Biċċerija l-Antika, dik tas-Suq l-Antik, u ridiżinn tal-parkeġġ ġewwa l-foss tal-Belt b’access iktar faċli għal ġewwa ċ-ċentru tal-Belt.
Nefqa matul 2011:
Valletta
Misraħ San Ġorg
€61,100
L-Arloġġ ta’ Pinto
€120,000
Kaxxa Rizzi (Knisja ta’ San Pawl Nawfragu)
€7,000
Siege Bell Monument (manutenzjoni)
€3,300
Materjal għall-Pavimentar tat-toroq
€74,000
Saluting Battery (materjal)
€143,000
Materjal għar-restawr fuq monumenti diversi
€23,000
Kottonera
Knisja ta’San Filippu, l-Isla (balavostri taz-zuntier)
€1,500
Kalkara, tqegħid ta’ dawl fil-bajja tar-Rinella
€35,000
Dawl max-xatt tal-Birgu
€6,500
Mdina
Manutenzjoni tad-dawl tas-Swar
€5,000
Konsulent li juża l-karozza tax-xogħol għall-bżonnijiet personali
Question
B'referenza għal dak li ġara fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn direttur ġie mġiegħel jirreżenja għax inqabad juża l-karozza tax-xogħol meta kien qiegħed jitħallas allowance biex juża l-karozza tiegħu, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed kontra l-konsulent li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, meta hu fatt magħruf li dan ukoll juża karozza tax-xogħol għall-bżonnijiet tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tigħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' persuni li jokkupaw il-karigi ta' diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-diversi dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? X'tip ta' benefiċċju u allowance huma intitolati għalihom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tigħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' persuni li jokkupaw karigi maniġerjali (inkluż direttur u assistenti diretturi) fi Transport Malta? X'allowance u benefiċċji oħra jingħataw lil dawn il-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30244 u jgħid liema huma r-rotot li jwasslu sal-Isptar San Luqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-isptar San Luqa huwa moqdi bir-rotta 122. Din ir-rotta titlaq minn Mater Dei lejn il-Belt Valletta, fejn matul it-traġitt tagħha tgħaddi mill-isptar San Luqa, kif ukoll tgħaddi minn Santa Venera (Triq il-Kappillan P.P. Mifsud), Ħamrun (Mile End), Floriana u ċ-Ċentru tas-Saħħa, Floriana.
L-ewwel vjaġġ mill-Isptar Mater Dei jibda fil-05:30hrs filwaqt li l-aħħar vjaġġ huwa fl-22:30hrs. Din ir-rotta għandha frekwenza ta’ 30 minuta.
Dan ifisser li kull min ikun irid imur l-isptar San Luqa jista’ jagħmel dan billi jaqbad tal-linja, kemm mill-Belt, minn Mater Dei kif ukoll matul ir-rotta Nru 122.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-ġibjun tal-Gżira li ilu wieqaf ħafna ġimgħat wara li ġie eskavat il-blat, bil-konsegwenza li wara x-xita li għamlet f'dawn l-aħħar jiem, il-ħofra fil-blat imtliet bl-ilma u l-ilma beda jiskula minn fissuri fil-blat għal basements u djar tar-residenti fil-viċin u kkawża ħafna ħsarat u inkonvenjenti kbar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-tender għall-kostruzzjoni ta’ dan il-ġibjun ġie mgħoddi għand id-Dipartiment tal-Kuntratti bir-rakkomandazzjonijiet necessarji. Hu maħsub li hekk kif jingħata l-kuntratt, ix-xogħol ikun jista’ jinbeda fi żmien qasir.”
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal xogħol li sar fl-uffiċċji l-ġodda tal-MITA f'Santa Venera? Min kienu l-periti li ġew inkarigati f'dan il-proġett? Kemm tħallsu l-periti għas-servizz professjonali tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara sejħa pubblika għall-offerti, The Doric Studioġew ingaġġati bħala Periti fuq xogħol relatat mal-Corporate Data Centre l-ġdida f’Santa Venera. Il-kuntratt jistipula r-rata ta’ 2% tal-valur tax-xogħlijiet relatati. Dan mistenni jammonta fi ħlas ta’ madwar €37,000 (VAT eskluż).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp tal-proġett.
Kordin — xogħol fil-parkeġġ tad-Direttorat għat-Tindif
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir fil-parkeġġ tad-Direttorat għat-Tindif ġewwa Kordin? Dan ix-xogħol hu kopert bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena d-Direttorat għat-Tindif ħa inizjattiva biex jitpoġġew numru ta’ kontenituri tal-iskart fit-toroq arterjali. Wara li l-miżura li jitqiegħdu dawn il-kontenituri uriet li tat ir-riżultati mixtieqa, huwa ppjanat li n-numru ta’ dawn il-kontenituri jiżdied.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol imsemmi kien jikkonsisti f’ kisi bil-madum ta’ żewġ parking spaces biex ikun hemm faċilità għall-ħasil ta’ dawn il-kontenituri. Għal skop ta’ iġene, sabiex ikun hemm kontroll ta’dawn l-ilmijiet tal-ħasil, dawn iż-żewġ bays iddawru b’ ilqugħ baxx flimkien ma’ stallazzjoni ta’ kanal żgħir biex jiġbor ir-“run-off” tal-ilma. Fil-frattemp saret applikazzjoni lill-Water Services Corporation biex din il-parti tax-xogħol tkun koperta b’
public sewer discharge permit
.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ilma jintuża mid-Direttorat tat-Tindif għal ħasil ta' toroq u promenades? L-ilma tal-ġibjuni jew tal-vit?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm preżentament id-Direttorat m’għandu l-ebda faċilità ta’ gibjun sabiex jaħzen l-ilma, id-Direttorat għandu arrangament ukoll mad-Direttorat tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħmel użu mill-faċilitajiet tagħhom tal-ħażna tal-ilma. Fiċ-ċirkostanzi fejn f’dan is-sors ma jkunx għad fadal ilma, ikun meħtieġ li jinxtara ilma tat-tieni klassi
Belt, Kottonera u l-Imdina — proġetti li ġew imwettqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29944 u jgħid liema proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u l-Imdina matul it-12-il xahar li għaddew kull kumitat separatament? Kemm kienet in-nefqa fuq kull proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.