Jista' l-Ministru jgħid kemm hu proġettat id-deficit għal din is-sena 2012, skont il-budget? Kemm hu l-ammont ta' deficit li l-Unjoni Ewropea qiegħda titlob li nnaqqsu minn dak kif proġettat? Jista' jagħti d-dettalji ta' tnaqqis ta' dan l-ammont kif propost mill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif intqal fid-diskors tal-bagit għall-2012, id-deficit għal din is-sena huwa pproġettat li jkun ta’ 2.3%.
Il-Kummissjoni Ewropea m’hix titlob reviżjoni tad-deficit kif proġettat.
Dipartiment tal-Agrikoltura — reġistrazzjoni ta' raba
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Agrikoltura jirreġistrax raba' f'isem bidwi f'każ li tali raba' ma jintalabx sussidju fuqha? Jista' jgħid ukoll jekk persuna tistax tirreġistra r-raba' jekk ikollha area anqas minn tomna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-avviż ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern, numru 18,618, ninfurmah li skont l-istess avviż, irrespettivament mid-daqs jew talbiet ta’ sussidju, kull min għandu art agrikola li tinħadem għandu jirrikorri għand l-Aġenzjia għall-Pagamenti biex jirreġistraha.
Niġbed lattenzjoni li f’każ li din l-art ma jew tkun art xagħri, jew mingħajr konfini, jew art li fuqha hemm proċeduri fil-Qorti, jinżamm id-dritt li r-reġistrazzjoni ma tkunx aċċettata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'każ ta' applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-correction of site fuq is-sit li hu barra l-konfini tal-iżvilupp, is-sit li fuqu jkun ħareġ il-permess hu Outside Development Zone u s-sit korrett li fuqu ssir l-applikazzjoni jkun ukoll Outside Development Zone iżda f'katergorija 2 jew 3 rural settlement, tali applikazzjoni tistax tiġi kkonsidrata minkejja li d-designation tas-sit tista' tiġi interpretata li hija differenti għalkemm f'każijiet bħal dawn is-sit jippermetti li jsir aktar żvilupp milli kieku jkun Outside Development Zone biss?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura biex tiġi rranġata l-indikazzjoni żbaljata tas-sit hija stabbilita fl-Avviż Legali 356 tal-2010, u amministrattivament spjegata fiċ-Ċirkolari lill-Periti MEPA 3/05. Fost kundizzjonijiet oħra, artiklu 15 tal-Avviż Legali jispeċifika, f'sub-artiklu (iii)(a), illi d-disposizzjonijiet rigwardanti l-indikazzjoni żbaljata tas-sit għandhom japplikaw biss jekk "ma jkun hemm ebda differenza fl-indikazzjoni tas-sit oriġinali u l-applikazzjoni l-ġdida".
Fl-eżempju imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, hemm bdil ta' indikazzjoni bejn sit u ieħor, u għalhekk japplikaw policies differenti bejn sit u ieħor. F'dak il-każ, skont artiklu 15(iii)(a) tal-Avviz Legali 356 tal-2010, ma tistax tintuża' l-proċedura biex titranġa l-indikazzjoni żbaljata tas-sit, iżda trid issir applikazzjoni ġdida.
Trasferiment tal-Bus stop ta' ħdejn il-Knisja tal-Fgura
Question
Jista' l-Ministru jara li l-bus stop li hemm viċin il-Knisja tal-Fgura u li jinstab viċin ħafna ta' roundabout jiġi trasferit aktar 'l fuq lejn Raħal Ġdid peress li fejn qiegħed fi Triq Hompesch kull meta tieqaf karozza tal-linja, timblokka t-traffiku kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bus stop Fgura ġie imwaħħal fl-istess post fejn kien qabel.
Infurmat ukoll li jekk dan il-
bus stop
jitressaq, ser titwal id-distanza sabiex passiġġieri jaslu għal fuq dan il-
bus stop
b’ detriment għal min jagħmel użu minnu. Infurmat ukoll li jekk jitmexxa dan il-
bus stop
jiġi fil-qrib ħafna ta’
bus stop
ieħor li hemm fil-viċinanzi li jismu Punika.
Sptar Monte Carmeli — back up tal-provista tal-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' back up hemm fl-Isptar Monte Carmeli f'każ ta' sospensjoni tal-provista tal-elettriku peress li f'dan l-isptar it-tip ta' pazjenti li hemm jistgħu jiġu affettwati ħafna bil-qtugħ tad-dawl, b'mod partikolari bil-lejl?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull sala tal-isptar hija attrezzata b’numru ta’ Emergency Lights f’każ ta’ qtugħ fil-provista tal-elettriku. Apparti minn dan, l-isptar qiegħed fi stadju avvanzat ta’ xiri ta’ numru ta’ generators li jibdew jaħdmu b’mod awtomatiku hekk kif jinqata’ d-dawl ġewwa l-isptar. Fil-fatt żewġt iswali diġà huma attrezzati bis-servizz tal-generator.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati e.ID cards fil-perjodu minn Jannar sa Ġunju u bejn Lulju sa Diċembru 2010, Jannar sa Ġunju u bejn Lulju sa Diċembru 2011 u minn Jannar 2012 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju kien wasal il-proċess għall-introduzzjoni ta' ferry service bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Belt u l-Kottonera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa pubblika għall-offerti għal min hu nteressat jipprovdi s-servizz bil-baħar għall-passiġġieri bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Belt u l-Kottonera ġiet ippubblikata fis-16 ta' Dicembru 2011 u għalqet fis-16 ta' Frar 2012.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwiex impjegat ma' xi dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kif inhu impjegat u x'qiegħed jitħallas ta' xogħlu? Jekk bil-kuntratt, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu d-direttur li jmexxi l-Laboratorji Nazzjonali? Jekk din il-pożizzjoni hi vakanti, hemm xi ħsieb li timtela? Kif?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Laboratorju Nazzjonali llum huwa Direttorat ta’ Servizzi ta’ Laboratorju fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
L-ewwel Direttur jinħatar mill-Ministru. Il persuna li tokkupa il-pożizzjoni ta’ Direttur (Servizzi ta’ Laboratorju) huwa s-Sur George Cutajar.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Lista ta' impjegati ma' xi dipartiment/awtorità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, humiex impjegati ma' xi dipartiment/awtorità fid-dekasteru tiegħu u jekk fl-affermattiv b'liema kundizzjonijiet ta' impjieg? Jekk b'kuntratt, jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni indikati huma kollha impjegati ma’ dan il-Ministeru b’kuntratt u li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument b’kopja tal-kuntratti ta’ impjieg tagħhom..
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta fis-snin 2005 - 2010, kull sena separatament? Kemm ġarret passiġġieri matul din is-sena sal-lum? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar il-merkanzija?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29698.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29422, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit jekk l-iżvilupp in kwestjoni jaqax taħt il-kategorija msemmija fil-liġi? Jekk iva, jista' jgħid meta se tittieħed azzjoni diretta fuq l-enforcement notice imsemmija fid-domanda?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita` ikkunsidrat il-każ u ddeċidiet illi l-iżvilupp illegali kopert b'Enforcement Notice ECF674/06 mhux wieħed minn dawk li huma nklużi fit-Tmien Skeda tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp u għalhekk l-Enforcement Notice huwa esegwibbli. Il-persuna kkonċernata u l-perit tagħha ġew notifikati f'dan is-sens permezz ta' ittra ddatata 18 ta' Jannar 2012. Skont l-Artikolu 91(4) tal-Att, "il-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata msemmi fl-artikolu 86(12) għandu jibda jiddekorri mid-data li fiha l-Awtorità tkun innotifikat lil dik il-persuna b'avviż fis-sens li hija ma tkunx qed taċċetta l-pretensjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31346 u jispjega x'inhu l-iskop għas-sejħa għall-offerta li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern għal "Feasibility study and a cost benefit analysis for the New Fishmarket at Albert Town, Marsa" meta dan il-proġett diġà hu approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke nħarġet is-sejħa għall-kostruzzjoni tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħtieġa għas-sejħa għall-"Feasibility study and a cost benefit analysis for the New Fishmarket at Albert Town, ġej mill-fatt li huwa ppjanat li dan il-proġett jkun iffinanzjat permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Din is-sejħa nħarġet sussegwentament għall-approvazzjoni tal-proġett mill-MEPA fid-dawl tal-fatt li l-fattibiltà tal-proġett u l-ispejjeż relatati miegħu huma intrinsikament dipendenti mas-sit identifikat u mal-kundizzjonijiet tal-permess.
Potenzjalment l-applikazzjoni mal-MEPA setgħet ma ġietx approvata bil-konsegwenza li l-gvern kien ikollu jidentifika sit alternattiv li kien iġib miegħu rekwiżiti u spejjez differenti. Kieku l-istudju dwar il-fattibiltà sar preċedentament u l-applikazzjoni mal-MEPA ma ġietx approvata, l-istudju kien ikun ħela ta’ riżorsi.
L-istudju kien ippjanat biex jinħareġ fl-istess żmien tas-sejħa għall-kostruzzjoni tiegħu u dan bil-għan li jintrebaħ iż-żmien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31347 u jgħid x'inhi r-raġuni għala fis-swar li qegħdin jiġu restawrati bħal dawk tal-Belt, il-cables u l-brackets tal-Enemalta li huma mwaħħlin magħhom mhumiex jinqalgħu? Japprezza l-Ministru li dawn il-brackets jistgħu jikkawżaw ħsara strutturali fil-ġebel tas-swar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan huwa li dawn l-brackets tal-Enemalta imsemmija jitneħħew. Diġà tneħħew numru ta’ cables mejta u rigward dawk li fadal diġa intleħaq ftehim mal-Enemalta biex dawn jitneħħew fejn hu possibbli. Dawn il-cables se jkunu mgħoddija minn taħt l-art u x-xogħol jkun jista’ jsir ġaladarba jinħareġ il-permess meħtieġ biex titħaffer it-trinka meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29422, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit jekk l-iżvilupp in kwestjoni jaqax taħt il-kategorija msemmija fil-liġi? Jekk iva, jista' jgħid meta se tittieħed azzjoni diretta fuq l-enforcement notice imsemmija fid-domanda?
Malta Enterprise — spejjeż ta' trasferiment għall-Isptar San Luqa
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż involuti sabiex Malta Enterprise ġiet trasferita minn San Ġwann għall-Isptar San Luqa, inkluż xogħlijiet ta' refurbishment u upgrading li sar fl-uffiċċji l-ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informażżjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.
Triq il-Merkanti kantuniera ma' Triq l-Arċisqof, il-Belt — railing
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31054 li saret lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk jistax jiġi stallat xi tip ta' railing fi Triq il-Merkanti kantuniera ma' Triq l-Arċisqof, il-Belt sabiex jiġi fiżikament limitat il-firxa tal-monti li ħafna drabi jibqa' ħiereġ aktar 'il barra minn din il-kantuniera b'riskju għan-nies bil-vetturi li jkunu għaddejjin minn Triq l-Arċisqof?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li tali problema tiġi ndirizzata aħjar permezz ta’nfurzar mill-awtorità kompetenti sabiex il-bejjiegħa tal-Monti ma joħorġux aktar ‘il barra mill-ispazju allokat lilhom skont il-permess tagħhom, milli b’miżuri ta’ traffic management hekk kif suġġerit mill-Onor. Interpellant. Għaldaqstant nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhu l-iskop għas-sejħa għall-offerta li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern għal "Feasibility study and a cost benefit analysis for the New Fishmarket at Albert Town, Marsa" meta dan il-proġett diġà hu approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke nħarġet is-sejħa għall-kostruzzjoni tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’ Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala fis-swar li qegħdin jiġu restawrati bħal dawk tal-Belt, il-cables u l-brackets tal-Enemalta li huma mwaħħlin magħhom mhumiex jinqalgħu? Japprezza l-Ministru li dawn il-brackets jistgħu jikkawżaw ħsara strutturali fil-ġebel tas-swar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’ Seduta oħra.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6067, jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għad-division ġdid tat-terminal taċ-Ċirkewwa?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta sottomessa lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm intnefqu flus għal konsulenti fuq dan il-proġett minn meta tħabbar snin ilu sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-MEPA rċeviet applikazzjoni mill-Malta Maritime Authority bin-numru PA 6148/08 liema applikazzjoni ġiet approvata fl-10 ta' Diċembru 2009. Il-proposta ta' din l-applikazzjoni hi: To demolish existing building and construct a ferry terminal.
Barra minn hekk, dawn il-pjanti qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra għax l-entità hija waħda governattiva.
Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi kemm intnefqu flus għall-konsulenti fuq dan il-proġett minn meta tħabbar snin ilu sal-lum.