Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32153 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32153.

Mosta — toroq li saru mill-gvern ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32165 u jgħid liema kienu t-toroq ġewwa l-Mosta li saru mill-Gvern Ċentrali mill-2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 31256, 31656, 31658, 31659.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — qtugħ ta' paga lill-ħadidema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ħaddiema li jaħdmu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-Marsa (Swan Laundry) inqatgħatilhom il-paga minkejja li kien hemm ħsara fil-punch clock?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta jkun hemm ħsara f’xi wieħed mill-palm readers tal-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma u allura l-ħaddiema kollha ta’ dik is-sezzjoni partikulari ma jkunux jistgħu jużaw il-plam reader ma jsir l-ebda qtugħ mill-paga rispettiva tal-ħaddiema konċernati.

Enforcement Notice

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32175 u cioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħdu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żieda għall-għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-formulazzjoni tal-RPI kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32169?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l--RPI ikejjel il-bidla relattiva fil-livell tal-prezzijiet imħallsa għal ‘basket’ speċifiku ta’ oġġetti u servizzi minn familja medja. Il-weight li jingħata għal kull oġġett jew servizz jiddependi mill-ammont relattif li familja medja tonfoq fuqu. Dawn l-istimi ta’ weights jiġu maħduma abażi tal-Household Budgetary Survey li sar mill-NSO matul 2008/09. L-istħarriġ ikopri 3,732 familja rappreżentattivi tal-pajjiż kollu. L-indiċi huwa miġbur permezz ta għażla wiesa u rappreżentattiva ta’ aktar minn 355 oġġett u servizzi li l-prezzijiet tagħhom huma migbura regolarment. Aktar minn 9,000 kwotazzjonijiet tal-prezz separati jintużaw kull xahar fil-kumpilazzjoni ta' dan l-indiċi. Il-weights għall-kategoriji ewlenin tal-infiq huma: Weighting Food 21.23 Beverages and Tobacco 6.09 Clothing and Footwear 7.41 Housing 7.61 Water, Electricity, Gas and Fuels 3.36 H/hold Equip. and House Maint. Cost 6.59 Transport and Communication 22.76 Personal Care and Health 8.57 Recreation and Culture 9.28 Other Goods and Services 7.1 All Items Retail Price Index 100 L-RPI huwa miġbur u ppubblikat mill-NSO wara li jkun rivedut mill- RPI Advisory Committee . Dan il-Bord kien stabbilit fl-1990 permezz tal- Income Policy Agreement u hu kompost mid-Direttur tal-Istatistika (ex-officio), żewġ membri maħtura mill-Gvern, żewġ membri maħtura mit- trade unions , u żewġ membri maħtura mill-organiżżazzjonijiet tan-negozju. Dan l-indiċi, kif ukoll il- weights għall-kategoriji ewlenin tal-infiq, huwa ppubblikat kull xahar permezz ta’ stqarrija mill-NSO, kif wkoll fil-gażżetta tal-gvern.

Trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32183 u cioè: B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32183.

Ħlas ta' liċenzji tal-armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li nġabret mill-ħlas tal-liċenzji tal-armi tal-isports tal-isparar, tal-kolletturi u tal-kaċċa f'dawn l-aħħar għaxar snin , kull kategorija u kull sena separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Trasferiment ta' proprjetà

Question

B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Dettalji tax-xogħol ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-persuna, li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament, fi ħdan id-Dipartiment tad-Drenaġġ (Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma)? Dan ix-xogħol jinkludi sewqan tal-bowsers?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi din il-persuna għandha l-grad ta’ MSF Level 4 (Multi-skilled Fitter), u bħalissa taħdem fis-sezzjoni tal-Wastewater tad-Deep Sewers (North Region). Dan ix-xogħol jinkludi tindif bil-bowser.

Żieda għal għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif tinħadem iż-żieda għall-għoli tal-ħajja u liema oġġetti/servizzi essenzjali jittieħdu in konsiderazzjoni inkluż l-weighting li jingħata lil kull wieħed?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-zieda għall-għoli tal-ħajja tirrifletti l-Ftehim Nazzjonali dwar Relazzjonijiet Industrijali milħuq f’Diċembru 1990. Il-metodoloġija għall-komputazzjoni għall-għoli tal-ħajja hi bbażata fuq żviluppi inflazzjonarji stmati abbażi tal-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (RPI). L-eżerċizzju jeħtieġ l-komputazzjoni tal-12-il xahar rata ta’ inflazzjoni li jiċċaqilqu ( moving average ), definita bħala l-bidla perċentwali bejn il-medja f’RPI f’aħħar 12-il xahar sa Settembru tas-sena u l-medja tal-perjodu komparabbli preċedenti. Din ir-rata tal-inflazzjoni mbagħad tiġi applikata fuq il-paga bażi u l-figura tiġi aġġustata għall-eqreb Lm0.25 sabiex tinkiseb il-figura finali li tingħata bħala żieda. Mill-adozzjoni tal-Euro bħala l-munita nazzjonali, il-komputazzjoni għall-għoli tal-ħajja ewwel tiġi komputata f'Lm u mbagħad maqluba f'Euro. Peress li ż-żieda fl-inflazjoni tinħadem fuq l-RPI, il- weightings huma pre-determinati kif stabiliti mill-formulazzjoni ta’ l-istess RPI.

Dar Malta fi Brussels

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-periti inkarigati mix-xogħlijiet li saru f'Dar Malta fi Brussell? Kemm tħallsu għas-servizzi tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17936.

Enforcement Notice

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru x'passi se jieħdu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra

Periti inkarigati mill-bini tal-estenzjoni tal-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti inkarigati mix-xogħlijiet ta' estenzjoni tal-Qrati li tinsab fi Strada Stretta Valletta li tasal sa Old Bakery Street?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Periti inkarigati mix-xogħlijiet ta’ estenzjoni tal-Qrati li tinsab fi Strada Stretta, Valletta li tasal sa Old Bakery Street huma Raniolo & Associates Ltd., Architects Civil Engineers & Structural Consultants.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ngħataw skont l-Att ta' Kurazija minn mindu twaqqfet il-Liġi tal-Patrimonju Kulturali sal-lum? Lil min ingħataw? Għal liema skop u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Mindu twaqqfet il-Liġi tal-Patrimonju Kulturali fl-2003 sal-lum ġew iffirmati tlettax-il Att ta’ Kurazija. L-Att ta’ Karazija sar biex il-proprjetà jkun: - Restawrat; - Mantnut; - Ikun aċċessibbli għal-pubbliku. L-Atti ta’ Kurazija saru għal perijodu preskritt u li jista’ jiġi mġedded. L-Atti ta’ Kurazija huma indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

E-ID Cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati e-IDs fil-perjodu ta' bejn Jannar u Ġunju, bejn Lulju u Diċembru 2010, bejn Jannar u Ġunju u bejn Lulju u Diċembru 2011 u minn Jannar 2012 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32016.

Lista ta' proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Lista ta' proprjetajiet li ġew devoluti lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew devoluti lill-kunsilli lokali f'din il-leġislatura? Għal liema skop ingħataw u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f’din il-leġislatura kien hemm 50 devoluzzjoni ta’ proprjetà lil diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda Tal-Kamra Lista tal-proprjetajiet devoluta bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Kunsill Malti għall-Isport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ngħataw mill-Kunsill Malti għall-Isport minn mindu dan il-kunsill ġie mwaqqaf? Lil min ingħataw? Għal liema skop u taħt liema kondizzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reklutaġġ fil-korp tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jsir reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija matul din is-sena? Jekk fl-affermattiv, meta hu ppjanat li jsir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jsir meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu hekk jirrikjedu wara li tkun ippublikata sejħa għall-applikazzjonijiet.