Tista' l-Ministru tara jekk it-tifla li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tistax tingħata l-għajnuna ta' learning support assistant kif rakkmandat mill-Istatementing Board peress li ilha tbati fit-tgħallim?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan il-każ deher quddiem il-bord ta’ l-Appell u l-ġenituri ser jiġu nfurmati bid-deċiżjoni tal-Bord fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-proprjetajiet inklużi d-daqs tagħhom li kienu dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku u li ġew mogħtija lura lis-sidien kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol ta' care takers fl-iskejjel jinkludix ukoll il-ħasil ta' klassijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dmirijiet ta’ persuni li n-nomenklatura tagħhom hija komunament magħrufa bħala caretaker jinkludu l-ħasil tal-klassijiet kif ukoll xogħol ta’ tindif f’partijiet oħra tal-iskola.
Awtorità tad-Djar — skemi għall-għotja ta' għajnuna għat-tiswija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskemi tal-Awtorità tad-Djar għall-għotja bħala għajnuna għat-tiswija tad-djar kemm li kienu ta' kera kif ukoll jekk okkupati mis-sid għadhomx fis-seħħ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha skema fejn tagħti sussidju fuq ix-xogħlijiet ta' irranġar u titjib fir-residenzi okkupati kemm minn sidien kif ukoll minn inkwilini.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32732 u jgħid x'inhi r-raġuni għala is-C-Checks fuq l-ajruplani tal-Air Malta u li qabel kienu jsiru Malta issa qegħdin isiru barra minn Malta? Kemm qegħdin jiġu jiswew dawn is-C-Checks issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32730, 32500 u 32175 u cioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32729 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk persuni li jinteresshom jaħdmu bħala helpers fid-djar privati tal-anzjani għandhomx bżonn isegwu xi kors partikolari?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat l-operat tal-meter tad-dawl tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax konsum ta' elettriku ta' aktar minn €15,000 għal tmien xhur jidher esaġerat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
MEPA — formula tal-NSO għal applikazzjoni ta' żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32507 u jgħid x'inhi r-raġuni għala għal ċerta applikazzjonijiet għall-iżvilupp, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed titlob li tiġi sottomessa ukoll il-formula tal-NSO?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija mitluba bil-liġi li tiġbor informazzjoni mitluba mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Din il-formola qiegħda tintalab fir-rigward ta' kull applikazzjoni sottomessa lill-Awtorità mid-9 ta' Jannar 2012 'il quddiem.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-korsijiet tas-snajja mogħtija mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se jiġu privatizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-taħriġ kollu li tagħmel l-ETC jingħata minn instructors li jiġu magħżula permezz ta’ sejħat għal tender. Għaldaqstant dan it-taħriġ qed jingħata diġà minn nies li huma fuq bażi ta self-employed.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew devoluti lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? Għal liema skop ingħataw u kemm ġew mitluba jħallsu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi peress li l-prassi tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern hi li joħroġ devoluzzjonijiet lill-Kunsilli Lokali biss, dan id-dipartiment ma għandu l-ebda statistika li tissodisfa din it-talba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32500 u 32175 u cioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament sabiex jidħol fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa peress li ilu aktar minn sena fuq il-waiting list u li għandu 85 sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applika biex jidħol fid-Dar tal-Anzjani tal-Mtarfa fil-15 ta’ Marzu 2011 u ġie approvat mill-Bord tal-Ammissjoni. B’hekk l-imsemmi anzjan qiegħed fuq il-lista ta’ stennija għad-Dar tal-Anzjani tal-Mtarfa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala is-C-Checks fuq l-ajruplani tal-Air Malta u li qabel kienu jsiru Malta issa qegħdin isiru barra minn Malta? Kemm qegħdin jiġu jiswew dawn is-C-Checks issa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
MEPA — formula tal-NSO għal applikazzjoni ta' żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala għal ċerta applikazzjonijiet għall-iżvilupp, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed titlob li tiġi sottomessa ukoll il-formula tal-NSO?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu bus shelters fuq bus stops li huma fl-open areas bħalma hi t-triq tar-Rabat ħdejn id-dħul għal Ta' Qali, għax f'dawn l-areas m'hemm l-ebda struttura li tista' tagħti kenn mill-elementi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta, matul din is-sena, se tkun qed twaħħal numru ta’ bus shelters f’lokalitajiet diversi madwar Malta.
Infurmat ukoll li fost il-
bus shelters
li huwa ppjanat li se jitwaħħlu hemm dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala t-tmien coordinators li hemm fil-Korporazzjoni Enemalta, sebgħa huma fi skala ħamsa u wieħed hi fi skala sebgħa meta dawn għandhom l-istess grad ta' responsabbiltajiet u riedu l-istess livell akkademiku għal kull coordinator?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-present il-Korporazzjoni Enemalta m’għandha lil ħadd fi skala sebgħa bin-nomenklatura ta’ coordinator.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment f'din il-leġislatura sal-lum inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment f’din il-leġislatura sal-lum bid-dettalji mitluba. Madanakollu, fir-rigward tad-dettalji li huma ta’ natura personali jew kummerċjali, ma nsib l-ebda diffikulta sabiex ngħaddi din l-informazzjoni lill-Onorevoli Membru b’mod kunfidenzjali.
B'referenza għall-aħħar regolazzjoni dwar trasferiment ta' proprjetà li ġiet approvata mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti finali kollha li saru sal-lum?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-lista ta’ 15-il trasferiment ta’ proprjetà li ġew approvati mill-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu, s’issa ġew konklużi 5 trasferimenti, li kopja tal-kuntratt finali tagħhom qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament tal-kuntratti jinsabu għand l-għaqdiet rispettivi sabiex ikunu approvati qabel ma jsir l-iffirmar tal-Kuntratt finali.
Attachments:32183 papers laid 1- Manikata.pdf32183 papers laid 2 - Paola.pdf32183 papers laid 4 - Pembroke.pdf32183 papers laid 3 - Fortizza San Mikiel.pdf32183 papers laid 5 - Isla.pdf