Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex policy dwar ħaddiema li xogħolhom jaħdmu fit-tankijiet tal-fuel peress li dan hu xogħol skabruż li ma jistax isir minn kulħadd speċjalment minn persuni pjuttost kbar fl-età?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-‘policy’ li għandha l-Enemalta rigward is-saħħa u s-sigurta tal-ħaddiema hija uniformi għal kull tip ta’ xogħol. Din hija bbażata fuq is-saħħa ta’ kull individwu u mhux fuq l-eta’. Għaldaqstant kull ħaddiem jiġi suġġett għal eżami mediku perjodikament. Il-frekwenza ta’ dan l-eżami tkun tiddependi mill- parir li jgħatu t-tobba skont it-tip ta’ xogħol li l-individwu jkun jgħamel kif ukoll fuq ir-riżultat ta’ l-aħħar eżami. Skont ir-riżultat ta’ dan l-eżami tittieħed deċiżjoni fuq jekk il-ħaddiem għandux jitħalla jkompli fix-xogħol tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa tal-ELC għas-sena 2011 b'mod partikolari n-nefqa f'pagi u materjali li jintużaw fix-xogħlijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tieni paragrafu tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34036, infakkru li għalkemm din il-kumpanija tifforma parti minn Public-Private Partnership, din toffri servizzi lill-privat fuq bażi purament kummerċjali. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala s-C-Checks fuq l-ajruplani tal-Air Malta u li qabel kienu jsiru Malta issa qegħdin isiru barra minn Malta? Kemm qegħdin jiġu jiswew dawn is-C-Checks issa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33063.
Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat l-operat tal-meter tad-dawl tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax konsum ta' elettriku ta' aktar minn €15,000 għal tmien xhur jidher esaġerat?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33333.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-proprjetajiet inklużi d-daqs tagħhom li kienu dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku u li ġew mogħtija lura lis-sidien kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-propretajiet, inkluż id-daqs tagħhom li kienu dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku u li ġew mogħtija lura lis-sidien mis-sena 2004 sa sena 2012. Ma kienx possibli li tingħata l-informazzjoni dwar is-snin qabel dawk imsemmija peress li din l-informazzjoni ma kienetx tinżamm f’record wieħed fid-Dipartiment.
Saluting Battery, Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfel — Kirjiet tal-postijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kirjiet li jeżistu għar-rigward tas-Saluting Battery, il-Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfel fil-Belt? Jista' jgħid kif ingħażlu l-kumpaniji li għandhom dritt esklussiv li jagħmlu liġijiet u funzjonijiet oħra f'dawn il-postijiet u kemm qiegħed iddaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi s-Saluting Battery taqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali, li min-naħa tiegħu, ittrasferixxa l-użu tiegħu lill-Fondazzjoni Wirt Artna permezz ta’ ‘guardianship deed’, filwaqt li l-Ġnien ta’ Hastings u l-Barrakka t’Isfel jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Dipariment tal-Proprjetà tal-Gvern — Trasferiment ta' proprjetà
Question
B'refernza għall-mistoqsija parlamentari 32728, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew trasferiti skont il-policies tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? jista' jgħid kull proprjetà għal liema skop ġiet trasferita u kemm ġew mitluba jħallsu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33347 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-proprjetajiet inklużi d-daqs tagħhom li kienu dikjarati meħtieġa għal skop pubbliku u li ġew mogħtija lura lis-sidien kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33347.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagtħu separatament inbiegħetx? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Il-Proprjetà indikata kienet trasferita fl-1995 bi skema G (Skema għax-xiri ta' Djar ta' abitazzjoni tal-Gvern) skont id-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Sussegwentement din il-proprjetà kienet intirtet fl-1999.
Issa li tħabbar li nbidel il-kuntrattur li qiegħed jagħmel xogħlijiet madwar il-Baċir Nru 1, jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur il-ġdid u kif intagħżel? Il-valur tax-xogħol se jibqa' l-istess jew ir-rati tax-xogħol ġew mibdula?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Lime Building Products Ltd ġew ingaġġati b’Direct Order għall-valur ta’ €76,000 biex tispiċċa t-triq li hi biswit id-Dock 1. Id-differenza fir-rati meta mqabbla mal-kuntratt oriġinali ser tiġi rikjesta mingħand Marinelli Spa.
Saluting Battery, Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfelq — Kirjiet tal-postijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kirjiet li jeżistu għar-rigward tas-Saluting Battery, il-Ġnien ta' Hastings u l-Barraka t'isfel fil-Belt? Jista' jgħid kif ingħażlu l-kumpaniji li għandhom dritt esklussiv li jagħmlu liġijiet u funzjonijiet oħra f'dawn il-postijiet u kemm qiegħed iddaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għala l-paviment tal-qawwi li tpoġġa fi Triq San Ġwann (b'mod partikolari fil-junction ma' Triq id-Dejqa) il-Belt qiegħed jinqala' kollu u jinfetħu l-fili kollha ta' bejn l-islabs?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se tagħmel laqgħat mal-kuntrattur u mal-MRRA biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema.
Tista' l-Ministru tara jekk hux possibli li t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament jingħata għajnuna ta' facilitator peress li issa ilu applikat diversi xhur u fl-istat tiegħu qed isibha iebsa sabiex jitgħallem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni waslet quddiem l-Istatementing Moderating Panel f’Ottubru 2011 u ħa tingħata l-attenzjoni meħtiega fil-ġimgħat li ġejjin.
Peress li l-Prim Ministru ddikjara b'mod pubbliku li l-Ministru Austin Gatt se jieqaf jagħmel xogħol ta' Ministru u jibda jaħdem mal-Partit Nazzjonalista, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se ssir din iċ-ċaqliqa?
Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni li għamlet l-Awtorità tad-Djar dwar ilment li għamel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li anke kiteb ittra lill-Avukat imma sal-lum għadu bla risposta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittra imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma intbaghtitx lill-avukat izda intbaghtet minn avukat, u kienet datata 23 ta’ Marzu 2011. L-Awtorità tad-Djar kienet diga indikat lill-persuna in kwistjoni li ma kien hemm ebda irregolarità fl-istruttura mertu tad-domanda. Dan il-fatt kien gie mgharraf lill-persuna indikata permezz ta’ ittra datata 24 ta’ Novembru 2009. Il-persuna indikata tista tikkonstata dan ukoll billi tikkonsulata mal-permessi mahruga mill-MEPA li jikkonfermaw li il-binja saret skond il-permessi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33065 u 32729 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk persuni li jinteresshom jaħdmu bħala helpers fid-djar privati tal-anzjani għandhomx bżonn isegwu xi kors partikolari?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Fil-każ li l-Onor. Interpellant qiegħed juża l-kelma helpers sabiex jirreferi għall-carers, ninsab infurmat li hemm bżonn li jsegwu kors ta’ carers. Dan jiġi offrut mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ kif wkoll mill-ETC.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33066 u jara li jiġi ċċekjat l-operat tal-meter tad-dawl tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax konsum ta' elettriku ta' aktar minn €15,000 għal tmien xhur jidher esaġerat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol ta' watchman fl-iskejjel, jinkludiex ukoll il-ħasil tal-klassijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol ta’ ħaddiema fil-grad ta’
Watchman
ma jinkludix il-ħasil ta’ klassijiet.
Ta’ min jinnota li dawk li qed jagħmlu watchmen duties huma infatti fil-grad ta’ General Hand. Huwa d-dover ta’ General Hand li jaħsel il-klassijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33064, 32730, 32500 u 32175 u cioè: B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31417, issa li l-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata kif imsemmi fir-risposta għadda, jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Enforcement Directorate dwar dan il-każ?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-deċiżjoni tal-MEPA sabiex it-talba biex jiġu applikati l-provvedimenti tal-Artikolu 91 tal-Att X tal-2010 (qabel l-Art. 55B tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp) fir-rigward ta' ECF 674/06 ma tiġix milqugħa, ġiet appellata mill-perit u s-sid involuti.